Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0417

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 417/2010 tat-12 ta' Mejju 2010 li jemenda għall-127 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    ĠU L 119, 13.5.2010, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/417/oj

    13.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 119/14


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 417/2010

    tat-12 ta' Mejju 2010

    li jemenda għall-127 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fil-5 ta’ Mejju 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi tliet persuni fiżiċi mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    L-Anness I għandu b'hekk jiġi aġġornat f'dan is-sens,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    João VALE DE ALMEIDA

    Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandhom jitħassru:

    (1)

    “Fathur Rohman Al-Ghozhi (alias (a) Al Ghozi, Fathur Rohman, (b) Al Ghozi, Fathur Rahman, (c) Al-Gozi, Fathur Rohman, (d) Al-Gozi, Fathur Rahman, (e) Alghozi, Fathur Rohman, (f) Alghozi, Fathur Rahman, (g) Al-Gozhi, Fathur Rohman, (h) Al-Gozhi, Fathur Rahman, (i) Randy Alih, (j) Randy Ali, (k) Alih Randy, (l) Randy Adam Alih, (m) Sammy Sali Jamil, (n) Sammy Salih Jamil, (o) Rony Azad, (p) Rony Azad Bin Ahad, (q) Rony Azad Bin Ahmad, (r) Rony Azad Bin Amad, (s) Edris Anwar Rodin, (t) Abu Saad, (u) Abu Sa’ad, (v) Freedom Fighter). Data tat-twelid: 17.2. 1971. Post tat-twelid: Madiun, Java tal-Lvant, l-Indoneżja. Ċittadinanza: Indoneżjana. Numru tal-passaport: Il-Filippini GG 672613. Tagħrif ieħor: Allegatament inqatel f'Ottubru 2003 fil-Filippini.”

    (2)

    “Huda bin Abdul Haq (alias (a) Ali Gufron, (b) Ali Ghufron, (c) Ali Gufron al Mukhlas, (d) Mukhlas, (e) Muklas, (f) Muchlas, (g) Sofwan). Data tat-twelid: (a) 9.2.1960, (b) 2.2.1960. Post tat-twelid: Is-sottodistrett ta' Solokuro fid-distrett ta' Lamongan, il-provinċja ta' Java tal-Lvant, l-Indoneżja. Ċittadinanza: Indoneżjana. Tagħrif ieħor: Allegatament miet f'Novembru tal-2008. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003.”

    (3)

    “Imam Samudra (alias (a) Abdul Aziz ben Sihabudin, (b) Faiz Yunshar, (c) Abdul Azis, (d) Kudama, (e) Hendri, (f) Heri, (g) Fatih, (h) Abu Omar. Data tat-twelid: 14.1.1970. Post tat-twelid: Serang, Banten, l-Indoneżja. Tagħrif ieħor: Allegatament miet f'Novembru tal-2008. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003.”


    Top