EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0662

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 662/2010 tat- 23 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 19 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 193, 24.7.2010, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/662/oj

24.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 662/2010

tat-23 ta’ Lulju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 19 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fis-26 ta’ Novembru 2009, il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni 19 tal-IFRIC Estinzjoni tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta' Strumenti Azzjonarji, minn hawn ’il quddiem l-“IFRC 19”. L-għan tal-IFRIC 19 hu li jipprovdi gwida dwar kif id-debitur għandu jirrapporta l-istrumenti azzjonarji tiegħu maħruġa bħala saldu sħiħ jew parzjali ta' obbligazzjoni finanzjarja wara li jkunu reġgħu ġew innegozjati t-termini tal-obbligazzjoni.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 19 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u ta parir lill-Kummissjoni li din hija bbilanċjata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

L-adozzjoni tal-IFRIC 19 timplika, bħala konsegwenza, emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards ta' kontabilità kkonċernati.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Interpretazzjoni 19 tal-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) iddaħħlet kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(2)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 19 u l-emendi għall-IFRS 1, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda wara t-30 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRIC 19

L-interpretazzjoni 19 tal-IFRIC Estinzjoni tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta' Strumenti Azzjonarji

IFRS 1

Emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta' Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal fini leġittimi oħra. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org

INTERPRETAZZJONI IFRIC 19

Estinzjoni tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta' Strumenti Azzjonarji

REFERENZI

Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji

L-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Ishma

L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji

L-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji

L-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

L-ISFOND

1

Debitur u kreditu jistgħu jirrinegozjaw it-termini ta' obbligazzjoni finanzjarja bir-riżultat li d-debitur jestingwixxi totalment jew parzjalment l-obbligazzjoni bil-ħruġ ta' strumenti azzjonarji lill-kreditur. Dawn it-tranżazzjonijiet huma xi drabi msejħa “tpartit ta' dejn ma' ekwità”. L-IFRIC irċieva talbiet għall-gwida dwar il-kontabbiltà ta' tali tranżazzjonijiet.

AMBITU

2

Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kontabbiltà minn entità meta t-termini ta' obbligazzjoni finanzjarja jkunu rrinegozjati u jirriżultaw f'li l-entità toħroġ strumenti azzjonarji lil kreditur tal-entità biex testingwixxi l-obbligazzjoni finanzjarja kollha jew parti minnha. Ma tindirizzax il-kontabbiltà mill-kreditur.

3

Entità ma għandhiex tapplika din l-Interpretazzjoni għal tranżazzjonijiet f'sitwazzjonijiet fejn:

(a)

il-kreditur ikun ukoll azzjonist dirett jew indirett u jkun qed jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist dirett jew indirett eżistenti;

(b)

il-kreditur u l-entità jkunu kkontrollati mill-istess parti jew partijiet qabel jew wara t-tranżazzjoni u s-sustanza tat-tranżazzjoni tinkludi distribuzzjoni ta' ekwità mill-entità jew kontribuzzjoni ta' ekwità lill-entità;

(c)

l-estinzjoni tal-obbligazzjoni finanzjarja bil-ħruġ ta' ishma azzjonarji tkun skont it-termini oriġinali tal-obbligazzjoni finanzjarja.

KWISTJONIJIET

4

Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

L-istrumenti azzjonarji ta' entità maħruġa biex jestingwixxu obbligazzjoni finanzjarja sħiħa jew parti minnha huma “korrispettiv imħallas” skont il-paragrafu 41 tal-IAS 39?

(b)

Kif entità għandha inizjalment tkejjel l-istrumenti azzjonarji maħruġa biex jestingwixxu tali obbligazzjoni finanzjarja?

(c)

Kif għandha entità tirrapporta kwalunkwe differenza bejn l-ammont tal-obbligazzjoni finanzjarja estinta miżmum fil-kotba u l-kejl inizjali tal-ammont tal-istrument azzjonarju maħruġ?

