Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0609

    2010/609/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPOL RD Congo/1/2010 tat- 8 ta’ Ottubru 2010 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL RD Congo

    ĠU L 266, 9.10.2010, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 01/10/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/609/oj

    9.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 266/60


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL RD CONGO/1/2010

    tat-8 ta’ Ottubru 2010

    dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL RD Congo

    (2010/609/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/576/PESK tat-23 ta’ Settembru 2010 dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

    Billi:

    1.

    F’konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/576/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-EUPOL RD Congo, inkluża b’mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

    2.

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tal-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR bħala l-Kap tal-Missjoni b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika sat-tmiem tal-mandat tal-EUPOL RD Congo.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.

    Ghall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 254, 29.9.2010, p. 33.


    Top