EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0086

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 86/2010 tad- 29 ta’ Jannar 2010 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta' prodotti tas-sajd u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni dwar spezzjonijiet ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi u arranġamenti tekniċi dwar iċ-ċertifikati tal-qabdiet.

ĠU L 26, 30.1.2010, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/86(1)/oj

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 86/2010

tad-29 ta’ Jannar 2010

li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta' prodotti tas-sajd u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni dwar spezzjonijiet ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi u arranġamenti tekniċi dwar iċ-ċertifikati tal-qabdiet.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (1) tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u b’mod partikolari l-Artikoli 9(1), 12(5), 51(3) u 52 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 japplika għall-prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2 tiegħu. L-Anness I għal dak ir-Regolament jelenka l-prodotti esklużi mid-definizzjoni ta' prodotti tas-sajd. Dik il-lista tista' tiġi riveduta kull sena u issa għandha tiġi emendata fuq il-bażi ta' informazzjoni ġdida miġbura fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva ma' pajjiżi terzi, kif ipprovdut fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 (2) tat-22 ta' Ottubru 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistipula, inter alia, punti ta' riferiment għat-twettiq ta' spezzjonijiet fil-port mill-Istati Membri. Sabiex l-Istati Membri jimplimentaw il-punti ta' riferiment ta' spezzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4(c) u (d) ta' dak ir-Regolament, informazzjoni dwar spezzjonijiet ta' bastimenti minn pajjiżi terzi għandha tintbagħat elettronikament lill-Kummissjoni, li għandha tqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra.

(3)

L-arranġamenti amministrattivi li permezz tagħhom iċ-ċertifikati tal-qabdiet jiġu stabbiliti, validati jew imressqa b'mezzi elettroniċi inkella sostitwiti permezz ta' sistemi elettroniċi tat-traċċabilità li jiżguraw l-istess livell ta' kontroll mill-awtoritajiet għandhom jiġu elenkati fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1010/2009. Peress li ntlaħaq qbil dwar arranġamenti amministrattivi dwar iċ-ċertifikati tal-qabdiet, dak l-Anness għandu jiġi aġġornat.

(4)

Ir-Regolamenti (KE) Nri 1005/2008 u 1010/2009 għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-punti (c) u (d) tal-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw mingħajr dewmien l-isem u l-bandiera tal-bastiment ta' pajjiż terz spezzjonat, u d-data ta' spezzjoni, lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra.”

(2)

L-Anness IX hu emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5.


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

“ex Kapitolu 3

ex 1604

ex 1605

Prodotti tal-akkwakultura miksubin minn ħut żgħir jew larvi

0301 10  (*)

Ħut ornamentali, ħaj

ex 0301 91

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), ħaj, maqbuda fl-ilma ħelu

ex 0301 92 00

Sallur (Anguilla spp.), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

0301 93 00

Karpjun, ħaj

ex 0301 99 11

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

0301 99 19

Ħut tal-ilma ħelu ieħor, ħaj

ex 0302 11

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu

ex 0302 12 00

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu.

ex 0302 19 00

Salmonidae oħra, friski jew imkessħin, bl-eċċezzjoni ta’ fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu

ex 0302 66 00

Sallur (Anguilla spp.), friski jew imkessħin, bl-eċċezzjoni ta’ fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu

0302 69 11

Karpjuni, friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304

0302 69 15

Tilapia (Oreochromis spp.), frisk jew imkessaħ, bl-eċċezzjoni ta’ fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jidher taħt l-intestatura 0304 :

0302 69 18

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304

ex 0302 70 00

Fwied u bajd, frisk jew imkessaħ ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu

ex 0303 11 00

Sockeye salmon (salamun aħmar) (Oncorhynchus nerka), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jidher taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu

ex 0303 19 00

Salamun ieħor tal-Paċifiku (Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou and Oncorhynchus rhodurus), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jidher taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu

ex 0303 21

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu

ex 0303 22 00

Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jidher taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu

ex 0303 29 00

Salmonidae oħra, minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti al-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jidher taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu

ex 0303 76 00

Sallur (Anguilla spp.), iffriżati bl-eċċezzjoni ta’ fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu

0303 79 11

Karpjuni, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304

0303 79 19

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304

ex 0303 80

Fwied u bajd, iffriżati ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu

0304 19 01

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tan-Nile perch (Lates niloticus)

0304 19 03

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tal-pangasius (Pangasius spp.)

ex 0304 19 13

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tas-Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex 0304 19 15

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tal-ispeċi Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbuda fl-ilma ħelu.

ex 0304 19 17

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħa, tat-troti tal-ispeċi Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta’ 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbuda fl-ilma ħelu

0304 19 18

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu

0304 19 91

Laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew le), frisk jew imkessaħ, ta’ ħut tal-ilma ħelu

0304 29 01

Fletti iffriżati tan-Nile perch (Lates niloticus)

0304 29 03

Fletti ffriżati tal-pangasius (Pangasius spp.)