KONSENSUS

5

Il-ħruġ ta' strumenti azzjonarji ta' entità lil kreditu biex jestingwixxu obbligazzjoni finanazjarja sħiħa jew parti minnha hija korrispettiv imħallas skont il-paragrafu 41 tal-IAS 39. Entità għandha tneħħi obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-każ biss fejn tiġi estinta skont il-paragrafu 39 tal-IAS 39.

6

Meta l-istrumenti azzjonarji maħruġa lil kreditur għall-estinzjoni ta' obbligazzjoni finanzjarja sħiħa jew parti minnha jkunu inizjalment rikonoxxuti, entità għandha tkejjilhom skont il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji maħruġa, sakemm dak il-valur ġust ma jkunx jista' jitkejjel b'affidabbiltà.

7

Jekk il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji maħruġa ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli, l-istrumenti azzjonarji għandhom jitkejlu biex jirriflettu l-valur ġust ta' obbligazzjoni finanzjarja estinta. Fil-kejl tal-valur ġust ta' obbligazzjoni finanzjarja estinta li jinkludi element ta' domanda (eż. depożitu domanda), ma japplikax il-paragrafu 49 tal-IAS 39.

8

Jekk tiġi estinta biss parti mill-obbligazzjoni finanzjarja, l-entità għandha tivvaluta jekk parti mill-korrispettiv imħallas ikunx relatat ma' bidla fit-termini tal-obbligazzjoni li tibqa' pendenti. Jekk parti mill-korrispettiv imħallas tkun relatata ma' bidla fit-termini tal-parti li tibqa' tal-obbligazzjoni, l-entità għandha talloka l-korrispettiv imħallas bejn il-parti tal-obbligazzjoni estinta u l-parti tal-obbligazzjoni li baqgħet pendenti. F'din l-allokazzjoni l-entità għandha tqis il-fatti kollha rilevanti u ċ-ċirkostanzi dwar it-tranżazzjoni.

9

Id-differenza bejn l-ammont ta' obbligazzjoni finanzjarja estinta (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) miżmum fil-kotba, u l-korrispettiv imħallas, għandha tkun rikonoxxuta fil-profitt jew fit-telf, skont il-paragrafu 41 tal-IAS 39. L-istrumenti azzjonarji maħruġa għandhom jiġu inizjalment rikonoxxuti u mkejla fid-data li l-obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn dik l-obbligazzjoni) tkun ġiet estinta.

10

Meta parti biss mill-obbligazzjoni finanzjarja tiġi estinta, il-korrispettiv għandu jiġi allokat skont il-paragrafu 8. Il-korrispettiv allokat għall-obbligazzjoni li jifdal għandu jiġi inkluż fil-valutazzjoni ta' jekk it-termini tal-obbligazzjoni li jifdal tbiddlux sostanzjalment. Jekk l-obbligazzjoni li jifdal tkun tbiddlet sostanzjalment, l-entità għandha tirrapporta l-bidla bħala l-estinzjoni tal-obbligazzjoni oriġinali u r-rikonoxximent tal-obbligazzjoni l-ġdida skont il-paragrafu 40 tal-IAS 39.

11

Entità għandha tiżvela l-qligħ jew telf rikonoxxut skont il-paragrafi 9 u 10 bħala punt f'linja separata fil-profitt jew telf jew fin-noti.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

12

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Lulju 2010, għandha tiżvela dak il-fatt.

13

Entità għandha tapplika bidla fil-politika ta' kontabbiltà skont l-IAS 8 mill-bidu tal-abkar perjodu kumparattiv ippreżentat.

Appendiċi

Emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta' Standards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju

L-emendi f'dan l-appendiċi għandhom ikunu applikati għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Lulju 2010 jew wara. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal xi perjodu abkar, dawn l-emendi japplikaw għal dak il-perjodu abkar.

Fl-Appendiċi D jiddaħħlu intestatura u l-paragrafu D25.

Estinzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta' strumenti azzjonarji

D25

Dak li qed jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-IFRIC 19 Estinzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta' strumenti azzjonarji.


Top