This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010A0225(01)
Council Opinion of 2 December 2009 on the complement to the updated stability programme of Belgium, 2008-2012
Opinjoni tal-Kunsill tad- 2 ta' Diċembru 2009 Dwar il-kumplament għall-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Belġju, 2008-2012
Opinjoni tal-Kunsill tad- 2 ta' Diċembru 2009 Dwar il-kumplament għall-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Belġju, 2008-2012
ĠU C 47, 25.2.2010, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/1 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
tad-2 ta' Diċembru 2009
Dwar il-kumplament għall-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Belġju, 2008-2012
2010/C 47/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
TA DIN L-OPINJONI:
(1) |
Fit-(2 ta’Diċembru 2009) il-Kunsill eżamina l-kumplament tal-aġġornament tal-programm ta’ stabbiltà ta’ April 2009 tal-Belġju (minn hawn ’il quddiem “il-kumplament”), li jkopri l-perijodu mill-2008 sal-2012 (2), ippreżentat mill-awtoritajiet Belġjani b’risposta għall-istedina tal-Kunsill li kienet inkluża fl-opinjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar il-programm ta’ April 2009. L-opinjoni attwali taġġorna dik ta’ Lulju, b'kont meħud tal-informazzjoni li hemm fil-kumplament għall-programm ta’ April 2009. |
(2) |
Il-kollass tal-kummerċ dinji flimkien mal-fiduċja li dejjem qed tonqos, l-effetti fuq il-ġid u kondizzjonijiet ta’ kreditu aktar stretti wasslu għal tnaqqis qawwi tal-ekonomija fl-aħħar kwart tal-2008 u l-ewwel kwart tal-2009. Fit-tieni kwart, it-tnaqqis kien iżjed limitat u t-tkabbir għal kull kwart mistenni li jkun kemmxejn iżjed pożittiv fit-tieni nofs tas-sena b'riżultat tat-titjib fl-ambjent internazzjonali. Skont it-tbassir għall-ħarifa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-PDG annwali mistenni jonqos madwar 3 % fl-2009 u jmur għall-aħjar fl-2010 (0,6 %). Fl-2011, it-tkabbir hu proġettat li jiżdied għal 1,5 %, b’hekk jiskorri daqsxejn it-tkabbir potenzjali li ċkien minħabba n-nuqqas fl-investiment u ż-żieda fir-rata tal-qgħad fil-kuntest tal-kriżi. It-tnaqqis ser ikollu wkoll impatt ħażin sinifikanti fuq il-finanzi pubbliċi; skont it-tbassir għall-ħarifa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern ser jiddeterjora minn 1,2 % tal-PDG fl-2008 għal madwar 6 % tal-PDG fl-2009. L-iżbilanċ mistenni li jistabbilizza fl-2010 u l-2011 meta jiġu meqjusa (i) li l-impatt baġitarju tal-miżuri ta’ stimolu adottati fl-aħħar tal-2008 b’reazzjoni għall-PERE jibqa’ 0,5 % tal-PDG), fl-2010, li jirrifletti li l-pakkett jinkludi miżuri permanenti, u (ii) il-miżuri ta’ konsolidament adottati mil-livelli differenti governattivi fil-kuntest tal-baġits tagħhom għall-2010 (0,75 % tal-PDG) u l-2011 (0,25 % tal-PDG). Iżda l-qagħda diffiċli tat-tkabbir ekonomiku fl-2010 b’żieda oħra qawwija fil-qgħad, infiq b’interessi ogħla, kif ukoll żieda fl-infiq marbuta mat-tixjiħ tal-popolazzjoni (li wkoll jirrifletti l-miżuri meħudin fis-snin reċenti biex jiżdiedu l-benefiċċji soċjali, inklużi l-pensjonijiet), huma mistennija li jikkumpensaw għal kollox l-impatt tal-miżuri ta’ konsolidament fuq il-bilanċ bażiku. |
(3) |
