EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0030

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 30/2010 tal- 14 ta’ Jannar 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pesca di Verona (IĠP)]

ĠU L 10, 15.1.2010, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/30/oj

15.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 30/2010

tal-14 ta’ Jannar 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pesca di Verona (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Pesca di Verona” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2010.

Ghall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 130, 9.6.2009, p. 12.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott u ħaxix, ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati

L-ITALJA

Pesca di Verona (IĠP)


Top