EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0385

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2010 tal- 5 ta’ Mejju 2010 li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità stabbiliti taħt il-GATT għal ċerti frott u ħxejjex u frott ipproċessat u prodotti veġetali mill-1996

ĠU L 113, 6.5.2010, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1987 Ara Art. 4

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/385/oj

6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 385/2010

tal-5 ta’ Mejju 2010

li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità stabbiliti taħt il-GATT għal ċerti frott u ħxejjex u frott ipproċessat u prodotti veġetali mill-1996

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/96 (2) fetaħ il-kwoti tat-tariffi għal ċerti frott u ħxejjex u frott ipproċessat u prodotti veġetali mniżżlin fl-Annessi tiegħu, u pprovda għall-amministrazzjoni ta’ dawk il-kwoti tat-tariffi.

(2)

Sa minn meta ġie adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/96 ‘l hawn, diversi kodiċi tan-NM mniżżlin fl-Annessi oriġinali nri I, II u III għal dak ir-Regolament inbidlu. Għalhekk, dawk l-Annessi nbidlu bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2006 (3).

(3)

Madanakollu, deher li fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1831/96, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2006, il-kodiċi tan-NM bin-numru 2009 80 34 huwa nieqes u li huwa xieraq li jiddaħħal.

(4)

Għalhekk, jeħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1831/96, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2006, jiġi kkoreġut kif xieraq.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/96, għall-ordni bin-numru 09.0093, fil-kolonna msejħa “Il-kodiċi tan-NM – is-subintestatura tat-Taric” għandu jiddaħħal il-kodiċi tan-NM bin-numru “2009 80 34”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-3 ta’ Lulju 2006 ’l quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 243, 24.9.1996, p. 5.

(3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 63.


Top