EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1224

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal- 20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006

ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj

22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1224/2009

tal-20 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (4),

Billi:

(1)

L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (5), huwa li jiġi żgurat sfruttament tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin li jipprovdi kondizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(2)

Minħabba li s-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd jinvolvi l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll effikaċi, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ifittxu li jistabbilixxu sistema tal-Komunità għall-kontroll, l-ispezzjoni, u l-infurzar permezz ta’ approċċ globali u integrat f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli kollha tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex isir provvediment għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin billi jiġu koperti l-aspetti kollha ta’ din il-politika.

(3)

L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (6) turi li s-sistema tal-kontroll attwali ma għadhiex biżżejjed biex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(4)

Fil-preżent id-dispożizzjonijiet tal-kontroll jinsabu f’numru vast ta’ testi legali sovraposti u kumplessi. Jeżistu nuqqasijiet fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ wħud mill-partijiet tas-sistema tal-kontroll, u dan jirriżulta f’miżuri insuffiċjenti u diverġenti bħala reazzjoni għall-infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex b’hekk jiġi mhedded il-ħolqien ta’ parità ta’ kondizzjonijiet għas-sajjieda madwar il-Komunità. Għal din ir-raġuni r-reġim eżistenti u l-obbligi kollha fih għandhom jiġu konsolidati, razzjonalizzati u simplifikati, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis ta’ piżijiet doppji tar-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni.

(5)

Minħabba l-iskala tal-eżawriment tar-riżorsi akkwatiċi tal-baħar, huwa vitali li l-Komunità tadotta l-miżuri neċessarji għall-iżvilupp ta’ kultura ta’ konformità fost l-operaturi kollha mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u mal-għanijiet stabbiliti fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2002 kif ukoll l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Kunsill Ewropew. Biex jinkiseb dan il-għan, ir-regoli dwar il-kontroll, l-ispezzjoni, u l-infurzar tal-miżuri tal-konservazzjoni kif ukoll tal-ġestjoni tar-riżorsi, il-miżuri strutturali u l-miżuri fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq għandhom jiġu rinfurzati, armonizzati u msaħħa.

(6)

Minħabba li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad- 29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (7), jobbliga lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw l-effikaċja tal-ġlieda kontra kull sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (“IUU”) u l-attivitajiet assoċjati u peress li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment tas-sajd Komunitarju barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastiment ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (8) jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-bastiment tas-sajd tal-Komunità biex jinvolvu ruħhom f’attivitajiet tas-sajd ‘il barra mill-ilmijiet tal-Komunità u dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi biex jinvolvu ruħhom f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta lil dawn ir-Regolamenti u jiżgura li ma ssir l-ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi terzi.

(7)

Dan ir-Regolament m’għandu jaffettwa la d-dispożizzjonijiet speċjali li jinsabu fi ftehimiet internazzjonali jew applikabbli fil-qafas tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u lanqas kwalunkwe dispożizzjoni tal-kontroll nazzjonali li taqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament iżda tmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet minimi tiegħu, dment li tali dispożizzjonijiet nazzjonali jikkonformaw mal-liġi Komunitarja.

(8)

It-teknoloġiji moderni, bħal ma huma s-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti, is-Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti u s-Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni għandhom jiġu sfruttati peress li dawn jippermettu monitoraġġ effikaċi, kontroverifiki sistematiċi u awtomatizzati b’mod rapidu, u jiffaċilitaw il-proċeduri amministrattivi kemm għall-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll għall-operaturi u b’hekk jippermettu analiżi tar-riskju opportuna u valutazzjonijiet globali tal-informazzjoni kollha tal-kontroll rilevanti. Is-sistema tal-kontroll b’hekk għandha tippermetti li l-Istati Membri jikkombinaw l-użu tal-istrumenti tal-kontroll varji biex jiżguraw l-aktar metodu effiċjenti tal-kontroll.

(9)

Għandu jiġi introdott approċċ komuni u ġdid għall-kontroll tas-sajd li jinkludi monitoraġġ komprensiv tal-qabdiet, bil-għan li jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ parità għas-settur tas-sajd li jikkunsidraw d-differenzi bejn it-taqsimiet tal-flotta. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti kriterji komuni għall-implimentazzjoni tal-kontroll tas-sajd u b’mod partikolari proċeduri ta’ spezzjoni standardizzati u koordinati fuq il-baħar, fl-art u tul il-katina kollha ta’ kummerċjalizzazzjoni. Bħala parti mill-approċċ il-ġdid għandhom jiġu ċċarati r-responsabbilitajiet rispettivi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd.

(10)

Il-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd fuq il-livell tal-Komunità hija bbażata b’mod partikolari fuq il-qabdiet totali permessi (TACs), il-kwoti, ir-reġimi tal-isforzi u l-miżuri tekniċi. Għandhom jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji biex jimplimentaw dawn il-miżuri ta’ ġestjoni b’mod effikaċi.

(11)

L-attivitajiet u l-metodi tal-kontroll għandhom ikunu bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju bl-użu sistematiku u komprensiv tal-proċeduri tal-kontroverifiki mill-Istati Membri. Huwa wkoll neċessarju li l-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni rilevanti.

(12)

Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, l-Kummissjoni u l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għandhom jiġu intensifikati sabiex tiġi promossal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(13)

Sabiex ikun żgurat li attivitajiet tas-sajd jitwettqu f’konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd dawn l-attivitajiet għandhom ikunu soġġetti għal liċenzja tas-sajd u, meta japplikaw kondizzjonijiet speċifiċi, għal awtorizzazzjoni għas-sajd. Għandhom japplikaw ukoll ir-regoli dwar l-immarkar u l-identifikazzjoni tal-bastimenti tas-sajd u t-tagħmir tagħhom.

(14)

Sabiex ikun żgurat kontroll effettiv l-Istati Membri għandhom iħaddmu Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti u bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar għandhom ikunu mgħammra b’apparat li jippermetti lill-Istati Membri li awtomatikament jillokalizzaw u jidentifikaw dawk il-bastimenti. Barra minn hekk il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni f’konformità mad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (9), u l-Istati Membri għandhom jużaw id-data ta’ tali sistema għall-finijiet ta’ kontroverifika.

(15)

Għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-aġenziji Komunitarji u fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, għandha tkun possibbli t-trażmissjoni ta’ data mis-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti, is-Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni u s-Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti, lill-aġenziji tal-Komunità u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri involuti fl-operazzjonijiet ta’ sorveljanza għall-iskop tas-sikurezza u s-sigurtà marittima, il-kontroll tal-fruntieri, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-infurzar ġenerali tal-liġi.

(16)

Għandu jkun il-Kunsill li jiddeċiedi dwar l-użu futur ta’ tagħmir elettroniku tal-monitoraġġ u l-għodda ta’ traċċabilità bħall-analiżi ġenetika u teknoloġiji oħra tal-kontroll tas-sajd jekk dawn it-teknoloġiji jwasslu għal konformità aħjar mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd b’mod kost-effettiv.

(17)

L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tal-Komunità u barra minnhom. Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ effikaċi, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 10 metri jew aktar għandhom ikunu obbligati jżommu ġurnal ta’ abbord u jippreżentaw dikjarazzjonijiet dwar l-iżbark u t-trasbord. Sabiex isir użu minn teknoloġiji moderni, għal bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar, il-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd għandu jkun f’għamla elettronika u d-dikjarazzjonijiet dwar l-iżbark u t-trasbord għandhom jiġu ppreżentati b’mod elettroniku.

(18)

L-informazzjoni fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tal-bastimenti tas-sajd għandha tiġi verifikata waqt l-iżbark. Għalhekk, dawk involuti fl-iżbark u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-ħut u l-prodotti tas-sajd għandhom jiġu obbligati jiddikjaraw il-kwantitajiet li jħottu, li jittrasbordaw, li joffru għall-bejgħ jew li jixtru.

(19)

Għall-bastimenti tas-sajd żgħar b’tul totali taħt l-10 metri, l-obbligu li jinżamm ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd jew li tiġi kompletata dikjarazzjoni dwar l-iżbark tikkostitwixxi piż sproporzjonat f’relazzjoni mal-kapaċità tas-sajd tagħhom. Sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ kontroll fuq bastimenti bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tagħhom permezz tal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ teħid ta’ kampjuni.

(20)

It-trasbordi fuq il-baħar jaħarbu minn kwalunkwe kontroll xieraq mill-istati tal-bandiera jew kostali u b’hekk jikkostitwixxu possibilità biex l-operaturi jġorru qabdiet illegali. Biex jitjiebu l-kontrolli, l-operazzjonijiet tat-trasbord fil-Komunità għandhom jiġu awtorizzati biss f’portijiet speċifiċi.

(21)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jissorveljaw l-iżbark fil-portijiet tagħhom. Għal dan il-għan, il-bastimenti tas-sajd involuti f’sajd ta’ stokkijiet suġġett għal pjan multiannwali li jkollhom l-obbligu jirreġistraw id-data tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd b’mod elettroniku għandhom ikunu meħtieġa jinnotifikaw minn qabel lil dawk l-awtoritajiet dwar l-intenzjoni tagħhom li jħottu fil-portijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrifjutaw l-aċċess jekk l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx kompluta.

(22)

Peress li l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd hija bbażata fuq l-opportunitajiet tas-sajd għandu jiġi żgurat li l-qabdiet u l-isforzi li jsiru jkunu rreġistrati b’mod korrett u li l-qabdiet u l-isforzi li jsiru jiġu attribwiti għall-kwoti u l-allokazzjonijiet tal-isforzi tal-Istat Membru tal-bandiera. Is-sajd għandu jingħalaq jekk il-kwota disponibbli jew l-allokazzjoni għall-isforzi jkunu ġew eżawriti.