Ix-xenarju makroekonomiku li fuqu huwa msejjes il-kumplament jipprevedi li, wara li kiber b’1,1 % fl-2008, il-PDG reali ser jonqos bi 3,1 % fl-2009 qabel ma jirkupra b’rata ta’ tkabbir ta' 0,4 % fl-2010. Minn hemm ’il quddiem, ir-rata ta’ tkabbir tal-PDG hija proġettata li tkun 1,9 % fl-2011 u 2,4 % fl-2012. Imqabbel mal-aġġornament tal-programm ta’ April 2009, it-tkabbir ġie rrivedut ’l isfel, speċjalment fl-2009. Meta jiġi vvalutat skont l-informazzjoni disponibbli bħalissa (3), dan ix-xenarju jidher li huwa ġeneralment plawsibbli; din il-valutazzjoni forsi hija daqsxejn kawta għall-perijodu 2009-2010, imma xi ftit favorevoli għas-snin ta’ barra meqjusa mal-istimi l-iżjed riċenti tal-produzzjoni potenzjali. Filwaqt li t-tbassir għall-ħarifa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni wkoll jistenna li jitnaqqas ftit ftit id-distakk tal-produzzjoni wara t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, ir-rata proġettata għat-tnaqqis fid-distakk tal-kumplament tidher x'aktarx ottimista. Il-kompożizzjoni tat-tkabbir hija ġeneralment plawsibbli tul il-perijodu kollu tal-kumplament. It-tbassir dwar l-inflazzjoni fil-kumplament jista’ jitqies bħala realistiku. Min-naħa l-oħra, it-tkabbir proġettat fil-pagi jidher daqsxejn għoli tul il-perijodu kollu minħabba li tkabbir iżgħar fl-ispejjeż tal-pagi f’pajjiżi oħra għandu mnejn jeżerċita pressjoni ’l isfel fuq il-pagi Belġjani fil-kuntest ta’ rata għolja ta' qgħad. Fl-aħħar nett, il-projezzjoni fil-kumplament dwar iż-żieda fl-impjiegi għall-2011 jista’ jkun ukoll daqsxejn ottimist. |
(4) |
Il-kumplament jinkludi mira tal-iżbilanċ għall-2009 ta’ 5,9 % tal-PDG (skont it-tbassir għall-ħarifa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni). Iż-żieda fl-iżbilanċ fl-2009 mqabbla ma’ 1,2 % tal-PDG fl-2008 tirrifletti primarjament l-impatt tal-istabbilizzaturi awtomatiċi. Dan l-impatt kien ħafna iżjed importanti milli jidher minn applikazzjoni tal-elastiċitajiet standard, u b'mod partikolari jinkludi tnaqqis qawwi fid-dħul mit-taxxi korporattivi. Il-miżuri favur it-tkabbir fil-baġit tal-2009 (0,5 % tal-PDG) u l-pakketti ta’ stimolu fiskali mwaqqfa mill-gvernijiet reġjonali u federali (0,5 % tal-PDG) kienu relattivament ikkontrollati skont il-limitazzjonijiet ta' manuvrar ikkawżati mil-livell għoli ta’ dejn. Fl-aħħar nett, id-deterjorazzjoni tal-baġit tirrifletti wkoll miżuri negattivi ta’ darba ta’ madwar 0,5 % tal-PDG, prinċipalment wara żewġ deċiżjonijiet tal-Qorti (4). Bħala riżultat ta’ dawn il-miżuri ta' darba u impatt ikbar milli mistenni tal-istabbilizzaturi awtomatiċi, il-mira attwali tal-iżbilanċ għall-2009 hija 2,5 % tal-PDG ogħla minn dik tal-aġġornament ta’ April 2009 tal-programm ta’ stabbiltà, filwaqt li ma ttieħdux miżuri addizzjonali favur it-tkabbir. L-iżbilanċ strutturali (jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament nett mill-miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħra), skont it-tagħrif mogħti fil-kumplament u kkalkulat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni skont il-metodoloġija maqbula, hu proġettat li ser jilħaq l-4,7 % tal-PDG fl-2009, meta mqabbel ma’ 2,3 % fl-2008. It-tbassir għall-ħarifa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni jistenna żieda kemmxejn iżgħar fl-iżbilanċ strutturali fl-2009 (bi 2 flok 2,4 punti perċentwali), primarjament minħabba li l-kumplament ma qiesx li l-impatt ta’ 0,5 % tal-PDG ikkawżat mid-deċiżjonijiet tal-Qorti fl-2009 kien se jkun ta’ darba biss. |
(5) |
