This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010L0058
Commission Directive 2010/58/EU of 23 August 2010 amending Council Directive 91/414/EEC as regards an extension of the use of the active substance iprodione Text with EEA relevance
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/58/UE tat- 23 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva iprodione Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/58/UE tat- 23 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva iprodione Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 221, 24.8.2010, p. 12–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31991L0414 | anness 1 | 13/09/2010 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32010L0058R(01) | (HU) |
24.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 221/12 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/58/UE
tat-23 ta’ Awwissu 2010
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva iprodione
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
L-iprodione kienet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/31/KE (2). |
(2) |
Meta applika għall-inklużjoni tal-iprodione, in-notifikatur uniku tagħha Bayer ressaq dejta dwar l-użi bħala fungiċida, liema dejta sostniet il-konklużjoni ġenerali li wieħed jistenna li prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom l-iprodione għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(3) |
Barra għal dak l-użu, DEVGEN, notifikatur ieħor, applika għal emenda li tippermetti li l-iprodione jintuża bħala nematiċida. Sabiex tkun sostnuta din l-estensjoni tal-użu, in-notifikatur DEVGEN ressaq informazzjoni addizzjonali. |
(4) |
Franza evalwat l-informazzjoni mressqa u fit-12 ta’ Jannar 2010 infurmat lill-Kummissjoni li waslet għall-konklużjoni li l-estensjoni tal-użu mitluba ma tikkawżax riskji oħrajn barra dawk li diġà kienu kkunsidrati fid-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-iprodione fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sustanza. B’mod partikolari, Franza ħejjiet bosta addendi għar-rapport ta’ analiżi fl-oqsma kkonċernati tal-analiżi tar-riskju u li l-konklużjonijiet tiegħu jikkonfermaw li kien aċċettat li jkun hemm din l-estensjoni tal-użu. |
(5) |
Għalhekk huwa ġustifikat li jkunu modifikati d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-iprodione. |
(6) |
Għaldaqstant huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-24 ta’ Diċembru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-25 ta’ Diċembru 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 101, 23.4.2003, p. 3.
ANNESS
Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela 50 hi sostitwita b’dan li ġej:
Nru |
L-isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem skont l-IUPAC |
Purità (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza għall-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
“50 |
Iprodione Nru tal-CAS 36734-19-7 Nru CIPAC 278 |
3-(3,5-diklorofenil)-Nisopropil-2,4-diossi-immidażolidina-1-karbossimid |
960 g/kg |
fl-1 ta’ Jannar 2004. |
fil-31 ta’ Diċembru 2013. |
Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala fungiċida u nematiċida. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-iprodione, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-3 ta’ Diċembru 2002. F’din l-analiżi ġenerali, l-Istati Membri:
|
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.