(23)

Fid-dawl tar-rekwiżiti tal-kapaċità fil-flotta tas-sajd tal-Komunità, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità (10), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2003 tat-12 ta’ Awwissu 2003 li jippreskrivi regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (11) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 tad-9 ta’ Diċembru 2004 li jwassal għall-klawsoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 (12), għandhom jiġu introdotti strumenti għall-kontroll tal-kapaċità tal-flotot li għandhom jinkludu l-monitoraġġ tal-qawwa tal-magna u tal-użu tal-irkaptu tas-sajd. Għal dik ir-raġuni l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-kapaċità totali tal-liċenzji tas-sajd ma taqbiżx il-livelli massimi tal-kapaċità u jiżguraw li l-qawwa ta’ propulsjoni tal-magna tal-bastimenti tas-sajd ma taqbiżx il-qawwa ċertifikata tal-magna ta’ dawk il-bastimenti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiċċertifikaw il-qawwa ta’ propulsjoni tal-magna tal-bastimenti tas-sajd li l-qawwa ta’ propulsjoni tal-magna tagħhom taqbeż il-120 kW u jivverifikaw ukoll abbażi ta’ pjan ta’ teħid ta’ kampjuni l-konsistenza tal-qawwa tal-magna ma’ informazzjoni oħra disponibbli.

(24)

Miżuri partikolari għandhom japplikaw f’każ ta’ pjani pluriennali bħala forma partikolari biex jiġu protetti l-istokkijiet ikkonċernati. It-trasbordi ta’ qabdiet ta’ stokkijiet soġġetti għal pjan pluriennali għandhom jitħallew biss f’portijiet deżinjati u biss jekk dawn il-qabdiet ikunu ntiżnu.

(25)

Għandhom jiġu previsti dispożizzjonijiet speċjali biex jintużaw biss l-irkapti permessi u biex jiġu rkuprati l-irkapti mitlufin.

(26)

Għandhom japplikaw regoli speċjali għal żoni tas-sajd ristretti. Il-proċedura għall-istabbiliment u t-tneħħija ta’ għeluq fil-ħin reali għaż-żoni tas-sajd għandha tiġi stabbilita b’mod ċar.

(27)

Peress li s-sajd rikreattiv jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi tal-ħut l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan isir b’mod kompatibbli mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għal stokkijiet taħt pjan ta’ irkupru l-Istati Membri għandhom jiġbru d-data dwar il-qabdiet tas-sajd rikreattiv. Fejn tali sajd ikollu impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi, il-Kunsill għandu jkollu l-possibilita’ jiddeċiedi fuq miżuri speċifiċi ta’ maniġġar.

(28)

Sabiex jiġi stabbiliti reġim ta’ kontroll komprensiv, il-katina kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni għandha tiġi koperta minn reġim bħal dan. Dan għandu jinkludi sistema koerenti ta’ traċċabilità li tikkumplimenta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (13), u kontroll imtejjeb tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dan għandu jipproteġi wkoll l-interessi tal-konsumaturi billi jipprovdi l-informazzjoni dwar id-deżinjazzjoni kummerċjali, il-metodu ta’ produzzjoni u ż-żona tal-qabda f’kull stadju tal-kummerċjalizzazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2065/2001 tat-22 ta’ Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward it-tagħrif lill-konsumatur dwar prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (14). Dan għandu jiżgura l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi skont ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2508/2000 tal-15 ta’ Novembru 2000 li jippreskrivi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-programmi ta’ ħidma fis-settur tas-sajd (15).

(29)

Sabiex ikun żgurat li l-qabdiet kollha jiġu kkontrollati tajjeb l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti kollha tas-sajd jiġu l-ewwel ikkummerċjalizzati jew irreġistrati f’ċentru tal-irkant, organizzazzjonijiet reġistrati tax-xerrejja jew il-produtturi. Peress li jkun meħtieġ il-piż eżatt tal-qabdiet biex tiġi segwita l-utilizzazzjoni tal-kwoti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti kollha tas-sajd jintiżnu dment li ma jkunx hemm pjani ta’ teħid ta’ kampjuni bbażati fuq metodoloġija komuni.

(30)

Sabiex jiġi segwit il-kors tal-qabda u sabiex tkun tista’ tiġi vverifikata l-koerenza tagħhom mad-data tal-qabda, ix-xerrejja reġistrati, l-istabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħrajn awtorizzati mill-Istati Membri għandhom jippreżentaw noti tal-bejgħ. Jekk ikollhom fatturat annwali fil-bejgħ inizjali ta’ prodotti tas-sajd ta’ aktar minn EUR 200 000, in-noti tal-bejgħ għandhom jiġu trasmessi b’mod elettroniku.

(31)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri Komunitarji ta’ konservazzjoni u ta’ kummerċ, għandhom jittieħdu passi biex ikun meħtieġ li l-prodotti tas-sajd kollha li għalihom la nota tal-bejgħ u lanqas dikjarazzjoni ta’ akkwist ma tkun ġiet ippreżentata u li jiġu ttrasportati f’post li ma jkunx dak tal-iżbark ikunu akkompanjati minn dokument tat-trasport fejn ikunu identifikati n-natura, l-oriġini u l-piż tagħhom dment li qabel it-trasport ma jkunx ġie trasmess b’mod elettroniku dokument tat-trasport.

(32)

L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli regolari fuq l-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex ikun żgurat li dawn jissodisfaw il-ħtiġiet legali. Huma għandhom ukoll iwettqu kontrolli rigward il-prezz u l-arranġamenti tal-intervent.

(33)

L-Istati Membri għandhom iwettqu sorveljanza fl-ilmijiet Komunitarji u jieħdu l-miżuri meħtieġa jekk avvistament jew rilevament ma jikkorrispondix mal-informazzjoni disponibbli lilhom.

(34)

Il-kunċett u l-kompiti tal-osservaturi tal-kontroll għandhom ikunu stabbiliti b’mod ċar għal skemi tal-osservaturi tal-kontroll futuri. Fl-istess ħin għandhom ukoll jiġu stabbiliti regoli dwar it-twettiq tal-ispezzjonijiet.

(35)

Għall-prosekuzzjoni konsistenti u effikaċi tal-infrazzjonijiet, għandu jsir provvediment li jippermetti li jiġu ppreparati rapporti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tal-Kummissjoni, l-ispetturi Komunitarji u l-uffiċjali tal-Istati Membri biex jintużaw fl-istess mod bħar-rapporti nazzjonali. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bażi tad-data elettronika li tipprovdi r-rapporti tal-ispezzjoni u tas-sorveljanza lill-uffiċjali tagħhom.

(36)

Biex jitjieb il-livell komuni ta’ kontroll fl-ilmijiet Komunitarji, għandha tiġi stabbilita lista ta’ spetturi Komunitarji u għandhom jiġu ċċarati l-kompiti u l-kompetenzi tagħhom. Għall-istess raġuni, l-ispezzjoni tal-bastimenti tas-sajd ‘il barra mill-ilmijiet tal-Istat Membru ta’ ispezzjoni għandha tkun possibbli taħt ċerti kondizzjonijiet.

(37)

Fil-każ ta’ infrazzjoni, għandu jiġi żgurat li jittieħdu l-miżuri adatti u li din l-infrazzjoni tista’ tiġi segwita b’mod effettiv irrispettivament minn fejn issir. F’ċerti każijiet ta’ infrazzjoni serja għandu ikun hemm segwitu msaħħaħ sabiex tkun tista’ issir l-investigazzjoni immedjata tiegħu. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom ikunu wkoll obbligati jieħdu miżuri adatti fejn tkun instabet infrazzjoni minn spettur Komunitarju. F’ċerti ċirkostanzi, għandu jkun possibbli t-trasferiment tal-proċedimenti lill-Istat Membru tal-bandiera jew lill-Istat Membru li t-trasgressur hu ċittadin tiegħu.

(38)

Iċ-ċittadini tal-Istati Membri għandhom jiġu skoraġġuti milli jwettqu infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Peress illi l-azzjoni li tittieħed wara l-infrazzjonijiet ta’ dawk ir-regoli tvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor, u b’hekk tikkawża diskriminazzjoni u regoli inġusti ta’ kompetizzjoni għas-sajjieda, u minħabba li l-assenza ta’ sanzjonijiet diswassivi, proporzjonali u effikaċi f’ċerti Stati Membri tnaqqas l-effikaċja tal-kontrolli, huwa xieraq li jiġu introdotti sanzjonijiet amministrattivi flimkien ma’ sistema ta’ punti għal infrazzjonijiet serji biex ikun ipprovdut deterrent veru.

(39)

Il-persistenza ta’ għadd kbir ta’ infrazzjonijiet serji tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd fl-ilmijiet Komunitarji jew minn operaturi Komunitarji hija attribwibbli l-aktar għal multi ta’ sanzjonijiet ta’ livell baxx wisq biex iservu ta’ deterrent għal infrazzjonijiet serji ta’ dawk ir-regoli, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Din id-dgħufija hija aggravata mid-diskrepanza kbira fil-livelli tas-sanzjonijiet bejn l-Istati Membri, li tinkuraġġixxi lill-operaturi illegali biex joperaw fl-ilmijiet jew fit-territorju tal-Istati Membri fejn is-sanzjonijiet huma l-aktar baxxi. Għalhekk huwa xieraq li jiġu komplementati l-livelli massimi tas-sanzjonijiet stabbiliti għal infrazzjonijiet serji tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbilit fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 b’sanzjonijiet dissważivi, b’kont meħud tan-natura tal-ħsara, il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba mill-infrazzjoni serja, tas-sitwazzjoni ekonomika tat-trasgessur u ta’ kwalunwke repetizzjoni tal-infrazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll miżuri ta’ infurzar immedjat u miżuri kumplimentari.