L-għan prinċipali tal-istrateġija baġitarja fil-kumplament fuq medda medja ta’ żmien huwa li jiżgura treġġigħ lura gradwali għal baġit bilanċjat sal-2015. Il-kumplament ma jsemmix espliċitament l-MTO u lanqas ma jipprevedi l-Objettiv oriġinali tal-Belġju fuq Medda Medja ta’ Żmien (eċċess ta’ 0,5 % tal-PDG f’termini adattati ċiklikament u nett minn miżuri ta’ darba jew miżuri oħra temporanji) li għandu jintlaħaq fi żmien il-perijodu kopert mill-kumplament. L-iżbilanċ bażiku ser jistabbilizza għal madwar 6 % tal-PDG fl-2010 bis-saħħa ta' 0,5 % tal-PDG f’miżuri korrettivi, qabel ma jibda bil-mod il-mod jitjieb għal 4,4 % tal-PDG sal-2012 (bis-saħħa ta’ miżuri ta’ konsolidament li jammontaw għal 1 % fl-2011 u 1,25 % fl-2012). Il-kumplament isemmi l-2013 bħala mira biex jitnaqqas l-iżbilanċ għal inqas minn 3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG, iżda ma jipprovdix xenarju sħiħ għal dik is-sena (5). L-iżbilanċ strutturali fil-kumplament, ikkalkulat mil-ġdid skont il-metodoloġija li hemm qbil komuni dwarha, ser jitjieb b’madwar 0,25 ta’ punt perċentwali kemm fl-2010 kif ukoll fl-2011 u b’0,5 punt perċentwali fl-2012. Minħabba l-fatt li l-kumplament ma kkunsidrax li l-impatt ta’ 0,5 % tal-PDG kkawżat mid-deċiżjonijiet tal-Qorti fl-2009 kien ta’ darba biss, il-bilanċ strutturali attwalment ser jiddeterjora bi 0,25 % tal-PDG fl-2010 (minn – 4,2 % tal-PDG fl-2009 għal – 4,4 % tal-PDG fl-2010). L-aġġustamenti strutturali previsti fil-kumplament huma iżgħar sew mill-ammonti tal-miżuri ppjanati msemmijin hawn fuq. Dan jirrifletti li l-bilanċ strutturali skont politiki mhux mibdula awtomatikament jiddeterjoraw b'medja ta' 0,5 % tal-PDG fis-sena bħala riżultat tal-qagħda ħażina tat-tkabbir ekonomiku fl-2010, ta’ infiq ogħla fuq l-interessi, u ta’ infiq ogħla marbut mat-tixjiħ tal-popolazzjoni (li jirrifletti wkoll il-miżuri li ttieħdu fis-snin riċenti biex jiżdiedu l-benefiċċji soċjali, li jinkludu l-pensjonijiet). Skont il-kumplament, l-isforz ippjanat għall-konsolidament huwa msejjes ugwalment fuq żidiet fid-dħul mit-taxxi (b’mod partikolari t-taxxi tad-dħul u fuq il-ġid) u tnaqqis fl-infiq (b’mod partikolari dak fuq il-konsum intermedju, fuq il-kumpens tal-impjegati u trasferimenti soċjali mhux finanzjarji). Il-kumplament jistma li d-dejn tal-gvern qiegħed 89,6 % tal-PDG fl-2008, imqabbel mal-84 % tal-PDG fl-2007, fejn iż-żieda hija primarjament b’riżultat tal-aġġustament sinifikanti għall-fluss tal-istokk li rriżulta mill-operazzjonijiet biex isalvaw il-banek (6 % tal-PDG). Il-kumplament jistenna li l-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG ser ikompli jiżdied għal madwar 104 % fl-2011 fejn jistabbilizza ruħu b’mod ġenerali; dan huwa sostanzjalment ogħla milli jidher fl-aġġornament ta’ April (l-iżjed minħabba l-iżbilanċi ikbar). It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa 2009 jipproġetta żieda komparabbli fil-proporzjon tad-dejn. |
(6) |
