This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0424(10)
Decision No S3 of 12 June 2009 defining the benefits covered by Articles 19(1) and 27(1) of Regulation (EC) No 883/2004 of the European Parliament and of the Council and Article 25(A)(3) of Regulation (EC) No 987/2009 of the European Parliament and of the Council Text of relevance to the EEA and to the EC/Switzerland Agreement
Deċiżjoni Nru S3 tat- 12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera
Deċiżjoni Nru S3 tat- 12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera
ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/40 |
DEĊIŻJONI Nru S3
tat-12 ta’ Ġunju 2009
li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)
2010/C 106/10
IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli biex tittratta l-mistoqsijiet kollha amministrattivi jew il-mistoqsijiet ta’ interpretazzjoni li jqumu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),
Wara li kkunsidrat l-Artikoli 19 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar benefiċċji mhux finanzjarji waqt żjara temporanja fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat kompetenti,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 25(A) (3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, persuna assigurata hija intitolata li tirċievi waqt żjara temporanja fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat ta’ residenza, benefiċċji mhux finanzjarji li jiġu neċessarji medikament, filwaqt li tiġi kkunsidrata n-natura ta’ dawn il-benefiċċji u t-tul taż-żjara. |
(2) |
Skont l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, il-benefiċċji mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom jirriferu għall-benefiċċji mhux finanzjarji li jkunu provduti fl-Istat Membru taż-żjara, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tiegħu, u li jsiru meħtieġa fuq bażi mediku bil-ħsieb li jiġi evitat li persuna assigurata tiġi sfurzata li tirritorna, qabel it-tmiem tat-terminu taż-żjara ppjanata, fl-Istat Membru kompetenti biex tikseb il-kura li teħtieġ. |
(3) |
L-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 irid jiġi interpretat b’tali mod li l-benefiċċji kollha mhux finanzjarji provduti fir-rigward ta’ mard kroniku jew eżistenti huma koperti minn din id-dispożizzjoni. Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (3) il-kunċett ta’ “trattament neċessarju” ma jistax jiġi interpretat ‘li jfisser li dawk il-benefiċċji huma limitati biss għal każijiet fejn it-trattament mogħti sar neċessarju minħabba marda li feġġet f’daqqa. B’mod partikolari, iċ-ċirkustanza li trattament obbligat minn żviluppi fl-istat ta’ saħħa ta’ persuna assigurata waqt żjara temporanja fi Stat Membru ieħor tista’ tkun marbuta ma’ patoloġija li kienet diġà teżisti u li l-persuna kienet konxja minnha, bħalma hija marda kronika, ma tfissirx li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx sodisfatti. |
(4) |
L-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 irid jiġi interpretat b’tali mod li l-benefiċċji mhux finanzjarji provduti fir-rigward tat-tqala jew it-twelid tat-trabi huma koperti minn din id-dispożizzjoni. Minkejja dan, din id-dispożizzjoni ma tkoprix is-sitwazzjoni fejn l-iskop ta’ żjara temporanja fl-esteru ikun li twelled. |
(5) |
Skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi lista ta’ benefiċċji mhux finanzjarji mogħtija i li, sabiex jiġu provduti waqt żjara fi Stat Membru ieħor u minħabba raġunijiet prattiċi, jeħtieġu ftehim minn qabel bejn il-persuna konċernata u l-istituzzjoni li tagħti l-għajnuna. |
(6) |
L-għan ta’ ftehim minn qabel previst fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa li jiggarantixxi t-tkomplija tat-trattament meħtieġ minn persuna assigurata waqt żjara fi Stat Membru ieħor. |
(7) |
Fid-dawl ta’ dan l-għan, il-kriterji essenzjali għad-definizzjoni tal-benefiċċji mhux finanzjarj li jirrikjedu ftehim minn qabel bejn il-pazjent u l-unità li tipprovdi l-kura fi Stat Membru ieħor, huma l-element essenzjali tat-trattament mediku u l-fatt li dan it-trattament huwa aċċessibbli biss f’unitajiet mediċi speċjalizzati u/jew minn persunal u/jew tagħmir speċjalizzat. Lista mhux eżawrjenti bbażata fuq dawn il-kriterji qed tingħata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
1. |
Il-benefiċċji mhux finanzjarj li għandhom jiġu provduti skont l-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom jinkludu benefiċċji provduti fir-rigward ta’ mard kroniku jew eżistenti kif ukoll fir-rigward ta’ maternità u twelid tat-trabi. |
2. |
Benefiċċji mhux finanzjarj, inkluzi dawk fir-rigward ta’ mard kroniku jew eżistenti jew fir-rigward tat-twelid tat-trabi, mhumiex koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet meta l-għan taż-żjara fi Stat Membru ieħor ikun li jittieħdu dawn it-trattamenti. |
3. |
Kull trattament vitali li huwa aċċessibbli biss f’unità medika speċjalizzata u/jew minn persunal u/jew tagħmir speċjalizzat irid fil-prinċipju jkun soġġett għal ftehim minn qabel bejn il-persuna assigurata u l-unità li tkun qed tipprovdi t-trattament biex jiġi żgurat li t-trattament ikun disponibbli waqt iż-żjara tal-persuna assigurata fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti jew dak ta’ residenza. Lista mhux eżawrjenti tat-trattamenti li jissodisfaw dawn il-kriterji qed tingħata fl-Anness. |
4. |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. |
Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva
Gabriela PIKOROVÁ
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
(3) Il-Każ C-326/00 Ioannidis, sentenza tal-25 ta’ Frar 2003.
ANNESS
— |
dijalisi tal-kliewi |
— |
terapija tal-ossiġnu |
— |
trattament speċjali għall-ażma |
— |
ekokardjografija f’każ ta’ mard kroniku tal-awtoimmunità |
— |
kimoterapija |