(40)

L-istabbiliment ta’ sanzjonijiet għandu jkun ikkomplementat b’sistema ta’ punti għal infrazzjonijiet serji li abbażi tagħhom liċenzja tas-sajd għandha tkun sospiża jekk ċertu numru ta’ punti jkunu ġew attribwiti lid-detentur ta’ liċenzja tas-sajd wara l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għal infrazzjonijiet serji. Jekk il-liċenzji tas-sajd ikunu ġew sospiżi ħames darbiet abbażi ta’ din is-sistema u jerġa’ jiġi attribwit l-istess numru ta’ punti l-liċenzja tas-sajd tiġi rtirata darba għal dejjem. F’dan il-kuntest l-Istati Membri għandhom jinnotaw f’ reġistru tad-data nazzjonali l-infrazzjonijiet kollha tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(41)

Biex tiġi żgurata l-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tieħu miżuri korrettivi effikaċi. Għal dan il-għan, il-kapaċità ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni u l-kapaċità tagħha biex tintervjeni b’mod proporzjonali għal-livell ta’ nuqqas ta’ konformità tal-Istati Membri għandha tissaħħaħ. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tagħmel spezzjonijiet mingħajr preavviż u b’mod indipendenti, sabiex tivverifika l-operazzjonijiet tal-kontroll li qed isiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(42)

Għall-finijiet li jkun protett l-interess finanzjarju tal-Komunità u jkun żgurat l-interess prevalenti fil-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, l-assistenza finanzjarja fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (16) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri Komunitarji finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (17) għandhom ikunu kondizzjonali għall-konformità mill-Istati Membri mal-obbligi tagħhom fl-oqsma tal-kontroll tas-sajd u b’hekk is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni ta’ assistenza finanzjarja bħal din għandha tkun prevista f’każijiet ta’ implimentazzjoni inadegwata tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri li taffettwa l-effettività tal-miżuri li jkunu qed jiġu finanzjati.

(43)

Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta’ Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti. l-Kummissjoni għandha jkollha wkoll is-setgħa li tnaqqas il-kwoti u l-allokazzjonijiet tal-isforz sabiex tiżgura li l-limiti fuq l-opportunitajiet tas-sajd jiġu rispettati bis-sħiħ. Il-Kummissjoni għandu wkoll ikollha l-kapaċità tieħu miżuri ta’ emerġenza jekk ikun hemm evidenza li l-attivitajiet tas-sajd jew il-miżuri ta’ Stat Membru idgħajfu l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni ta’ pjani ta’ ġestjoni jew jheddu l-ekosistema tal-baħar.

(44)

Għandu jiġi żgurat l-iskambju ta’ data f’forma elettronika ma’ Stati Membri oħrajn u l-Kummissjoni jew il-korp magħżul minnha. Il-Kummissjoni jew il-korp magħżul minnhom għandhom ikunu f’pożizzjoni li jaċċedu direttament id-data tas-sajd tal-Istati Membri biex ikunu jistgħu jivverifikaw li l-Istati Membri qed jikkonformaw mal-obbligi tagħhom u jintervjenu meta jidentifikaw xi inkonsistenzi.

(45)

Għal komunikazzjoni aħjar l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu websajts b’informazzjoni ġenerali disponibbli f’parti aċċessibbli pubblikament u informazzjoni operazzjonali f’parti sigura tal-websajt. Għandu wkoll jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jikkooperaw ma’ xulxin, mal-Kummissjoni u l-korp magħżul mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi.

(46)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (18). Il-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(47)

Il-mandat tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għandu jiġi aġġustat u estiż biex tkun appoġġata l-implimentazzjoni uniformi tas-sistema ta’ kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex tkun żgurata l-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva, biex tingħata assistenza lill-Istati Membri u biex tkun tista’ tiġi stabbilita unità ta’ emerġenza fejn jiġi identifikat riskju serju għall-Politika Komuni tas-Sajd. Għandu jkun wkoll possibbli li din tipprovdi lilha nfisha bit-tagħmir neċessarju biex twettaq pjani konġunti ta’ skjerament u biex tikkoopera fl-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-UE.

(48)

Id-data miġbura u skambjata fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi trattata skont ir-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalita’. Id-Direttiva 95/46/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (19) għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ attivitajiet tad-data personali mwettqa mill-Istati Membri meta japplikaw dan ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (20), għandu jirregola l-ipproċessar ta’ attivitajiet tad-data personali mwettqa mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(49)

Sabiex il-leġislazzjoni Komunitarja tkun konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jiġu emendati ċerti Regolamenti rigward dispożizzjonijiet ta’ kontroll.

(50)

Minħabba li dan ir-Regolament se jistabbilixxi reġim ġdid ta’ kontroll komprensiv, għandhom jiġu revokati r-Regolament (KE) Nru 2847/93, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali rigward permessi speċjali tas-sajd (21), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament (22).

(51)

Sabiex l-Istati Membri jkollhom il-ħin meħtieġ biex jadattaw għal xi wħud mill-obbligi l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament, huwa konvenjenti li l-applikabbiltà ta’ ċerti dispożizzjonijiet tkun differita għal data aktar tard,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “is-sistema Komunitarja tal-kontroll”) biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet kollha koperti mill-Politika Komuni tas-Sajd imwettqin fit-territorju tal-Istati Membri jew fl-ilmijiet Komunitarji jew minn bastimenti tas-sajd Komunitarji jew, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat Membru tal-bandiera, minn ċittadini tal-Istati Membri.

2.   L-attivitajiet fl-ilmijiet marittimi tat-territorji u l-pajjiżi barranin imsemmijin fl-Anness II tat-Trattat għandhom jiġu meqjusin li qed iseħħu fl-ilmijiet marittimi ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 3

Relazzjoni mad-dispożizzjonijiet internazzjonali u nazzjonali

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċjali li hemm fil-ftehimiet tas-sajd konklużi bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi jew applikabbli fil-qafas tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd jew ftehimiet simili li l-Komunità hija Parti Kontraenti jew Parti Kooperanti mhux kontraenti tagħhom.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura ta’ kontroll nazzjonali li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi tiegħu, bil-kundizzjoni li dawn jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u huma f’konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miżuri tal-kontroll.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għandhom japplikaw. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(1)

“Attività tas-sajd” tfisser tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-iżbark ta’ ħut u prodotti tas-sajd;

(2)

Regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd” tfisser il-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin, l-akkwakultura u l-ipproċessar, it-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(3)

Kontroll” tfisser monitoraġġ u sorveljanza;

(4)

Spezzjoni” tfisser kwalunkwe kontroll li jsir minn uffiċjali fir-rigward tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u li jitniżżel f’rapport ta’ spezzjoni;

(5)

Sorveljanza” tfisser l-osservazzjoni ta’ attivitajiet tas-sajd ibbażata fuq avvistamenti minn bastimenti ta’ spezzjoni jew inġenji tal-ajru uffiċjali u fuq metodi tekniċi ta’ rilevament u ta’ identifikazzjoni;;

(6)

Uffiċjal” tfisser persuna awtorizza minn awtorità nazzjonali, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd biex tagħmel spezzjoni;

(7)

“Spetturi Komunitarji” tfisser uffiċjali ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, li l-ismijiet tagħhom jinsabu fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 79;

(8)

Osservatur tal-kontroll” tfisser persuna awtorizza minn awtorità nazzjonali biex tosserva l-implimentazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(9)

Liċenzja tas-sajd” tfisser dokument uffiċjali li jikkonferixxi lid-detentur tiegħu d-dritt, kif determinat mir-regoli nazzjonali, li juża ċerta kapaċità tas-sajd għall-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin. Din fiha rekwiżiti minimi dwar l-identifikazzjoni, il-karatteristiċi tekniċi u l-armar ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju;

(10)

“Awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa għal bastiment tas-sajd Komunitarju flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, li tintitolah iwettaq attivitajiet tas-sajd speċifiċi matul perijodu speċifikat, f’żona partikolari jew għal sajd partikolari taħt kondizzjonijiet speċifiċi;

(11)

Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni” tfisser sistema awtonoma u kontinwa ta’ identifikazzjoni u monitoraġġ tal-bastimenti li tipprovdi lill-bastimenti b’mezzi ta’ skambju elettroniku ma’ bastimenti fil-viċin u l-awtoritajiet fuq l-art tad-data tal-bastiment inklużi l-identifikazzjoni, il-pożizzjoni, ir-rotta u l-veloċità;

(12)

Data tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti” tfisser id-data dwar l-identifikazzjoni, il-pożizzjoni ġeografika, id-data, il-ħin, ir-rotta u l-veloċità tal-bastiment tas-sajd trasmessi permezz ta’ tagħmir tar-rintraċċar bis-satellita installat abbord bastiment tas-sajd liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera;

(13)

Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti” tfisser teknoloġija ta’ telerilevament bis-satellita li tista’ tidentifika bastimenti u tirrileva l-pożizzjonijiet tagħhom fil-baħar;

(14)

Żona ristretta għas-Sajd” tfisser kwalunkwe żona marina taħt ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru li ġiet iddefinita mill-Kunsill u fejn l-attivitajiet tas-sajd huma jew limitati jew projbiti;

(15)

Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd” tfisser ċentru operattiv stabbilit minn Stat Membru tal-bandiera u mgħammar b’hardware u software tal-kompjuter li jippermetti reċezzjoni awtomatika ta’ data, ipproċessar u trasmissjoni elettronika ta’ data;

