Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0689

2010/689/: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Novembru 2010 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward tad-Data dwar id-DNA fis-Slovakkja

ĠU L 294, 12.11.2010, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2017; Mibdul minn 32017D0945

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/689/oj

12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2010

dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward tad-Data dwar id-DNA fis-Slovakkja

(2010/689/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

Konformement ma’ dan, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u jeħtieġ li l-Kunsill jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprevedi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbazi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u eżerċizzju pilota.

(4)

Is-Slovakkja infurmat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-fajls nazzjonali tal-analiżi tad-DNA li għalihom japplikaw l-Artikolu 2 sa 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u l-kondizzjonijiet għall-konsultazzjoni awtomatizzata kif imsemmi fl-Artikolu 3 (1) ta’ dik id-Deċiżjoni, f’konformità mal-Artikolu 36(2) ta’ dik id-Deċiżjoni.

(5)

F’konformità mal-Kapitolu 4, punt 1.1, tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data.

(6)

Is-Slovakkja wieġbet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju tad-data dwar id-DNA.

(7)

Is-Slovakkja wettqet b’suċċess eżerċizzju pilota mal-Awstrija.

(8)

Żjara ta’ evalwazzjoni seħħet fis-Slovakkja u rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni kien prodott mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Awstrijaka/Olandiża u ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(9)

Rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta’ evalwazzjoni u tal-eżerċizzju pilota fir-rigward tal-iskambju tad-data dwar id-DNA ġie ppreżentat lill-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tat-tfittxija u l-paragun awtomatizzati tad-data dwar id-DNA, is-Slovakkja implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hi intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta’ dik id-Deċiżjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)   ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


Top