Il-miri baġitarji huma ġeneralment suġġetti għal xi riskji negattivi, prinċipalment mill-2011. Dan huwa l-ewwel nett minħabba l-ambjent inċert makroekonomiku u għalhekk ma jistgħux jiġu esklużi riżultati agħar milli mistennija mill-kumplament fl-2011 u l-2012. It-tieni, il-miżuri ta’ konsolidament imsemmijin fil-kumplament biex jappoġġaw il-miri mhumiex speċifikati biżżejjed. Filwaqt li għall-2010 jidher, abbażi tal-abbozzi tal-baġits għall-2010 tal-livelli governattivi differenti, li ġew miftiehma wara l-preżentazzjoni tal-kumplament, li l-ammont tal-miżuri korrettivi huwa ogħla minn 0,5 % tal-PDG previst fil-kumplament, minħabba li l-miżuri li huma speċifikati biżżejjed bħalissa jammontaw għal madwar 0,75 % tal-PDG, għas-snin ta’ wara ftit hemm informazzjoni disponibbli dwar x’inhuma l-miżuri ppjanati. Fl-aħħar nett, il-gvern offra garanziji mdaqqsin lis-settur bankarju u dan jista’ jtella’ l-iżbilanċi u d-dejn fil-ġejjieni sal-punt li jiġu miġbura, għalkemm xi parti mill-ispejjeż li għamel il-gvern b’appoġġ għas-settur finanzjarju tista’ wkoll tiġi rkuprata fil-ġejjieni. Min-naħa l-oħra, ma jistax ikun eskluż li bl-istess mod li kien hemm tnaqqis fid-dħul fl-2009, iżjed milli kien proġettat, ikun hemm iżjed ċaqliq fid-dħul mit-taxxi milli jissuġġerixxu l-elastiċitajiet normali. Fid-dawl tar-riskji għall-miri baġitarji, l-evoluzzjoni tal-proporzjon tad-dejn tista' wkoll tkun anqas favorevoli minn dik proġettata fil-kumplament. |
(7) |
Il-pożizzjoni fiskali, mkejla mill-bidla kkalkulata mill-ġdid fil-bilanċ strutturali tal-kumplament, u meta jkunu meqjusa r-riskji msemmijin hawn fuq, hija espansiva fl-2009, konformi mal-PERE, u għall-bqija tal-perijodu tal-programm, ġeneralment newtrali. Fid-dawl tar-riskji marbutin mas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, li jinkludu l-livell għoli ħafna ta’ dejn governattiv li barra minn hekk, mhuwiex jonqos biżżejjed lejn il-valur ta’ referenza tul il-perijodu tal-programm, u fid-dawl ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti konsiderevoli li jsegwu l-miżuri biex jistabbilixxu s-sistema finanzjarja, il-proċess tal-konsolidament għandu jitqawwa b’mod konsiderevoli mill-2011 ’il quddiem. |
(8) |
Fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data speċifikati fil-kodiċi tal-kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-kumplament tejjeb il-konformità mar-rekwiżiti tal-kodiċi tal-kondotta minkejja li fadal xi lakuni fid-data obbligatorja u dik volontarja (6). |
Il-konklużjoni ġenerali hija li l-pożizzjoni fiskali espansiva fl-2009 hija konformi mal-PERE. Il-miżuri diskrezzjonali ta’ sostenn, flimkien mal-ħidma tal-istabbilizzaturi awtomatiċi ser jimbuttaw l-iżbilanċ bażiku sa kważi 6 % tal-PDG. Il-proporzjon tad-dejn gross tal-gvern mqabbel mal-PDG, li reġa’ żdied fl-2008 bħala riżultat tal-miżuri biex tiġi stabbilizzata s-sistema finanzjarja, ser jissokta jiżdied sa 104 % fl-2012. Dan iseħħ wara tnaqqis impressjonanti, minn 134 % fl-1993 għal 84 % fl-2007, imsejjes fuq il-kisba ta’ baġits ibbilanċjati. Il-proċess tal-konsolidament fil-kumplament jimmira li jnaqqas gradwalment l-iżbilanċ bażiku għal 4,4 % fl-2012 u wara hekk, jerġa' jkompli jonqos għal 2,8 % tal-PDG fl-2013 u jkun hemm baġit ibbilanċjat fl-2015. Ġeneralment il-proċess huwa soġġett għar-riskju negattiv mill-2011, minħabba l-fatt li l-miżuri li hu msejjes fuqhom mhumiex speċifikati biżżejjed u minħabba s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi pjuttost favorevoli. Fid-dawl tad-dinamika tad-dejn u s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, il-konsolidament ippjanat għandu jitqawwa b'mod konsiderevoli mill-2011 ’il quddiem biex inaqqas l-iżbilanċ b’mod definittiv sa inqas mil-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PDG.