(16)

Trasbord” tfisser il-ħatt tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kollha abbord bastiment għal fuq bastiment ieħor;

(17)

Riskju” tfisser il-probabbiltà li avveniment isir u li jikkostitwixxi infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(18)

Ġestjoni tar-riskju” tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskji u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa għal-limitazzjoni tal-okkorrenza ta’ dawn ir-riskji. Dan jinkludi attivitajiet bħall-ġabra ta’ data u informazzjoni, analiżi u evalwazzjoni tar-riskji, preparazzjoni u teħid ta’ azzjoni, u monitoraġġ u reviżjoni regolari tal-proċess u r-riżultati tiegħu, ibbażati fuq is-sorsi u l-istrateġiji internazzjonali, Komunitarji u nazzjonali;

(19)

Operatur” tfisser il-persuna naturali jew legali li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe stadju ta’ produzzjoni, proċessar, kummerċjalizzazzjoni, distribuzzjoni u bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(20)

Lott” tfisser kwantità ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura ta’ speċi partikolari tal-istess preżentazzjoni u li ġejja mill-istess żona ġeografika rilevanti u l-istess bastiment tas-sajd, jew grupp ta’ bastimenti tas-sajd, jew l-istess unità ta’ produzzjoni tal-akkwakultura;

(21)

Proċessar” tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni. Dan jinkludi l-iflettjar, l-ippakkjar, it-tqegħid f’laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;

(22)

Żbark” tfisser il-ħatt inizjali ta’ kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn abbord bastiment tas-sajd għal fuq l-art;

(23)

Bejgħ bl-imnut” tfisser il-manipulazzjoni u/jew l-ipproċessar ta’ prodotti tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin u l-ħażna tagħhom fil-punt tal-bejgħ jew il-kunsinna lill-konsumatur finali, u tinkludi d-distribuzzjoni;

(24)

Pjani pluriennali” tfisser pjani ta’ rkupru kif imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-pjani tal-ġestjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 kif ukoll dispożizzjonijiet Komunitarji oħra adottati abbażi tal-Artikolu 37 tat-Trattat u li jipprevedu l-miżuri ta’ ġestjoni speċifiċi għal stokkijiet tal-ħut partikolari għal diversi snin;

(25)

Stat kostali” tfisser l-Istat li fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni jew fil-portijiet tiegħu ssir attività;

(26)

Infurzar” tfisser kwalunkwe azzjoni maħuda biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(27)

Qawwa Ċertifikata tal-Magna” tfisser il-qawwa massima kontinwa tal-magna li tista’ tinkiseb fl-output flange ta’ magna skont iċ-ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew minn soċjetajiet tal-klassifikazzjoni jew minn operaturi assenjati minnhom;

(28)

Sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet ta’ sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin għar-rikreazzjoni, turiżmu jew sport;

(29)

Rilokazzjoni” tfisser operazzjonijiet tas-sajd fejn il-qabda jew parti minnha tiġi trasferita jew imċaqilqa mill-irkaptu kondiviż tas-sajd għal bastiment jew minn stiva ta’ bastiment tas-sajd jew l-irkaptu tas-sajd tiegħu għal xibka ta’ lqugħ, kontenitur jew gaġġa barra l-bastiment li fih il-qabda tal-ħut ħaj tinżamm sal-iżbark;

(30)

Żona ġeografika rilevanti” tfisser żona tal-baħar li hi meqjusa bħala unità għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni ġeografika fis-sajd espressa b’referenza għal sottożona, diviżjoni jew suddiviżjoni tal-FAO, jew fejn applikabbli rettanglu statistiku tal-ICES, żona tal-isforz tas-sajd jew żona mdawra b’koordinati ġeografiċi;

(31)

Bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-isfruttar kummerċjali ta’ riżorsi akkwatiċi ħajjin;

(32)

Opportunità ta’ sajd” tfisser dritt legali kwantifikat għas-sajd, espress f’termini ta’ qabdiet u/jew sforz tas-sajd.

TITOLU II

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 5

Prinċipji ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet li jsiru minn kwalunkwe persuna naturali jew legali fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd fit-territorju tagħhom u fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b’mod partikolari l-attivitajiet tas-sajd, it-trasbord, it-trasferiment ta’ ħut għal ġol-gaġeġ jew l-installazzjonijiet tal-akkwakultura inkluż installazzjonijiet tas-simna, l-iżbark, l-importazzjoni, it-trasport, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħażna tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw ukoll l-aċċess miċ-ċittadini tagħhom għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-attivitajiet tal-kontroll ‘il barra mill-ilmijiet Komunitarji li jsiru minn bastimenti tas-sajd Komunitarji li qed itajru l-bandiera tagħhom, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat Membru tal-bandiera.

3.   L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adatti, jallokaw ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adatti u jistabbilixxu strutturi amministrattivi u tekniċi meħtieġa għall-iżgurar tal-kontroll, tal-ispezzjoni u l-infurzar tal-attivitajiet li jitwettqu fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet u l-uffiċjali kompetenti tagħhom il-mezzi xierqa kollha biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom.

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar isiru fuq bażi mhux diskriminatorja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ setturi, bastimenti jew persuni, u abbażi tal-ġestjoni tar-riskju.

5.   F’kull Stat Membru, awtorità waħda għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-kontroll tal-awtoritajiet tal-kontroll nazzjonali. Din għandha tkun responsabbli wkoll għall-koordinazzjoni tal-ġabra, it-trattamet u ċ-ċertifikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd u għar-rappurtar lil, u l-kooperazzjoni u l-iżgurar tat-trasmissjoni tal-informazzjoni mal-Kummissjoni, mal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 (23), mal-Istati Membri l-oħra u, fejn adatt, ma’ pajjiżi terzi.

6.   F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 103, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew tas-Sajd f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(a) tar Regolament (KE) Nru 861/2006 għandu jiddependi fuq ir-rispett mill-Istati Membri tal-obbligu tagħhom li jiżguraw il-konformità ma’ u l-infurzar tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd relatati ma’, jew li għandhom impatt fuq l-effikaċja tal-miżuri ffinanzjati, u li joperaw u jżommu sistema effikaċi ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar għal dan l-għan.

7.   F’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu sodisfatti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-assistenza finanzjarja mill-Komunità.

TITOLU III

KONDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-ILMIJIET U R-RIŻORSI

Artikolu 6

Liċenzja tas-sajd

1.   Bastiment tas-sajd Komunitarju jista’ jintuża għall-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin biss jekk għandu liċenzja valida tas-sajd.

2.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li l-informazzjoni li jkun hemm fil-liċenzja tas-sajd tkun eżatta u konsistenti ma’ dik li hemm fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja ta’ sajd ta’ bastiment li jkun soġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru jew li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża skont l-Artikolu 45 (4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

4.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira permanentament il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment li huwa soġġett għal miżura ta’ aġġustament tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, jew li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu rtirata skont l-Artikolu 45 (4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

5.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu joħroġ, jimmaniġġja u jirtira l-liċenzja tas-sajd skont ir-regoli dettaljati adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 7

Awtorizzazzjoni tas-sajd

1.   Bastiment tas-sajd Komunitarju li jopera fl-ilmijiet Komunitarji għandu jiġi awtorizzazzjoni li jwettaq attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss jekk dawn ikunu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida meta s-sajd jew iż-żoni tas-sajd fejn l-attivitajiet huma awtorizzati jkunu soġġetti għal:

(a)

reġim tal-isforz tas-sajd;

(b)

pjan pluriennali;

(c)

żona ristretta għas-sajd;

(d)

sajd għal skopijiet xjentifiċi;

(e)

każijiet oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

2.   Fejn Stat Membru jkollu skema nazzjonali speċifika għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, għandu jibgħat lill-Kummissjoni fuq it-talba tagħha sommarju tal-informazzjoni li hemm fl-awtorizzazzjoni mogħtija u l-figuri aggregati relatati fuq l-isforz tas-sajd.

3.   Fejn l-Istat Membru tal-bandiera jkun adotta dispożizzjonijiet nazzjonali fil-forma ta’ skema nazzjonali għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-allokazzjoni lil bastimenti individwali tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalih, dan għandu jibgħat lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, l-informazzjoni dwar il-bastimenti tas-sajd awtorizzati biex ikunu impenjati f’attività tas-sajd f’żona partikolari tas-sajd, b’mod partikolari dwar in-numru ta’ identifikazzjoni estern, l-isem tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati, u l-opportunitajiet individwali tas-sajd allokati lilhom.

4.   L-awtorizzazzjoni tas-sajd ma tistax toħroġ jekk il-bastiment tas-sajd ikkonċernat ma jkollu liċenzja tas-sajd miksuba skont l-Artikolu 6 jew jekk il-liċenzja tas-sajd tiegħu tkun ġiet sospiża jew irtirata. Awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tiġi awtomatikament irtirata jekk il-liċenzja tas-sajd li tikkorrispondi mal-bastiment tkun ġiet irtirata permanentament. Din għandha tiġi sospiża jekk il-liċenzja tas-sajd tkun ġiet sospiża temporanjament.

5.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 8

Immarkar tal-irkaptu tas-sajd

1.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet u r-restrizzjonijiet relatati mal-immarkar u l-identifikazzjoni tal-bastimenti tas-sajd u l-irkaptu tagħhom.

2.   Ir-regoli dettaljati dwar l-immarkar u l-identifikazzjoni tal-bastimenti tas-sajd u l-irkaptu tagħhom għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 9

Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti

1.   L-Istati Membri għandhom joperaw Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti abbażi ta’ satellita għall-monitoraġġ effikaċi tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu fejn ikunu dawk il-bastimenti u tal-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ilmijiet tal-Istati Membri.

