Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0270

2010/270/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Mejju 2010 li temenda l-Partijiet 1 u 2 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward taċ-ċertifikati mudelli tas-saħħa tal-annimali minn stabbilimenti u għan-naħal u n-naħal bagħli (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2624) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 118, 12.5.2010, p. 56–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/270/oj

12.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Mejju 2010

li temenda l-Partijiet 1 u 2 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward taċ-ċertifikati mudelli tas-saħħa tal-annimali minn stabbilimenti u għan-naħal u n-naħal bagħli

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2624)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/270/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/65/KEE tippreskrivi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-klieb, tal-qtates u l-inmsa.

(2)

Il-Parti 1 tal-Anness E ta' din id-Direttiva tistipula l-mudell taċ-ċertifikat ta' saħħa għall-kummerċ tal-annimali mill-istabbilimenti, inklużi l-klieb, il-qtates u l-inmsa.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u r-regoli li japplikaw għall-kontrolli fuq movimenti ta’ dan it-tip. Japplika għall-movimenti bejn l-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi ta' pets tal-ispeċi elenkati fl-Anness I tiegħu. Il-klieb, il-qtates u l-inmsa huma elenkati fil-Partijiet A u B ta’ dan l-Anness.

(4)

Ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 ivarjaw, skont l-Istat Membru ta’ destinazzjoni u l-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-oriġini.

(5)

Il-pajjiżi terzi li japplikaw għar-regoli ta' moviment mhux kummerċjali ta' pets li jkunu tal-inqas ekwivalenti għar-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 huma elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(6)

Biex ikun evitat li movimenti kummerċjali jintwerew bil-qerq bħala movimenti mhux kummerċjali ta' pets fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament jistipula li l-kondizzjonijiet u l-kontrolli stipulati fid-Direttiva 92/65/KEE għandhom japplikaw għall-moviment ta’ iktar minn ħames pets meta l-annimali jiddaħħlu fl-Unjoni minn pajjiż terż li mhuwiex elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Flimkien ma' dan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-għadd massimu ta’ pets ta’ ċerti speċi li jistgħu jkunu soġġetti għall-moviment mhux kummerċjali jistipula li (3) l-ħtiġiet u l-kontrolli msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandhom japplikaw ukoll għall-moviment ta’ klieb, qtates u inmsa bħala pets fejn l-għadd totali ta’ annimali spustati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, jaqbeż il-ħamsa.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistipula wkoll li għal perjodu tranżitorju il-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa fit-territorju tal-Irlanda, ta’ Malta, tal-Iżvezja jew tar-Renju Unit għandu jkun soġġett għal ċerti rekwiżiti addizzjonali.

(9)

Id-Direttiva 92/65/KEE tirreferi għal dawk ir-rekwiżiti addizzjonali biss fir-rigward tal-kummerċ ta’ klieb, qtates u inmsa ddestinati għall-Irlanda, għall-Isvezja jew għar-Renju Unit.

(10)

Il-mudelli taċ-ċertifikati għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni għandhom ikunu kompatibbli mas-sistema veterinarja integrata kkompjuterizzata “TRACES” żviluppata skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE (4).

(11)

Biex ikun żgurat li r-rekwiżiti u l-kontrolli għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ aktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa bħala pets fl-Istati Membri kollha, inkluża Malta, jiġu applikati b’mod uniformi, hu meħtieġ li jiġi adattat il-mudell taċ-ċertifikat ta’ saħħa stipulat fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE.

(12)

Flimkien ma’ dan, il-mudell taċ-ċertifikat ta’ saħħa għall-kummerċ intra-Komunitarju tan-naħal ħaj (Apis mellifera) u tan-naħal bagħli (Bombus spp.) hu stipulat fil-Parti 2 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE.

(13)

Dan iċ-ċertifikat jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda Amerikana tal-batteriji tal-larva (foulbrood) kemm għan-naħal kif ukoll għan-naħal bagħli. Dawn ir-rekwiżiti jippermettu biss il-moviment ta’ naħal u ta’ naħal bagħli minn żoni li huma ħielsa minn din il-marda. Jingħata perjodu ta’ żmien ta’ waqfien ta’ 30 jum f’każ ta’ tifqigħa li jkun applikat għal żona ta' tliet kilometri madwar il-post tat-tifqigħa.

(14)

Fil-parti l-kbira tal-każijiet, madankollu, in-naħal bagħli jitrabba fi strutturi ambjentalment iżolati li huma kkontrollati regolarment mill-awtorità kompetenti u vverifikati għall-preżenza ta’ mard. Stabbilimenti bħal dawn li huma rikonoxxuti minn u li qegħdin taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat x'aktarx li ma jiġux affettwati mill-preżenza tal-marda Amerikana tal-batteriji tal-larva (foulbrood) fir-raġġ ta’ tliet kilometri stipulat fil-Parti 2 tal-Anness E b’kuntrast mal-kolonji fil-beraħ.

(15)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-mudell taċ-ċertifikat ta’ saħħa jiġi emendat għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni fir-rigward ta' naħal ħaj u ta' naħal bagħli biex jiġu introdotti rekwiziti speċifiċi għas-saħħa tal-annimali li jikkonċernaw in-naħal bagħli imrobbi fi struttura ambjentalment iżolata.

(16)

Il-Partijiet 1 u 2 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(17)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 114, 7.5.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 216, 28.8.2003, p. 58.


ANNESS

L-Anness E għad-Direttiva 92/65/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej:

“Parti 1 –   Ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ fl-annimali minn stabbilimenti (għasafar tal-priża, għasafar, lagomorfi, klieb, qtates u inmsa)

92/65 EI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(2)

Il-Parti 2 tinbidel b’dan li ġej:

“Il-Parti 2 –   Ċertifikat tas-Saħħa għall-kummerċ fin-naħal u n-naħal bagħli

92/65 EII

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top