EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0645

2010/645/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Ottubru 2010 li testendi l-perijodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2002/887/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw mill-Ġappun (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7249)

ĠU L 281, 27.10.2010, p. 96–97 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/09/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1217

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/645/oj

27.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/96


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Ottubru 2010

li testendi l-perijodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2002/887/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw mill-Ġappun

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7249)

(2010/645/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul u t-tixrid fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/887/KE tat-8 ta’ Novembru 2002 li tawtorizza d-derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw mil-Ġappun (2), tawtorizza lill-Istati Membri biex jistipulaw derogi mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-pjanti ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw mil-Ġappun, għal perjodi limitati u soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi.

(2)

Id-derogi li ngħataw l-ewwel bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/452/KEE (3) u wara bid-Deċiżjoni 2002/887/KE kellhom limitu ta’ żmien, u d-dati previsti f’dawn id-Deċiżjonijiet ġew posposti, l-ewwel bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/816/KE (4), 96/711/KE (5) 98/641/KE (6) u 2001/841/KE (7), u wara bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/826/KE (8), 2006/915/KE (9) u 2008/826/KE (10).

(3)

Minħabba li ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw dawn id-derogi għadhom japplikaw u ma hemm ebda tagħrif ġdid li jagħti lok għal reviżjoni tal-kundizzjonijet speċifiċi, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi estiża. Barra minn hekk, inkisbet esperjenza mill-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/887/KE, kif ukoll abbażi tal-kuntatti mal-Ġappun. Barra minn dan, f’din id-Deċiżjoni ġew stabbiliti mekkaniżmi xierqa biex jiżguraw il-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ta’ meta japplikaw id-derogi. Għaldaqstant huwa xieraq li l-awtorizzazzjonijiet għad-derogi awtorizzati f’din id-Deċiżjoni jiġu estiżi għal perjodu itwal minn dawk awtorizzati b’Deċiżjonijiet preċedenti, u dan ifisser sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(4)

Madankollu, u minħabba raġunijiet fitosanitarji, l-importazzjoni ta’ pjanti Juniperus L. imċekknin b’mod naturali jew artifiċjali, u li joriġinaw mil-Ġappun, għandha ssir biss tul perjodu speċifiku f’kull sena sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(5)

Id-Deċiżjoni 2002/887/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/887/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 2, il-frażi “l-1 ta’ Awwissu 2009 u l-1 ta’ Awwissu 2010” tinbidel u hija sostitwita b’ “l-1 ta’ Awwissu ta’ kull sena”.

2.

It-tabella fl-Artikolu 4 tiġi sostitwita kif ġej:

“Pjanti

Perijodu

Chamaecyparis

1.1.2011-31.12.2020

Juniperus

1.11. sal-31.3. ta’ kull sena sal-31.12.2020

Pinus

1.1.2011-31.12.2020”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 12.11.2002, p. 8.

(3)  ĠU L 210, 21.8.1993, p. 29.

(4)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 87.

(5)  ĠU L 326, 17.12.1996, p. 66.

(6)  ĠU L 304, 14.11.1998, p. 36.

(7)  ĠU L 313, 30.11.2001, p. 44.

(8)  ĠU L 358, 3.12.2004, p. 32.

(9)  ĠU L 349, 12.12.2006, p. 51.

(10)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 25.


Top