2.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-pjani pluriennali, bastiment tas-sajd b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar għandu jkollu installat abbord tagħmir li jiffunzjona għalkollox li jippermetti lil dak il-bastiment li jiġi awtomatikament rilevat u identifikat permezz tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti billi jittrasmetti data tal-pożizzjoni f’intervalli regolari. Għandu jippermetti wkoll liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd. Għall-bastimenti tas-sajd li b’kollox huma twal 12-il metru jew aktar u dawk li b’kollox huma twal anqas minn 15-il metru, mill-1 ta’ Jannar 2012 għandu japplika dan l-Artikolu.

3.   Meta bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet ta’ Stat Membru ieħor, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħmel disponibbli d-data mis-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti dwar dak il-bastiment permezz tat-trażmissjoni awtomatika liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istati Membri kostali. Is-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti għandha tkun disponibbli wkoll fuq it-talba tal-Istat Membru li l-portijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd għall-ħatt l-art tal-qabdiet tiegħu jew li l-ilmijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

4.   Jekk bastiment tas-sajd Komunitarju jopera fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz jew f’żoni tal-baħar miftuħ fejn ir-riżorsi tas-sajd huma ġestiti minn organizzazzjoni internazzjonali u jekk il-ftehim ma’ dak il-pajjiż terz jew ir-regoli applikabbli ta’ dik l-organizzazzjoni internazzjonali jipprovdu hekk, dik id-data wkoll għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ dak il-pajjiż jew organizzazzjoni.

5.   Stat Membru jista’ jeżenta l-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ anqas minn 15-il metru li jtajru l-bandiera tiegħu mir-rekwiżit li jkunu mgħammra b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti jekk dawn:

(a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera jew

(b)

qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

6.   Bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar, u bastimenti tas-sajd awżiljarji ta’ pajjiżi terzi impenjati f’attivitajiet anċillari għall-attivitajiet tas-sajd li joperaw fl-ilmijiet Komunitarji għandu jkollhom installat abbord apparat li jiffunzjona għalkollox li jippermetti lil dak il-bastiment li jiġi awtomatikament lokalizzat u identifikat mis-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti billi jittrasmetti data tal-pożizzjoni f’intervalli regolari bl-istess mod bħall-bastimenti tas-sajd Komunitarji.

7.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u joperaw Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sajd, li għandhom jimmonitorjaw l-attivitajiet tas-sajd u l-isforz tas-sajd. Iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd ta’ Stat Membru partikolari għandhom jimmonitorjaw il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, ikunu x’ikunu l-ilmijiet li qed joperaw fihom jew il-port li qegħdin fih, kif ukoll bastiment tas-sajd Komunitarji li jtajru bandiera ta’ Stati Membri oħra u bastiment tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li tapplika għalihom Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti u li qed joperaw fl-ilmijiet ta’ dak l-Istat Membru partikolari.

8.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd u għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li ċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tiegħu jkollu r-riżorsi xierqa f’dak li għandu x’jaqsam mal-persunal u li jkun mgħammar bil-ħardwer u s-softwer tal-kompjuter li jippermettu l-ipproċessar awtomatiku tad-data u t-trasmissjoni tad-data elettronika. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċeduri ta’ back-up u rkupru fil-każ ta’ falliment tas-sistema. L-Istati Membri jistgħu joperaw Ċentru konġunt ta’ Monitoraġġ tas-Sajd.

9.   Stat Membru jista’ jobbliga jew jawtorizza lil kwalunkwe bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tiegħu biex jiġi mgħammar l-bastiment b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti.

10.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 10

Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni

1.   F’konformità mal-Anness II Parti I punt 3 tad-Direttiva 2002/59/KE, bastiment tas-sajd li jaqbeż il-15-il metru fit-tul totali għandu jkun mgħammar bi u jżomm operattiva Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni li tissodisfa l-istandards ta’ rendiment tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali skont il-Kapitolu V, Regolament 19, sezzjoni 2.4.5 tal-Konvenzjoni ta’ SOLAS tal-1974.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika:

(a)

mill-31 ta’ Mejju 2014 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 15-il metru jew aktar u anqas minn tul totali ta’ 18-il metru;

(b)

mill-31 ta’ Mejju 2013 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u anqas minn tul totali ta’ 24 metru;

(c)

mill-31 ta’ Mejju 2012 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 24 metru jew aktar u anqas minn tul totali ta’ 45 metru.

3.   L-Istati Membri jistgħu jużaw id-data tas-Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni meta din id-data tkun disponibbli għall-finijiet ta’ kontroverifika ma’ data oħra disponibbli skont l-Artikoli 109 u 110. Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data mis-Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatik għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll tas-sajd tagħhom.

Artikolu 11

Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti

Meta l-Istati Membri jkollhom evidenza ċara ta’ kost-benefiċċju fir-rigward tal-mezzi tradizzjonali tal-kontroll fir-rilevament ta’ bastimenti tas-sajd, huma għandhom jużaw Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti li tippermettilhom iqabblu l-pożizzjonijiet li ġew permezz ta’ stampi telerilevati mibgħuta lejn id-dinja permezz ta’ satteliti jew sistemi ekwivalenti oħra bid-data riċevuta permezz tas-Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti jew tas-Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni, sabiex tiġi vvalutata l-preżenza ta’ bastimenti tas-sajd fiż-żona. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tagħhom ikollhom il-kapaċità teknika li jużaw Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti.

Artikolu 12

Trasmissjoni tad-data għal operazzjonijiet ta’ sorveljanza

Id-Data mis-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti, is-Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni u s-Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti miġbura fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi trasmessa lill-aġenziji tal-Komunità u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri involuti fl-operazzjonijiet ta’ sorveljanza għall-iskop tas-sikurezza u s-sigurtà marittima, il-kontroll tal-fruntieri, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-infurzar ġenerali tal-liġi.

Artikolu 13

Teknoloġiji ġodda

1.   Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi abbażi tal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-obbligazzjoni li jintuża tagħmir elettroniku tal-monitoraġġ, u għodod tat-traċċabbiltà, bħall-analiżi ġenetika. Sabiex jivvalutaw it-teknoloġija li trid tintuża, l-Istati Membri, fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, għandhom iwettqu proġetti pilota dwar l-għodod tat-traċċabbiltà, bħall-analiżi ġenetika qabel l-1 ta’ Ġunju 2013.

2.   Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi abbażi tal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji tal-kontroll tas-sajd ġodda oħra meta dawn it-teknoloġiji jwasslu għal titjib fil-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd b’mod kost-effettiv.

TITOLU IV

KONTROLL TAS-SAJD

KAPITOLU I

Kontroll tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd

Taqsima 1

dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 14

Kompletar u preżentazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd

1.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-pjani pluriennali, kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 10 metri jew aktar għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tal-operazzjonijiet tagħhom, li jindika speċifikament il-kwantitajiet kollha ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord aktar minn 50 kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj.

2.   Il-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem tal-bastiment tas-sajd;

(b)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;

(c)

id-data tal-qabdiet;

(d)

id-data tat-tluq minn u dik tal-wasla f’port, u t-tul ta’ żmien tal-vjaġġ tas-sajd;

(e)

it-tip ta’ rkaptu, id-daqs u d-dimensjoni tal-malji;

(f)

il-kwantitajiet stmati ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn adatt, in-numru ta’ individwi;

(g)

in-numru ta’ operazzjonijiet tas-sajd.

3.   Il-marġni ta’ tolleranza permess f’estimi rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut miżmum abbord għandu jkun 10 % għall-ispeċijiet kollha.

4.   Kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom ukoll jirreġistraw fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tagħhom ir-rimi kollu stmat ta’ ħut ta’ aktar minn 50 kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj f’volum għal kwalunkwe speċi.

5.   F’sajd soġġett għal reġim Komunitarju tal-isforz tas-sajd, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji, għaż-żmien li jqattgħu f’żona, għandhom jirreġistraw u jżommu akkont fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tagħhom dan li ġej:

(a)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu rmunkat:

(i)

dħul ġewwa, u ħruġ mill-port li jinsab f’dik iż-żona;

(ii)

kull dħul ġewwa, u ħruġ minn żoni marittimi li għalihom japplikaw regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi;

(iii)

il-qabda li tinżamm abbord skont l-ispeċi f’kilogrammi ta’ piż ħaj fil-ħin tal-ħruġ minn dik iż-żona jew qabel id-dħul f’port li jinsab f’dik iż-żona;

(b)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu statiku:

(i)

dħul ġewwa, u ħruġ mill-port li jinsab f’dik iż-żona;

(ii)

kull dħul ġewwa, u ħruġ minn żoni marittimi li għalihom japplikaw regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi;

(iii)

id-data u l-ħin tal-kalar jew il-kalar mill-ġdid tal-irkaptu statiku f’dawn iż-żoni;

(iv)

id-data u l-ħin tat-tmiem ta’ operazzjonijiet ta’ sajd bl-użu tal-irkaptu statiku;

(v)

il-qabda li tinżamm abbord skont l-ispeċi f’kilogrammi ta’ piż ħaj fil-ħin tal-ħruġ minn dik iż-żona jew qabel id-dħul f’port li jinsab f’dik iż-żona.

6.   Kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jippreżentaw l-informazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara l-iżbark:

(a)

lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom; u

(b)

jekk l-iżbark sar f’port ta’ Stat Membru ieħor, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port ikkonċernat.

7.   Biex jikkonvertu l-piż tal-ħut maħżun jew pproċessat f’piż ta’ ħut ħaj, kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom japplikaw il-fattur tal-konverżjoni stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

8.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiż terz li joperaw fl-ilmijiet Komunitarji għandhom jirreġistraw l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu bl-istess mod bħall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji.

