EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0891

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 891/2010 tat- 8 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu l-ġdid ta’ 6-fitasi bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 266, 9.10.2010, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/07/2021; Imħassar b' 32021R0982

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/891/oj

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 891/2010

tat-8 ta’ Ottubru 2010

dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu l-ġdid ta’ 6-fitasi bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti obbligati skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tal-enżima 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 122001) bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani, li għandha tiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta’ 6-fitasi (EC 3.1.3.26) ġie awtorizzat għat-tjur tal-irziezet għat-tismin u t-tgħammir minbarra għad-dundjani għat-tismin, għat-tjur tal-irziezet għall-bidien u għall-ħnieżer minbarra l-ħnieżer nisa permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2010 (2).

(5)

Tressqet dejta ġdida biex issostni l-appilkazzjoni. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Marzu 2010 (3), li s-6-fitasi (EC 3.1.3.26), fil-kondizzjoniiet proposti tal-użu, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tagħha jista’ jtejjeb il-prestazzjoni tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tas-6-fitasi (EC 3.1.3.26) turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfati. Skont dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 86, 1.4.2010, p. 13.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(3):1553.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità

4a12

Roal Oy

6-fitasi

EC 3.1.3.26

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ 6-fitasi (EC 3.1.3.26) immanifatturata minn Trichoderma reesei (CBS 122001) b’attività minima ta’:

 

40 000  PPU (1)/g f’għamla solida

 

10 000  PPU/g f’għamla likwida

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attivata’

6-fitasi (EC 3.1.3.26) immanifatturata minn Trichoderma reesei (CBS 122001)

 

Metodu analitiku  (2)

Metodu kolorimetriku li jikkwantifika l-attività ta’ 6-fitasi billi jkejjel il-fosfat inorganiku rilaxxat mill-fitat tas-sodju billi janalizza l-kulur iffurmat bit-tnaqqis ta’ kumpless ta’ fosfomolibdat.

Dundjani

250  PPU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabilità għall-pelleting.

2.

Doża massima rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf komplet għad-dundjani: 1 000 PPU.

3.

Għall-użu f’għalf li fih aktar minn 0,23 % ta’ fosforu magħqud mal-fitina.

4.

Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar.

29 ta’ Ottubru 2020


(1)  PPU huwa l-ammont ta' enżima li jillibera 1 μmol ta' fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f'pH =5.0 u 37 °C.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


Top