Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0274

2010/274/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/274/PESK tat-12 ta' Mejju 2010 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah

ĠU L 119, 13.5.2010, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/274/oj

13.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/274/PESK

tat-12 ta' Mejju 2010

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1).

(2)

Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/862/PESK (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u testendiha sal-24 ta’ Novembru 2009.

(3)

Fl-20 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/854/PESK (3) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u testendiha sal-24 ta’ Mejju 2010.

(4)

L-EU BAM Rafah għandha tiġi estiża ulterjorment sal-24 ta’ Mejju 2011 fuq il-bażi tal-mandat attwali tagħha.

(5)

Hu meħtieġ li jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-25 ta’ Mejju 2010 sal-24 ta’ Mejju 2011.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-għan tal-EU BAM Rafah hu li tipprovdi preżenza ta’ Parti Terza fil-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah sabiex tikkontribwixxi, f’kooperazzjoni mal-isforzi tal-Unjoni għall-bini tal-istituzzjonijiet, għall-ftuħ tal-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah u biex tinbena l-fiduċja bejn il-Gvern tal-Iżreal u l-Awtorità Palestinjana.”;

(2)

L-Artikolu 4a(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EU BAM Rafah fil-livell strateġiku.”;

(3)

L-Artikolu 5 huwa mħassar u l-paragrafi rimanenti huma numerati mill-ġdid kif meħtieġ;

(4)

L-Artikolu 8(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fejn meħtieġ, l-istatus tal-persunal tal-EU BAM Rafah, inkluż, fejn adatt, il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-ikkompletar u l-funzjonament bla xkiel tal-EU BAM Rafah għandu jkun suġġett għal ftehim li jkun konkluż konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”;

(5)

L-Artikolu 9(3) u (4) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, huwa l-kmandant tal-EU BAM Rafah fil-livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ struzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu pariri u appoġġ tekniku.

4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.”;

(6)

L-Artikolu 10(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan l-għan konformement mal-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħa għall-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u għall-emendar tal-OPLAN. Hija għandha tinkludi wkoll is-setgħa li jittieħdu deċiżjonijiet sussegwenti dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Is-setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-missjoni għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-Kunsill.”;

(7)

L-Artikolu 11(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehim li jkun konkluż konformement mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Meta l-UE u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan l-Istat terz f’operazzjonijiet tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżi, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EU BAM Rafah.”;

(8)

L-Artikolu 13(1) huw sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-25 ta’ Mejju 2010 sal-24 ta’ Mejju 2011 għandu jkun ta’ EUR 1 950 000.”;

(9)

L-Artikolu 14(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw, it-tnejn konformement mas-setgħat rispettivi tagħhom, konsistenza bejn l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-azzjoni esterna tal-Unjoni konformement mal-Artikolu 21(3) tat-Trattat. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw għal dan l-għan.”;

(10)

L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta, kif ikun adatt u konformement mal-ħtiġijiet operattivi tal-missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell ‘RESTREINT UE’ ġenerati għall-għanijiet tal-missjoni, konformement mar-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill.

2.   Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RĠħ huwa wkoll awtorizzat jirrilaxxa lill-awtoritajiet lokali informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” ġenerati għall-għanijiet tal-missjoni, konformement mar-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill. Fil-każijiet l-oħra kollha, tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu rilaxxati lill-awtoritajiet lokali konformement mal-proċeduri adatti għal-livell ta’ kooperazzjoni tagħhom mal-UE.

3.   Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta u lill-awtoritajiet lokali dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-missjoni koperti bl-obbligu ta’ segretezza professjonali b’segwitu għall-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (4).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/KE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).”;"

(11)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-24 ta’ Mejju 2011.”;

(12)

L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Reviżjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi riveduta sal-15 ta’ April 2011.”;

(13)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 18 għandu jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)  ĠU L 306, 15.11.2008, p. 98.

(3)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 73.


Top