9.   L-eżattezza tad-data rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kaptan.

10.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 15

Kompletar u trasmissjoni elettronika tad-data tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd

1.   Kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar għandhom jirreġistraw permezz ta’ mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14, u għandhom jibgħatuha permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera mill-inqas darba kuljum.

2.   Kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar għandhom wkoll jittrasmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 fuq it-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, u fi kwalunkwe każ huma għandhom jittrasmettu d-data rilevanti tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd wara li l-aħħar operazzjoni ta’ sajd tkun intemmet u qabel jidħol fil-port.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika:

(a)

mill-1 ta’ Jannar 2012 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar u anqas minn tul totali ta’ 15-il metru;

(b)

mill-1 ta’ Lulju 2011 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 15-il metru jew aktar u anqas minn tul totali ta’ 24 metru; u

(c)

mill-1 ta’ Jannar 2010 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ anqas minn 24 metru jew aktar.

4.   Stat Membru jista’ jeżenta lill-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ anqas minn 15-il metru li jtajru l-bandiera tiegħu mill-paragrafu 1 jekk:

(a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera; jew

(b)

qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

5.   Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li jirreġistraw u jirrappurtaw b’mod elettroniku data dwar l-attivitajiet tas-sajd tagħhom għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jikkompletaw ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd fuq il-karta, dikjarazzjoni tal-iżbark u dikjarazzjoni tat-trasbord.

6.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-użu ta’ sistemi ta’ rappurtar elettroniċi fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom. Il-bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali ftehimiet għandhom ikunu eżenti milli jikkompletaw f’dawk l-ilmijiet ġurnal ta’ abbord fuq il-karta dwar is-sajd.

7.   Stat Membru jista’ jobbliga jew jawtorizza lill-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2010 biex jirreġistraw u jittrasmettu b’mod elettroniku d-data msemmija fl-Artikolu 14.

8.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru kostali għandhom jaċċettaw rapporti elettroniċi li jkunu rċevew mill-Istat Membru tal-Bandiera li jkun fihom id-data minn bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

9.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 16

Bastimenti tas-sajd li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd

1.   Kull Stat Membru għandu jimmonitorja, abbażi tat-teħid ta’ kampjuni, l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikoli 14 u 15 sabiex jiżgura l-konformità ta’ dawn il-bastimenti mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2.   Għall-finijiet tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta’ teħid ta’ kampjuni bbażat fuq il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119 u jittrasmettiha lill-Kummissjoni kull sena sal-31 ta’ Jannar u jindika l-metodi użati għall-istabbilimenti ta’ dan il-pjan. Il-pjani tat-teħid ta’ kampjuni għandhom ikunu, safejn possibbli, stabbli maż-żmien u standardizzati fiż-żoni ġeografiċi rilevanti.

3.   L-Istati Membri li jitolbu lill-bastimenti tas-sajd b’ tul totali ta’ anqas minn 10 metri li jtajru l-bandiera tagħhom biex jippreżentaw il-ġurnali ta’ abbord dwar is-sajd imsemmijin fl-Artikolu 14, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, in-noti tal-bejgħ ppreżentati skont l-Artikoli 62 u 63 għandhom jiġu aċċettati bħala miżura alternattiva għall-pjani tat-teħid ta’ kampjuni.

Artikolu 17

Notifika minn qabel

1.   Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar impenjati f’sajd għal stokkijiet soġġetti għal pjan pluriennali, li għandhom l-obbligu li jirreġistraw b’mod elettroniku d-data tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd skont l-Artikolu 15, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom mill-inqas erba’ sigħat qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem tal-bastiment tas-sajd;

(b)

l-isem tal-port ta’ destinazzjoni u l-iskopijiet taż-żjara, bħall-iżbark, it-trasbord jew l-aċċess għas-servizzi;

(c)

id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni ġeografiċi rilevanti fejn ittieħdu l-qabdiet;

(d)

id-data u l-ħin previsti tal-wasla fil-port;

(e)

il-kwantitajiet ta’ kull speċi reġistrata fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd;

(f)

il-kwantitajiet ta’ kull speċi li ser jiġu żbarkati jew trasbordati.

2.   Meta bastiment tas-sajd Komunitarju jkun ser jidħol f’port ta’ Stat Membru li huwa differenti mill-Istat Membru tal-bandiera, l-awtorijiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievu n-notifika minn qabel elettronika għandhom immedjatament jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali jistgħu jagħtu permess għal dħul fil-port aktar kmieni.

4.   Id-data elettronika tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd imsemmija fl-Artikolu 15 u n-notifika minn qabel elettronika jistgħu jintbagħtu fi trasmissjoni elettronika waħda.

5.   L-eżattezza tad-data rreġistrata fin-notifika minn qabel elettronika għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kaptan.

6.   Il-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 119, tista’ teżenta ċerti kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għal perijodu limitat, li jista’ jiġġedded, jew tipprovdi għal perijodu ta’ notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost l-oħrajn, it-tip ta’ prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-iżbark u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti kkonċernati.

Artikolu 18

Notifika minn qabel tal-iżbark fi Stat Membru ieħor

1.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li mhumiex fl-obbligu li jirrekordjaw id-data tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd b’mod elettroniku sakemm jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15 (3) u li beħsiebhom jużaw il-faċilitajiet tal-port jew tal-iżbark fi Stat Membru kostali li mhuwiex l-Istat Membru tal-bandiera tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali mill-inqas erba’ sigħat qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1).

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali jistgħu jagħtu permess għal dħul fil-port aktar kmieni.

Artikolu 19

Awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-port

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali jistgħu jiċħdu l-aċċess għall-port lil bastimenti tas-sajd jekk l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 17 u 18 ma tkunx kompleta, ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri.

Artikolu 20

Operazzjonijiet ta’ trasbord

1.   It-trasbordi fuq il-baħar għandhom ikunu pprojbiti fl-ilmijiet Komunitarji. Dawn għandhom jiġu ammessi biss soġġett għal awtorizzazzjoni u għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament fil-portijiet jew postijiet qrib il-kosta tal-Istati Membri indikati għal dan il-għan, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43(5).

2.   Jekk l-operazzjoni ta’ trasbord tiġi interrotta, jista’ jkun meħtieġ permess qabel ma titkompla l-operazzjoni ta’ trasbord.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-rilokazzjoni, l-attivitajiet ta’ pair trawling u l-operazzjonijiet tas-sajd li jinvolvu azzjoni konġunta minn żewġ bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew aktar m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala trasbord.

Artikolu 21

Kompletar u preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-trasbord

1.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjani pluriennali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li b’tul totali ta’ 10 metri jew aktar li huma involuti f’operazzjoni ta’ trasbord għandhom jikkompletaw dikjarazzjoni tat-trasbord, li tindika speċifikament il-kwantitajiet ta’ kull speċi trasbordata jew riċevuta ta’ aktar minn 50 kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj.

2.   Id-dikjarazzjoni tat-trasbord imsemmija fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem kemm tal-bastiment tas-sajd tat-trasbord kif ukoll tal-bastiment li qed jirċievi l-qabdiet;

(b)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;

(c)

il-kwantitajiet stmati ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott, maqsumin skont it-tip ta’ preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn adatt, in-numru ta’ individwi;

(d)

il-port ta’ destinazzjoni tal-bastiment tas-sajd riċeventi;

(e)

il-port deżinjat tat-trasbord.

3.   Il-marġni ta’ tolleranza permess f’estimi rreġistrati fid-dikjarazzjoni tat-trasbord tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut trasbordat jew riċevut għandu jkun 10 % għall-ispeċijiet kollha.

4.   Il-kaptani kemm tal-bastiment tas-sajd tat-trasbord kif ukoll tal-bastiment tas-sajd riċeventi għandhom ilkoll jippreżentaw dikjarazzjoni tat-trasbord, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara t-trasbord:

(a)

lill-Istat Membru/i tal-bandiera tagħhom; u

(b)

jekk it-trasbord sar f’port ta’ Stat Membru ieħor, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port ikkonċernat.

5.   Il-kaptani kemm tal-bastiment tas-sajd tat-trasbord kif ukoll ta’ dak riċeventi għandhom ilkoll ikunu responsabbli għall-akkuratezza tad-data reġistrata fid-dikjarazzjoni tat-trasbord tagħhom.

6.   Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119, tista’ teżenta ċerti kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għal perijodu limitat u li jista’ jiġġedded, jew tipprovdi perijodu ta’ notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost l-oħrajn, it-tip ta’ prodotti tas-sajd u d-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tat-trasbord u l-portijiet fejn il-bastimenti kkonċernati huma reġistrati.

7.   Il-proċeduri u l-formuli tad-dikjarazzjoni tat-trasbord għandhom jiġu determinati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 22

Kompletar u trasmissjoni elettronika tad-data tad-dikjarazzjoni tat-trasbord

1.   Kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar għandhom jirreġistraw permezz ta’ mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 u għandhom jibgħatuha permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera f’24 siegħa wara li titlesta l-operazzjoni ta’ trasbord.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika:

(a)

mill-1 ta’ Jannar 2012 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar u b’tul totali ta’ anqas minn 15-il metru;

(b)

mill-1 ta’ Lulju 2011 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 15-il metru jew aktar u b’tul totali anqas minn 24 metru; u

(c)

mill-1 ta’ Jannar 2010 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 24 metru jew aktar.

