This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0133
Commission Regulation (EU) No 133/2010 of 4 February 2010 amending Regulation (EC) No 820/2008 laying down measures for the implementation of the common basic standards on aviation security (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 133/2010 tal- 4 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 133/2010 tal- 4 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 43, 18.2.2010, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 29/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010R0185
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32008R0820 | Emenda | APP 1 | 19/02/2010 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32010R0185 | 30/04/2010 |
|
18.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 133/2010
tal-4 ta’ Frar 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta miżuri biex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà fl-avjazzjoni fil-Komunità kollha. Miżuri dettljati bħal dawn huma stipulati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 (2). |
|
(2) |
Il-miżuri pprovduti bir-Regolament (KE) Nru 820/2008 dwar ir-restrizzjoni ta’ likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji huma soġġetti għal reviżjoni fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi, implikazzjonijiet operattivi fl-ajruporti u l-impatt fuq il-passiġġieri. |
|
(3) |
Reviżjoni bħal dan wera li restrizzjonijiet fuq likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji joħolqu diffikultajiet operattivi f’dawn l-ajruporti u jikkaġunaw inkonvenjent għall-passiġġieri kkonċernati. |
|
(4) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni vverifikat ċerti standards tas-sigurtà f'ajruporti f'pajjiżi terzi speċifiċi u sabithom sodisfaċenti, u vverifikat ukoll li dawk il-pajjiżi għandhom rekord tajjeb ta' kooperazzjoni mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu passi biex ittaffi l-problemi identifikati hawn fuq, fil-każ ta’ passiġġieri li jġorru likwidi miksuba minn ajruporti speċifikament imsemmija f’dawk il-pajjiżi. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 820/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 820/2008 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, l-4 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
It-test li ġej għandu jiżdied mat-tehmiża 1 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 820/2008:
|
“— |
Il-Kanada Calgary International (YYC) Edmonton International (YEG) Halifax International (YHZ) Montreal International (YUL) Ottawa-Macdonald-Cartier International (YOW) Toronto-Lester B. Pearson International (YYZ) Vancouver International (YVR) Winnipeg International (YWG) Moncton (YQM) Quebec (YQB) St. John's (YYT) Whitehorse (YXY)” |