EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0707

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 707/2010 tal- 5 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor

ĠU L 205, 6.8.2010, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/707/oj

6.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 707/2010

tal-5 ta’ Awwissu 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 148 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija min-naħa l-oħra (2) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2009. L-Artikolu 1 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (3) għandu jirreferi għal dan il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni.

(2)

Ftehim Interim dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja min-naħa l-oħra (4), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2010. L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandhom jagħmlu referenza għal dan l-arranġement il-ġdid dwar il-kummerċ.

(3)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 jistipula li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu ppreżentati fl-ewwel sebat ijiem tat-tnax-il subperjodu, stipulati fl-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament. Għall-iffaċilitar tal-kummerċ, l-operaturi għandhom jitħallew jimportaw mid-data tal-ftuħ tal-kwota tariffarja. Konsegwentement għandhom jitħallew japplikaw għal liċenzji tal-importazzjoni fix-xahar ta’ qabel l-ewwel subperjodu. Għaldaqstant, jeħtieġ li jkunu stabbiliti l-perjodi taż-żmien għall-applikazzjoni, għan-notifika u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-ewwel subperjodu.

(4)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 jistipula l-penali fil-każ li jiġi rraffinat zokkor importat li ma jkunx intenzjonat għar-raffinar. Madankollu dawn il-penali ma għandhomx japplikaw jekk ikun hemm raġunijiet tekniċi ġustifikati u eċċezzjonali li jkunu ġew approvati mill-Istati Membri.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1, il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

L-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra;”

2.

Fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt (g) li ġej mal-ewwel subparagrafu:

“(g)

L-Artikolu 11(4) tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u dwar kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija min-naħa l-oħra. (*)

(*)  ĠU L 28, 30.1.2010, p. 2”;"

3.

Fl-Artikolu 2, il-punt (b), il-kliem “il-punti (b) sa (f)” jinbidlu bil-kliem “il-punti (b) sa (g)”;

4.

Fl-Artikolu 5(1), jiżdied it-tieni subparagrafu kif ġej:

“Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja għall-ewwel subperjodu msemmi fl-Artikolu 3(2) jistgħu jiġu ppreżentati mit-8 sal-14-il jum tax-xahar ta’ qabel dak is-subperjodu.”;

5.

L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Ħruġ u validità ta’ liċenzji tal-importazzjoni

1.   Il-liċenzji tal-importazzjoni li għalihom kien hemm applikazzjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) għandhom jinħarġu mit-23 jum sal-aħħar jum tax-xahar li fih kienet saret applikazzjoni.

2.   Il-liċenzji tal-importazzjoni li għalihom kien hemm applikazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) għandhom jinħarġu mill-1 jum sat-8 jum tax-xahar wara dak ix-xahar li fih kienet saret applikazzjoni.

3.   Il-liċenzji għandhom ikunu validi sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara dak li fih kienu nħarġu iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru. F'każ ta’ zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u zokkor ta’ importazzjoni industrijali, il-liċenzji għandhom ikunu validi sa tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għal liema kienu nħarġu.”;

6.

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b’li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mill-14-il jum tax-xahar li fih ġew ippreżentati l-applikazzjonjiet, fil-każ tal-applikazzjonijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1);

(b)

sa mhux aktar tard mill-21 jum tax-xahar li fih ġew ippreżentati l-applikazzjonjiet, fil-każ tal-applikazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1).”;

7.

Fl-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Qabel l-1 ta’ Ġunju ta’ wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni konċernata, il-produtturi għandhom iħallsu ammont ta’ EUR 500 għal kull tunnellata għall-kwantitajiet ta’ zokkor imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, li għalihom ma jistgħux jipprovdu evidenza aċċettabli lil Stat Membru li r-raffinar seħħ minħabba raġunijiet tekniċi ġustifikati u eċċezzjonali.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 107, 28.4.2009, p. 166.

(3)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(4)  ĠU L 28, 30.1.2010, p. 2.


Top