3.   Stat Membru jista’ jeżenta l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 15-il metru li jtajru l-bandiera tiegħu mill-paragrafu 1 jekk:

(a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera jew

(b)

qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru kostali għandhom jaċċettaw rapporti elettroniċi li jkunu rċevew minn Stat Membru tal-bandiera li jkun fihom id-data minn bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

5.   Meta bastiment tas-sajd Komunitarju jittrasborda l-qabdiet tiegħu fi Stat Membru li huwa differenti mill-Istat Membru tal-bandiera, l-awtorijiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievu d-data tad-dikjarazzjoni tat-trasbord għandhom jibagħtuha permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-qabda tkun ġiet trasbordata u fejn il-qabda tkun iddestinata.

6.   Stat Membru jista’ jobbliga jew jawtorizza lill-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2010 biex jirreġistraw u jittrasmettu elettronikament id-data msemmija fl-Artikolu 21.

7.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 23

Kompletar u preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-trasbord

1.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-pjani pluriennali, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li b’tul totali ta’ 10 metri jew aktar, jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jikkompleta dikjarazzjoni tal-iżbark, li tindika speċifikament il-kwantitajiet kollha ta’ kull speċi żbarkata:

2.   Id-dikjarazzjoni tal-iżbark imsemmija fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem tal-bastiment tas-sajd;

(b)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;

(c)

il-kwantitajiet ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott, maqsumin skont it-tip ta’ preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn adatt, in-numru ta’ individwi;

(d)

il-port tal-iżbark.

3.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jippreżenta l-informazzjoni tal-iżbark kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkun lest l-iżbark:

(a)

lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom; u

(b)

jekk l-iżbark sar f’port ta’ Stat Membru ieħor, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port ikkonċernat.

4.   Il-akkuratezza tad-data rreġistrata fid-dikjarazzjoni tal-iżbark għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kaptan.

5.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 24

Kompletar u trasmissjoni elettronika tad-data tad-dikjarazzjoni tal-iżbark

1.   Il-kaptan ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarju li b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jirreġistra permezz ta’ mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23, u għandu jibagħtha permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera f’24 siegħa wara li titlesta operazzjoni tal-iżbark.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika:

(a)

mill-1 ta’ Jannar 2012 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar u b’tul totali ta’ anqas minn 15-il metru;

(b)

mill-1 ta’ Lulju 2011 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’15-il metru jew aktar u b’tul totali ta’ anqas minn 24 metru; u

(c)

mill-1 ta’ Jannar 2010 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ 24 metru jew aktar.

3.   Stat Membru jista’ jeżenta l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ anqas minn 15-il metru li jtajru l-bandiera tiegħu mill-paragrafu 1 jekk:

(a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera; jew

(b)

qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

4.   Meta bastiment tas-sajd Komunitarju jiżbarka l-qabdiet tiegħu fi Stat Membru li huwa differenti mill-Istat Membru tal-bandiera, l-awtorijiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċiervu d-data tad-dikjarazzjoni tal-iżbark għandhom jibgħatuha permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-qabda tkun ġiet żbarkata.

5.   Il-kaptan ta’ bastiment Komunitarju, jew ir-rappreżentant tiegħu, li jirreġistra permezz ta’ mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 u li jiżbarka l-qabda tiegħu fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru tal-bandiera għandu jkunu eżentat mir-rekwiżit li jibagħt dikjarazzjoni ta’ żbark fil-forma ta’ karta lill-Istat Membru kostali.

6.   Stat Membru jista’ jobbliga jew jawtorizza lill-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2010 biex jirreġistraw u jittrasmettu elettronikament id-data msemmija fl-Artikolu 23.

7.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru kostali għandhom jaċċettaw rapporti elettroniċi li jkunu rċevew minn Stat Membru tal-bandiera li jkun fihom id-data minn bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

8.   Il-proċeduri u l-formuli tad-dikjarazzjoni tal-iżbark għandhom jiġu determinati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 25

Bastimenti li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni tal-iżbark

1.   Kull Stat Membru għandu jimmonitorja, abbażi tat-teħid ta’ kampjuni, l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni tal-iżbark speċifikati fl-Artikolu 23 u 24 sabiex tiġi żgurata l-konformità ta’ dawn il-bastimenti mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2.   Għall-finijiet tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta’ teħid ta’ kampjuni bbażat fuq il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119, u jittrasmettih lill-Kummissjoni kull sena sal-31 ta’ Jannar, filwaqt li jindika l-metodi użati għall-istabbiliment ta’ dan il-pjan. Il-pjani tat-teħid ta’ kampjuni għandhom ikunu, safejn possibbli, stabbli maż-żmien u standardizzati fiż-żoni ġeografiċi rilevanti.

3.   L-Istati Membri li jitolbu lill-bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ anqas minn 10 metri li jtajru l-bandiera tagħhom biex jippreżentaw il-ġurnali ta’ abbord imsemmijin fl-Artikolu 23, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, in-noti tal-bejgħ ppreżentati skont l-Artikoli 62 u 63 għandhom jiġu aċċettati bħala miżura alternattiva għall-pjani tat-teħid ta’ kampjuni.

Taqsima 2

Kontroll tal-isforz tas-sajd

Artikolu 26

Monitoraġġ tal-isforz

1.   L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw il-konformità mar-reġimi tal-isforz tas-sajd f’żoni ġeografiċi fejn japplika l-isforz tas-sajd massimu permissibbli. Dawn għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu preżenti f’żona ġeografika soġġetta għal reġim tal-isforz tas-sajd meta jinġarr abbord jew, fejn adatt, jintuża rkaptu jew irkapti tas-sajd soġġetti għal dak ir-reġim tal-isforz tas-sajd, jew, fejn adatt, b’operar f’sajd soġġett għal dak ir-reġim ta’ sforz tas-sajd biss jekk il-massimu permissibbli disponibbli għalihom ma ntlaħaqx u jekk l-isforz disponibbli għall-bastimenti tas-sajd individwali ma jkunx ġie eżawrit.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali, fejn bastiment tas-sajd li jġorr abbord, jew fejn adatt, juża rkaptu jew irkapti tas-sajd soġġetti għal dak ir-reġim tal-isforz tas-sajd jew, fejn adatt, jopera f’sajd soġġett għal reġim tal-isforz tas-sajd jaqsam matul l-istess ġurnata żewġ żoni ġeografiċi jew aktar soġġetti għal dak ir-reġim tal-isforz tas-sajd, l-isforz tas-sajd użat għandu jiġi attribwit għall-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat ma’ tali rkaptu tas-sajd jew tali sajd u maż-żona ġeografika li fiha tqattal-aktar ħin matul dik il-ġurnata.

3.   Meta Stat Membru jkun awtorizza bastiment tas-sajd skont l-Artikolu 27(2) biex juża aktar minn irkaptu jew irkapti tas-sajd wieħed li jappartjenu lil aktar minn grupp wieħed ta’ rkapti tas-sajd soġġett għal reġim tal-isforz tas-sajd matul ċertu vjaġġ tas-sajd f’żona ġeografika soġġetta għal dak ir-reġim tal-isforz tas-sajd, l-isforz tas-sajd użat matul dak il-vjaġġ għandu jiġi attribwit simultanjament għall-isforz tas-sajd massimu permissibbli disponibbli għal dan l-Istat Membru u relatat ma’ kull wieħed minn dawn l-irkapti jew gruppi ta’ rkapti tas-sajd u ma’ tali żona ġeografika.

4.   Fejn dawn l-irkapti tas-sajd jkunu jappartjenu lill-istess grupp ta’ rkapti tas-sajd soġġett għar-reġim tal-isforz tas-sajd, l-isforz tas-sajd użat f’żona ġeografika minn bastimenti tas-sajd meta jġorru dawk l-irkapti abbord għandu jiġi attribwit darba biss għall-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat ma’ tali grupp ta’ rkapti tas-sajd u ma’ tali żona ġeografika.

5.   L-Istati Membri għandhom jirregolaw l-isforz tas-sajd tal-flotta tagħhom f’żoni ġeografiċi soġġetti għal reġim tal-isforz tas-sajd meta jġorru abbord, jew fejn adatt, jużaw irkaptu jew irkapti tas-sajd soġġetti għal dak ir-reġim jew joperaw f’sajd soġġett għal dak ir-reġim tal-isforz tas-sajd billi jieħdu azzjoni adatta jekk l-isforz tas-sajd massimu permissibbli disponibbli jkun wasal biex jintlaħaq biex ikun żgurat li l-irkaptu tas-sajd użat ma jeċċedix il-limiti stabbiliti.

6.   Jum preżenti f’żona għandu jkun kwalunkwe perijodu kontinwu ta’ 24 siegħa jew parti minnu li matulu bastiment tas-sajd ikun preżenti fiż-żona ġeografika u assenti mill-port jew, fejn adatt ikun qed juża l-irkaptu tas-sajd tiegħu. Il-ħin li minnu jitkejjel il-perijodu kontinwu ta’ ġurnata ta’ preżenza f’żona huwa fid-diskrezzjoni tal-Istat Membru li l-bastiment ikkonċernat itajjar il-bandiera tiegħu. Ġurnata nieqsa mill-port għandha tkun kwalunkwe perijodu kontinwu ta’ 24 siegħa li matulu l-bastiment tas-sajd ikun nieqes mill-port jew xi parti minn tali perjodu.

