EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0546

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2010 tat- 22 ta’ Ġunju 2010 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja tal-esportazzjoni ma’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għal konċessjonijiet taz-zokkor CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318 u 09.4319

ĠU L 156, 23.6.2010, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/546/oj

23.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 546/2010

tat-22 ta’ Ġunju 2010

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja tal-esportazzjoni ma’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għal konċessjonijiet taz-zokkor CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318 u 09.4319

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 148 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2), l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għal konċessjonijiet taz-zokkor CXL għan-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4321 u għaz-zokkor mill-Balkani għandhom ikunu akkumpanjati mill-oriġinal tal-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz konċernat. Importazzjonijiet tal-konċessjonijiet taz-zokkor CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318 u 09.4319 huma soġġetti għall-ħlas ta’ rata fil-kwota ta’ EUR 98 għal kull tunnellata. Minħabba l-prezzijiet għoljin fis-suq dinji għaz-zokkor tal-kannamieli li ppredomina matul l-ewwel xhur tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, li wasslu għal nuqqas fl-użu tal-konċessjonijiet taz-zokkor CXL, huwa importanti li dawn l-importazzjonijiet ikunu ffaċilitati billi tiġi s-simplifikata l-proċedura amministrattiva. Għalhekk, għandha tkun stipulata deroga li tippermetti li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għal konċessjonijiet taz-zokkor CXL li għandhom dawk it-tliet numri tal-ordni għandhom jitressqu mingħajr il-liċenzja tal-esportazzjoni relevanti.

(2)

Din id-deroga se jkollha l-effett li tkabbar l-aċċess għall-kwoti tal-importazzjoni relevanti għal għadd ikbar ta’ operaturi. Madankolllu, operaturi li diġà kisbu liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom ikunu jistgħu jkomplu japplikaw għal liċenzji tal-importazzjoni fuq perjodu ta’ żmien qasir qabel ma jsir applikabbli dan ir-Regolament.

(3)

Id-deroga stipulata f’dan ir-Regolament għandha tapplika biss sa tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2009/2010.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għal konċessjonijiet taz-zokkor CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318 u 09.4319 ma għandhomx ikunu akkumpanjati mill-oriġinal tal-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Awstralja, tal-Brażil jew ta’ Kuba.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2010.

Dan ir-Regolament jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


Top