0304 29 05

Fletti ffriżati tat-Tilapia (Oreochromis spp.)

ex 0304 29 13

Fletti ffriżati tas-Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex 0304 29 15

Fletti ffriżat tal-Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbuda fl-ilma ħelu

ex 0304 29 17

Fletti ffriżati tat-troti tal-ispeċijiet Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta’ 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbuda fl-ilma ħelu

0304 29 18

Fletti ffriżati ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu

0304 99 21

Laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew le), iffriżat, ta’ ħut tal-ilma ħelu

0305 10 00

Dqiq, tħin u pellets tal-ħut, tajjeb għall-konsum mill-bniedem

ex 0305 20 00

Fwied u bajd tal-ħut tal-ilma ħelu, imnixxfa, affumikati, immellħa jew fis-salmura

ex 0305 30 30

Fletti tal-ħut, immellħa jew fis-salmura, tas-Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex 0305 30 90

Fletti tal-ħut, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura imma mhux affumikati, ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu

ex 0305 41 00

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

ex 0305 49 45

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), affumikati, inklużi fletti, maqbuda fl-ilma ħelu

ex 0305 49 50

Sallur (Anguilla spp.), affumikat, inklużi fletti, maqbud fl-ilma ħelu

ex 0305 49 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, affumikat, inklużi fletti

ex 0305 59 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, imnixxef, immellaħ jew mhux imma mhux affumikat:

ex 0305 69 50

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat, maqbuda fl-ilma ħelu

ex 0305 69 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat

0306 19 10

Awwist tal-ilma ħelu, iffriżat

ex 0306 19 90

Dqiq, tħin u pellets ta’ krustaċji, iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem.

0306 29 10

Awwist tal-ilma ħelu, ħaj, frisk, imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, fil-qoxra, imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija fl-ilma, imkessħa, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura, inkella le

ex 0306 29 90

Dqiq, tħin u pellets ta’ krustaċji, mhux iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem.

0307 10

Gajdri, kemm jekk fil-qoxra kif ukoll jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura;

0307 21 00

Arzell, inklużi mrewħi (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, ħajjin, friski jew imkessħin

0307 29

Arzell, inklużi mrewħi (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, minbarra ħajjin, friski jew imkessħin

0307 31

Mussels (Mytilus spp., Perna spp.), ħajjin, friski jew imkessħin

0307 39

Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), minbarra ħajjin, friski jew imkessħin

0307 60 00

Bebbux, minbarra bebbux tal-baħar, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura

ex 0307 91 00

Invertebrati akkwatiċi oħrajn, minbarra krostaċej u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi fis-sottointestaturi 0307 10 10 to 0307 60 00 , minbarra Illex spp. u siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis, ħaj, frisk jew imkessaħ

0307 99 13

Gandoffli tal-faxxi (striped venus) u speċijiet oħra tal-familja Veneridae, iffriżati

0307 99 15

Bram (Rhopilema spp.), iffriżati

ex 0307 99 18

Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi fis-subintestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 u 0307 99 11 sa 0307 99 15 , minbarra siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis, inklużi dqiq, tħin u pellets ta’ invertebrati akkwatiċi minbarra krostaċej, tajbin għall-konsum mill-bniedem, iffriżati

ex 0307 99 90

Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi fis-subintestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 minbarra Illex spp. u siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis, inklużi dqiq, tħin u pellets ta’ invertebrati akkwatiċi minbarra krostaċej, tajbin għall-konsum mill-bniedem, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura

ex 1604 11 00

Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat:

ex 1604 19 10

Salmonidae, minbarra salamun, maqbuda fl-ilma ħelu, ipproċessati jew ippriservati sħaħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljati

ex 1604 20 10

Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (minbarra sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat)

ex 1604 20 30

Salmonidae, minbarra salamun, maqbuda fl-ilma ħelu, ipproċessati jew ippriservati mod ieħor, (minbarra sħaħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat)

ex 1604 19 91

Fletti ta’ ħut tal-ilma ħelu, nejja, miksija ħafif bil-panura jew bil-frak tal-ħobż, moqlija jew ma humiex fiż-żejt minn qabel, iffriżati

ex 1605 40 00

Awwist tal-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat

1605 90 11

Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), ipproċessati jew ippriservati f’kontenituri ssiġillati

1605 90 19

Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), ipproċessati jew ippriservati minbarra f’kontenituri ssiġillati

ex 1605 90 30

Arzell, gajdri u bebbux, ipproċessati jew ippreparati

1605 90 90

Invertebrati akkwatiċi oħra, minbarra molluski, ipproċessati jew ippreservati:


(*)  Il-Kodiċijiet NM li jikkorrispondu għar-Regolament (KE) Nru 948/2009 (ĠU L 287, 31.10.2009).”


ANNESS II

It-test li ġej jiddaħħal fl-Annes IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009:

Sezzjoni 1

IN-NORVEĠJA

SKEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QABDIET

In-Norveġja għandha tesiġi ċertifikat tal-qabda għall-ħatt l-art u importazzjoni fin-Norveġja ta' qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea.

Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qabda previst fl-Artikolu 12 u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 għandu, mill-1 ta' Jannar 2010, jiġi sostitwit – għal prodotti tas-sajd miksuba minn qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tan-Norveġja – minn ċertifikat Norveġiż tal-qabda bbażat fuq is-sistema Norveġiża ta' noti tal-bejgħ, li hija sistema elettronika tat-traċċabilità taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Norveġiżi, li tiżgura l-istess livell ta' kontroll mill-awtorità bħal dak meħtieġ mill-iskema Komunitarja taċ-ċertifikazzjoni tal-qabdiet.

Kampjun taċ-ċertifikat Norveġiż tal-qabda jidher fl-Anness.

Is-sistema Norveġiża ta' noti tal-bejgħ għandha tintuża biex jinareġ u jiġi vvalidat ċertifikat tal-qabda għal konsenji tal-esportazzjoni min-Norveġja għall-Komunità Ewropea ta' prodotti tas-sajd konvenzjonali inklużi stokk tal-ħut, ħut immellaħ u klippfix immellaħ u mnixxef, bl-użu ta' materja prima minn bastimenti żgħar tas-sajd u/jew bl-involviment ta' produzzjoni li tinkorpora diversi passi fil-proċess tal-produzzjoni, f'konformità mal-entrata 7.a tal-kampjun mehmuż.

Dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistgħu jkunu stabbiliti, ivvalidati u ppreżentati b'mezzi elettroniċi.

ASSISTENZA REĊIPROKA

Għandha tiġi żviluppata għajnuna reċiproka skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn awtoritajiet kompetenti rispettivi fin-Norveġja u fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, abbażi ta' regoli dettaljati dwar l-għajnuna reċiproka, stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009.

Appendiċi

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Section 2

L-ISTATI UNITI

SKEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QABDIET

Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qabda previst fl-Artikolu 12 u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 għandu jiġi sostitwit – għal prodotti tas-sajd miksuba minn qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istati Uniti – minn ċertifikat tal-qabdiet tal-Istati Uniti, appoġġat minn sistemi elettroniċi ta' rappurtar u ta' żamma tar-reġistri taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti, li jiżguraw l-istess livell ta' kontroll mill-awtorità bħal dak meħtieġ mill-iskema Komunitarja taċ-ċertifikazzjoni tal-qabdiet.

Fl-Anness jinsab kampjun taċ-ċertifikat tal-qabdiet tal-Istati Uniti, li għandu jissostitwixxi ċ-Ċertifikat tal-Qabdiet u ċ-Ċertifikat tar-Riesportazzjoni tal-Komunità Ewropea mill-1 ta' Jannar 2010.

ASSISTENZA REĊIPROKA

Għandha tiġi żviluppata għajnuna reċiproka skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn awtoritajiet kompetenti rispettivi fl-Istati Uniti u fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, abbażi ta' regoli dettaljati dwar l-għajnuna reċiproka, stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009.

Appendiċi

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Sezzjoni 3

NEW ZEALAND

SKEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QABDIET

Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qabda previst fl-Artikolu 12 u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 għandu jiġi sostitwit – għal prodotti tas-sajd miksuba minn qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' New Zealand – minn ċertifikat tal-qabdiet ta' New Zealand, li hija sistema elettronika tat-traċċabilità u ċertifikazzjoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet ta' New Zealand, li tiżgura l-istess livell ta' kontroll mill-awtorità bħal dak meħtieġ mill-iskema Komunitarja taċ-ċertifikazzjoni tal-qabdiet.

Fl-Anness I, jinsab kampjun taċ-ċertifikat tal-qabdiet ta' New Zealand, li għandu jieħu post iċ-Ċertifikat tal-Qabdiet u ċ-Ċertifikat tar-Riesportazzjoni tal-Komunità Ewropea għal qabdiet minn bastimenti tas-sajd irreġistrati fi New Zealand u li jinħattu fi New Zealand mill-1 ta' Jannar 2010.

Fl-Appendiċi II, jingħataw bħala appoġġ noti ta' spegazzjoni dwar iċ-ċertifikat tal-qabdiet ta' New Zealand.

Dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistgħu jkunu kkomunikati b'mezzi elettroniċi.

ASSISTENZA REĊIPROKA

Għandha tiġi żviluppata għajnuna reċiproka skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn awtoritajiet kompetenti rispettivi fin-Norveġja u fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, abbażi ta' regoli dettaljati dwar l-għajnuna reċiproka, stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009.

Appendiċi I

Kampjun ta' ċertifikat tal-qabdiet ta' New Zealand

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi II

Noti ta' spegazzjoni dwar iċ-ċertifikat tal-qabdiet ta' New Zealand

Il-‘konsenjatur’ huwa l-‘esportatur’

Kwalunkwe informazzjoni ġdida inkluża fil-kaxxa ‘informazzjoni mhux uffiċjali’ u informazzjoni li ssegwi l-firem tal-gvern ta' New Zealand mhijiex ivvalidata mill-Gvern ta' New Zealand.


Top