Fid-dawl tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq u flimkien mal-istedin ta’ qabel maħruġa fl-opinjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 għat-titjib tal-kwalità u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq medda twila ta’ żmien, il-Belġju mistieden ukoll jikseb l-ammont tal-miżuri ta' konsolidament fl-2010 kif ippjanat fl-abbozz tal-baġit għall-2010 u jsaħħaħ b'mod konsiderevoli l-isforz għall-aġġustament sa mill-2011 permezz ta’ miżuri strutturali speċifiċi, biex b’mod deċiżiv iniżżel l-iżbilanċ għal inqas mill-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG.
Tqabbil tal-projezzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji ewlenin
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
|
PDG reali (% ta’ bidla) |
PS Sett 2009 |
2,8 |
1,1 |
–3,1 |
0,4 |
1,9 |
2,4 |
COM ħarifa 2009 |
2,9 |
1,0 |
–2,9 |
0,6 |
1,5 |
m.a. |
|
PS Apr 2009 |
2,8 |
1,1 |
–1,9 |
0,6 |
2,3 |
2,3 |
|
Inflazzjoni HICP (%) |
PS Sett 2009 |
1,8 |
4,5 |
0,0 |
1,5 |
1,6 |
1,6 |
COM ħarifa 2009 |
1,8 |
4,5 |
0,0 |
1,3 |
1,5 |
m.a |
|
PS Apr 2009 |
1,8 |
4,5 |
0,7 |
1,8 |
1,8 |
1,7 |
|
Lakuna fil-produzzjoni (7) (% tal-PDG potenzjali) |
PS Sett 2009 |
2,6 |
2,0 |
–2,3 |
–2,9 |
–2,3 |
–1,5 |
COM ħarifa 2009 |
2,4 |
1,7 |
–2,3 |
–2,8 |
–2,4 |
m.a |
|
PS Apr 2009 |
2,3 |
1,5 |
–1,9 |
–2,7 |
–1,9 |
–1,2 |
|
Tislif/self nett fir-rigward tal-bqija tad-dinja (% tal-PDG) |
PS Sett 2009 |
2,1 |
–1,6 |
–1,9 |
–2,1 |
–2,3 |
m.a |
COM ħarifa 2009 |
3,5 |
–0,2 |
0,1 |
0,4 |
0,3 |
m.a |
|
PS Apr 2009 |
m.a |
m.a |
m.a |
m.a |
m.a |
m.a |
|
Dħul ġenerali tal-gvern (% tal-PDG) |
PS Sett 2009 |
m.a |
48,7 |
47,9 |
48,1 |
48,5 |
49,2 |
COM ħarifa 2009 |
48,2 |
48,8 |
47,7 |
48,0 |
48,2 |
m.a |
|
PS Apr 2009 |
48,1 |
48,6 |
48,2 |
m.a |
m.a |
m.a |
|
Nefqa ġenerali tal-Gvern (% tal-PDG) |
PS Sett 2009 |
m.a |
49,9 |
53,8 |
54,1 |
53,9 |
53,6 |
COM ħarifa 2009 |
48,4 |
50,0 |
53,6 |
53,8 |
54,0 |
m.a |
|
PS Apr 2009 |
48,3 |
49,8 |
51,6 |
m.a |
m.a |
m.a |
|
Bilanċ ġenerali tal-Gvern (% tal-PDG) |
PS Sett 2009 |
m.a |
–1,2 |
–5,9 |
–6,0 |
–5,5 |
–4,4 |
COM ħarifa 2009 |
–0,2 |
–1,2 |
–5,9 |
–5,8 |
–5,8 |
m.a |
|
PS Apr 2009 |
–0,2 |
–1,2 |
–3,4 |
–4,0 |
–3,4 |
–2,6 |
|
Bilanċ primarju (% tal-PDG) |
PS Sett 2009 |
m.a |
2,5 |
–2 |
–1,9 |
–1,2 |
–0,1 |
COM ħarifa 2009 |
3,6 |
2,6 |
–2,0 |
–1,8 |
–1,7 |
m.a |
|
PS Apr 2009 |
3,6 |
2,5 |
0,4 |
–0,1 |
0,6 |
1,5 |
|
Bilanċ aġġustati ċiklikament (8) (% tal-PDG) |
PS Sett 2009 |
–1,6 |
–2,3 |
–4,7 |
–4,4 |
–4,2 |
–3,6 |
COM ħarifa 2009 |
–1,5 |
–2,1 |
–4,6 |
–4,3 |
–4,5 |
m.a |
