This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0277
2010/277/: Commission Decision of 12 May 2010 amending Decision 2009/821/EC as regards the lists of border inspection posts and veterinary units in Traces (notified under document C(2010) 3040) (Text with EEA relevance)
2010/277/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3040) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/277/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3040) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 121, 18.5.2010, p. 16–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009D0821 | Emenda | anness 2 | DATEFF | |
Modifies | 32009D0821 | Emenda | anness 1 | DATEFF |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32010D0277R(01) | (SK) | |||
Corrected by | 32010D0277R(02) | (FR) | |||
Implicitly repealed by | 32019R1014 | 14/12/2019 |
18.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Mejju 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3040)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/277/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 Tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces (4), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati bi qbil mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Il-lista hija stipulata fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
Is-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) wettaq spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Antwerp fil-Belġju. Ir-riżultati tal-ispezzjoni kienu sodisfaċenti. Għaldaqstant, għandu jiżdied ċentru ta’ spezzjoni addizzjonali għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, il-kategoriji taċ-ċentri ta’ spezzjoni eżistenti f’dan il-post ta’ spezzjoni tal-fruntieri għandhom jiġu emendati. |
(3) |
Is-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) wettaq spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Gdańsk fil-Polonja. Ir-riżultati tal-ispezzjoni kienu sodisfaċenti. Għaldaqstant, għandu jiżdied ċentru ta’ spezzjoni addizzjonali għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(4) |
Wara komunikazzjonijiet mid-Danimarka u l-Polonja, ċerti postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dawk l-Istati Membri għandhom jitħassru mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(5) |
Wara komunikazzjonijiet minn Franza, il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Brest għandu jitħassar mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, ċerti kategoriji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruporti f’Lyon-Saint Exupéry, Marseille aéroport u Nizza għandhom jiġu modifikati fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(6) |
Wara komunikazzjoni mill-Italja, ċerti kategoriji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruporti Milano-Linate, Milano-Malpensa, Palermo, Reggio Calabria u Rimini għandhom ikunu sospiżi fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, ċerti kategoriji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Napli għandhom jiġu modifikati fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(7) |
Wara komunikazzjonijiet mil-Latvja, il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Riga (Baltmarine Terminal) għandu jitħassar mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, ċerti kategoriji għaż-żewġ ċentri ta’ spezzjoni fil-post approvat ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Riga għandhom jiġu modifikati fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(8) |
Wara komunikazzjoni minn Spanja, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata sabiex jittieħed kont tas-sospensjoni ta’ tnejn mill-postijiet tiegħu ta’ spezzjoni tal-fruntiera, tat-tneħħija tas-sospensjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati f’wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri u tal-limitar tal-kategoriji ta’ awtorizzazzjoni għal prodotti ta’ oriġini mill-annimali f’post ieħor ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera diġà approvat skont id-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(9) |
Wara komunikazzjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-isem ta’ wieħed miċ-Ċentri ta’ Spezzjoni fil-port ta’ Rotterdam għandu jiġi emendat fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(10) |
Il-lista ta’ unitajiet ċentrali, unitajiet reġjonali u unitajiet lokali fis-sistema TRACES hija stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(11) |
Wara komunikazzjonijiet mid-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja u l-Finlandja, ċerti bidliet fl-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi TRACES għandhom ikunu riflessi fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għal dawk l-Istati Membri. |
(12) |
Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Anness I mad-Deċiżjoni 2009/821/KE huwa emendat skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
2. L-Anness II mad-Deċiżjoni 2009/821/KE huwa emendat skont l-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(2) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(4) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.
ANNESS I
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
1. |
Fil-parti li tikkonċerna l-Belġju, id-dħul għall-port ta’ Antwerp huwa mibdul b’dan li ġej:
|
2. |
Fil-parti li tikkonċerna d-Danimarka, id-daħla għaċ-ċentru ta’ spezzjoni Centre 1, SAS 1 (North) għall-ajruport ta’ København huwa mħassar |
3. |
Il-parti li tikkonċerna lil Spanja hi emendata kif ġej:
|
4. |
Il-parti li tikkonċerna lil Franza hi emendata kif ġej:
|
5. |
Il-parti li tikkonċerna l-Italja hi emendata kif ġej:
|
6. |
Il-parti li tikkonċerna lil-Latvja hija emendata kif ġej:
|
7. |
Fil-parti li tikkonċerna l-Pajjiżi Baxxi, id-daħla għall-port ta’ Rotterdam hi mibdula b’li ġej:
|
8. |
Il-parti li tikkonċerna l-Polonja hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-parti li tikkonċerna d-Danimarka, id-daħliet għat-tliet unitajiet reġjonali ta’ bħalissa NORD, SYD, ØST u l-unitajiet lokali huma sostitwiti b’dan li ġej: “ DK00001 REGION VEST
DK00002 REGION ØST
|
(2) |
Fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, id-daħla għal “NIEDERSACHSEN” hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Fil-parti li tkkonċerna lill-Irlanda, id-daħliet għall-unitajiet lokali huma mħassra:
|
(4) |
Fil-parti li tikkonċerna l-Italja fir-reġjun ta’ “Lombardia”, id-daħla għall-unità lokali Milano 3 hija mibdul b’dan li ġej:
|
(5) |
Il-parti li tikkonċerna lil-Latvja hija emendata kif ġej:
|
(6) |
Il-parti li tikkonċerna l-Finlandja hija emendata kif ġej:
|