EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0408
Council Regulation (EU) No 408/2010 of 11 May 2010 amending Council Regulation (EC) No 194/2008 renewing and strengthening the restrictive measures in respect of Burma/Myanmar
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 408/2010 tal- 11 ta' Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 408/2010 tal- 11 ta' Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar
ĠU L 118, 12.5.2010, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 02/05/2013; Imħassar b' 32013R0401
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R0194 | Żieda | artikolu 2.5 | 13/05/2010 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32013R0401 |
12.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 118/5 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 408/2010
tal-11 ta' Mejju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/232/PESK tas-26 ta’ April 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/232/PESK jipprovdi li x-xiri, l-importazzjoni u t-trasport mill-Burma/il-Mjanmar lejn l-Unjoni ta' ċerti kategoriji speċifiċi ta' oġġetti għandhom ikunu pprojbiti. |
(2) |
L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2010/232/PESK jipprovdi li l-għajnuna non-umanitarja jew il-programmi ta' żvilupp għandhom jiġu sospiżi, imma li għandhom isiru eċċezzjonijiet għal proġetti u programmi b'appoġġ ta' ċerti objettivi speċifikati. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (2) jagħti effett lill-projbizzjoni dwar ix-xiri, l-importazzjoni u t-trasport tal-kategoriji ta' oġġetti speċifikati fl-Artikolu 2(2). Madankollu għandu jiġi ċċarat li l-projbizzjoni dwar ix-xiri ta' dawk l-oġġetti f'Burma/Mjanmar m'għandhiex tapplika meta dak ix-xiri jkun parti minn proġett jew programm ta' għajnuna umanitarja, jew proġett jew programm ta' żvilupp mhux umanitarju b'appoġġ għall-objettivi deskritti fl-Artikolu 8(a), (b) u (c) tad-Deċiżjoni 2010/232/PESK. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 għandu għalhekk jiġi emendat. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 194/2008, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“5. Il-projbizzjoni dwar xiri ta' oġġetti ristretti fil-paragrafu (2)(b) m'għandhiex tapplika għal proġetti jew programmi ta' għajnuna umanitarja, jew għal proġetti jew programmi ta' żvilupp mhux umanitarju, li jsiru f'Burma/il-Mjanmar, bħala appoġġ għal:
(a) |
drittijiet tal-bniedem, demokrazija, governanza tajba, prevenzjoni tal-kunflitti u bini tal-kapaċità tas-soċjetà ċivili; |
(b) |
saħħa u edukazzjoni, tnaqqis tal-faqar u b'mod partikolari l-forniment ta' bżonnijiet bażiċi u għixien għall-popolazzjoni l-aktar foqra u vulnerabbli; jew |
(c) |
ħarsien ambjentali u, b'mod partikolari, programmi li jindirizzaw il-problema ta' qtugħ tas-siġar eċċessiv u mhux sostenibbli li jirriżulta f'qerda tal-foresti, |
L-awtorità kompetenti rilevanti, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness IV, għandha tawtorizza minn qabel ix-xiri tal-oġġetti ristretti inkwistjoni. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
Á. GONZÁLEZ-SINDE REIG
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 22.