|
PS Apr 2009 |
–1,5 |
–2,0 |
–2,4 |
–2,6 |
–2,4 |
–1,9 |
|
Bilanċ strutturali (9) (% tal-PDG) |
PS Sett 2009 |
–1,5 |
–2,3 |
–4,7 |
–4,4 |
–4,2 |
–3,6 |
COM ħarifa 2009 |
–1,4 |
–2,2 |
–4,2 |
–4,4 |
–4,5 |
m.a |
|
PS Apr 2009 |
–1,3 |
–2 |
–2,4 |
–2,6 |
–2,4 |
–1,9 |
|
Dejn gross tal-gvern (% tal-PDG) |
PS Sett 2009 |
m.a |
89,7 |
97,5 |
101,9 |
103,9 |
104,3 |
COM ħarifa 2009 |
84,2 |
89,8 |
97,2 |
101,2 |
104,0 |
m.a |
|
PS Apr 2009 |
84,0 |
89,6 |
93,0 |
95,0 |
94,9 |
93,9 |
|
Il-kumplament ta’ Settembru 2009 tal-aġġornament tal-programm ta’ stabbilizzazzjoni (PS) ta’ April 2009; It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmija f’dan it-test jinsabu fuq il-websajt li jidher hawn taħt: http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm
(2) L-aġġornament ta’ April 2009 tal-programm ta’ stabbiltà kopra l-perijodu bejn l-2008 u l-2013.
(3) Din il-valutazzjoni tqis partikolarment it-tbassir tal-ħarifa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni.
(4) L-ewwel, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-taxxi korporattivi kellhom jitħallsu lura minħabba li s-sistema Belġjana tat-tnaqqis tad-dividendi ma kienx kompatibbli mad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti. It-tieni, il-Qorti Kostituzzjonali Belġjana ddeċidiet li l-ħlasijiet żejda tat-taxxi fuq id-dħul kellhom jitħallsu lura lill-koppji qiegħda, kemm dawk koabitanti kif ukoll dawk miżżewġin biex ikun żgurat trattament ugwali.
(5) Il-programm jipprovdi l-iżbilanċi bażiċi għall-2013 sal-2015 (2,8 % tal-PDG fl-2013, 1,3 % tal-PDG fl-2014 u 0 % tal-PDG fl-2015), iżda ma jipprovdix analiżi mqassma jew xenarju makroekonomiku ulterjuri biex isaħħaħ dawn il-miri.
(6) B’mod partikolari, mhijiex mogħtija t-tabella li turi l-iżviluppi ċikliċi.
(7) Lakuni fil-produzzjoni u bilanċi aġġustati ċiklikament mill-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-kumplament.
(8) Ibbażat fuq stima tat-tkabbir potenzjali ta' 1,9 %, 1,7 %, 1,1 %, 1,0% u 1,2 % rispettivament fil-perijodu 2007-2011.
(9) Bilanċ aġġustat ċiklikament li jeskludi miżuri ta’ darba u oħrajn temporanji. Miżuri ta’ darba u oħrajn temporanji huma 0 tul il-perijodu kollu skont il-kumplament. Skont it-tbassir għall-ħarifa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-miżuri ta’ darba jnaqqsu l-iżbilanċ kemm fl-2008 kif ukoll fl-2010 (0,1 % tal-PDG) u jżidu l-iżbilanċ fl-2009 (0,5 % tal-PDG).
Sors:
Il-kumplament ta’ Settembru 2009 tal-aġġornament tal-programm ta’ stabbilizzazzjoni (PS) ta’ April 2009; It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.