Artikolu 27

Notifika tal-irkaptu tas-sajd

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali, f’żoni ġeografiċi rilevanti soġġetti għal reġim tal-isforz tas-sajd, fejn ikunu japplikaw restrizzjonijiet fuq l-irkaptu jew fejn l-isforz tas-sajd massimu permissibbli jkun ġie stabbilit għal irkapti tas-sajd jew gruppi tal-irkapti tas-sajd differenti, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera qabel perijodu li għalih ikunu japplika l-isforz tas-sajd massimu permissibbli, liema rkaptu tas-sajd, jew fejn ikun applikabbli, liema rkapti tas-sajd biħsiebu juża matul il-perijodu li jmiss. Sakemm tingħata din in-notifika, il-bastiment tas-sajd m’għandux ikun intitolat li jistad fiż-żoni ġeografiċi li għalihom japplika r-reġim tal-isforz tas-sajd.

2.   Meta reġim tal-isforz tas-sajd jippermetti l-użu ta’ rkapti li jappartjenu lil aktar minn grupp wieħed ta’ rkapti tas-sajd f’żona ġeografika, l-użu ta’ aktar minn irkaptu wieħed tas-sajd matul vjaġġ tas-sajd għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru tal-bandiera.

Artikolu 28

Rapport dwar l-isforz tas-sajd

1.   Meta l-Kunsill hekk jiddeċiedi, għal bastimenti tas-sajd Komunitarju li mhumiex mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti li tiffunzjona kif imsemmi fl-Artikolu 9 jew li ma jittrasmettux elettronikament id-data tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 15 u li huma soġġetti għal reġim tal-isforz tas-sajd, il-kaptan ta’ dawn il-bastimenti tas-sajd għandu jikkomunika permezz tat-telex, fax, messaġġ tat-telefon jew e-Mail irreġistrati kif dovut mir-riċevent jew permezz tar-radju permezz ta’ stazzjon tar-radju approvat taħt ir-regoli tal-Komunità, l-informazzjoni li ġejja fil-forma ta’ rapport dwar l-isforz tas-sajd, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u, fejn adatt, lill-Istat Membru kostali, immedjatament qabel kull dħul jew ħruġ minn żona ġeografika soġġetta għal dak ir-reġim tal-isforz tas-sajd:

(a)

l-isem, il-marka tal-identifikazzjoni esterna, il-kodiċi tar-radju u l-isem tal-kaptan tal-bastiment tas-sajd;

(b)

il-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment tas-sajd li hemm referenza għaliha fil-komunikazzjoni;

(c)

id-data u l-ħin ta’ kull dħul u ħruġ miż-żona u, fejn ikun applikabbli, partijiet minnhom;

(d)

il-qabda miżmuma abbord skont l-ispeċijiet f’kilogrammi ta’ piż ħaj.

2.   F’konformità mal-Istati Membri kkonċernati bl-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw miżuri ta’ kontroll alternattivi biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi tar-rappurtar tal-isforz. Dawn il-miżuri għandhom ikunu effettivi u trasparenti daqs l-obbligi ta’ rappurtar fil-paragrafu 1 u għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni qabel ma jiġu implimentati.

Artikolu 29

Eżenzjonijiet

1.   Bastiment tas-sajd li jġorr abbord irkapti tas-sajd soġġetti għal reġim tal-isforz tas-sajd jista’ jaqsam żona ġeografika soġġetta għal dak ir-reġim tal-isforz tas-sajd jekk ma jkollux awtorizzazzjoni tas-sajd biex jopera f’dik iż-żona ġeografika jew jekk l-ewwel ikun informa lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu bl-intenzjoni tiegħu li jaqsam. Waqt li l-bastiment tas-sajd ikun jinsab f’dik iż-żona ġeografika, kull irkaptu tas-sajd soġġett għal dak ir-reġim tal-isforz tas-sajd u li jkun qed jinġarr abbord għandu jkun marbut u stivat skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47.

2.   Stat Membru jista’ jagħżel li ma jattribwix għal kwalunkwe sforz tas-sajd massimu permissibbli l-attività ta’ bastiment tas-sajd involut f’attivitajiet li mhumiex marbutin mas-sajd f’żona ġeografika soġġetta għal reġim tal-isforz tas-sajd, sakemm il-bastiment tas-sajd l-ewwel jinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu bl-intenzjoni li jagħmel hekk, bin-natura tal-attivitajiet tiegħu u sakemm iċedi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għal dak il-perijodu. Tali bastimenti tas-sajd m’għandhom iġorru l-ebda rkaptu tas-sajd jew ħut matul dak il-perijodu.

3.   Stat Membru jista’ jagħżel li ma jattribwix għal kwalunkwe sforz tas-sajd massimu permissibbli l-attività ta’ bastiment tas-sajd f’żona ġeografika soġġetta għal reġim tal-isforz tas-sajd li kien preżenti f’dik iż-żona ġeografika, iżda li ma setax jistad peress li kien qiegħed jgħin bastiment tas-sajd ieħor fi bżonn ta’ għajnuna urġenti, jew peress li kien qiegħed jittrasporta persuna mweġġa’ għall-għajnuna medika urġenti. Fi żmien xahar minn meta jieħu dik id-deċiżjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-Kummissjoni u jipprovdi evidenza tal-għajnuna ta’ emerġenza pprovduta.

Artikolu 30

Eżawriment tal-isforz tas-sajd

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 29 u 31, f’żona ġeografika fejn l-irkapti tas-sajd huma soġġetti għal reġim tal-isforz tas-sajd bastiment tas-sajd li jġorr abbord tali rkaptu jew irkapti tas-sajd għandu jibqa’ fil-port jew barra minn dik ż-żona ġeografika għall-bqija ta’ perijodu li fih ikun japplika tali reġim tal-isforz tas-sajd, jekk:

(a)

dan ikun eżawrixxa l-parti tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatata ma’ tali żona ġeografika u ma’ tali rkaptu jew irkapti tas-sajd li jkun ġie assenjat lilu; jew

(b)

l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat ma’ tali żona ġeografika u ma’ tali rkaptu jew irkapti tas-sajd u disponibbli għall-Istat Membru tal-bandiera tiegħu jkun ġie eżawrit.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29, f’żona ġeografika fejn is-sajd huwa soġġett għal reġim tal-isforz tas-sajd, bastiment tas-sajd m’għandux jopera f’dak is-sajd f’dik iż-żona jekk:

(a)

dan ikun eżawrixxa l-parti tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatata ma’ tali żona ġeografika u ma’ tali sajd li jkun ġie assenjat lilu; jew

(b)

l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat ma’ dik iż-żona ġeografika u ma’ dak is-sajd disponibbli għall-Istat Membru tal-bandiera tiegħu jkun ġie eżawrit.

Artikolu 31

Bastimenti tas-sajd esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd

Din it-Taqsima m’għandhiex tapplika għall-bastimenti tas-sajd sal-punt li jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta’ reġim tal-isforz tas-sajd.

Artikolu 32

Regoli dettaljati

Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Taqsima 3

Reġistrar u skambju ta’ data minn Stati Membri

Artikolu 33

Reġistrar ta’ qabdiet u l-isforz tas-sajd

1.   Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jirreġistra d-data rilevanti kollha, b’mod partikolari d-data msemmija fl-Artikoli 14, 21, 23, 28 u 62, dwar l-opportunitajiet tas-sajd kif imsemmijin f’dan il-kapitolu, espressi kemm f’termini ta’ żbarki kif ukoll, fejn adatt, tal-isforz tas-sajd, u għandu jżomm l-oriġinali ta’ dawk id-data għal perijodu ta’ tliet snin jew aktar skont ir-regoli nazzjonali.

2.   Mingħajr preġudizzju għal regoli speċifiċi stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Komunità, qabel il-15 ta’ kull xahar, kull Stat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, permezz ta’ trasmissjoni bil-kompjuter, tad-data aggregata:

(a)

għall-kwantitajiet ta’ kull stokk jew grupp ta’ stokk suġġetti għal TACs jew kwoti ġew żbarkati matul ix-xahar preċedenti; u

(b)

għall-isforz tas-sajd użat matul ix-xahar preċedenti għal kull żona tas-sajd soġġetta għal reġim tal-isforz tas-sajd jew, fejn adatt, għal kull sajd soġġett għal reġim tal-isforz tas-sajd.

3.   Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 2, għall-kwantitajiet żbarkati mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw il-kwantitajiet żbarkati mill-bastimenti tas-sajd ta’ Stati Membri oħrajn fil-portijiet tiagħhom u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni skont il-proċeduri mniżżlin f’dan l-Artikolu.

4.   Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Kummissjoni permezz ta’ trasmissjoni b’mezzi elettroniċi, qabel l-aħħar tal-ewwel xahar ta’ kull tliet xhur kalendarji, bil-kwantitajiet ta’ stokkijiet f’forma aggregata li mhumiex dawk imsemmijin fil-paragrafu 2 żbarkati matul it-tliet xhur ta’ qabel.

5.   Il-qabdiet kollha ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet soġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jiġu attribwiti għall-kwoti applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta’ stokkijiet ikkonċernati, irrispettivament mill-post tal-iżbark.

6.   Qabdiet meħudin fil-qafas tar-riċerka xjentifika li jiġu kkumerċjalizzati u mibjugħin għandhom jiġu attribwiti għall-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera kemm sa fejn huma aktar minn 2 % tal-kwoti kkonċernati. L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal- 25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni (24) dwar is-Sajd m’għandhomx japplikaw għal vjaġġi ta’ riċerka xjentifika li matulhom jittieħdu dawn il-qabdiet.

7.   Mingħajr preġudizzju għat-Titolu XII, sat-30 ta’ Ġunju 2011 l-Istati Membri jistgħu jwettqu proġetti pilota mal-Kummissjoni u mal-korp maħtur minnha dwar l-aċċess remot fi żmien reali għad-data tal-Istati Membri rreġistrata u vvalidata skont dan ir-Regolament. Il-format u l-proċeduri tal-aċċess għad-data għandhom jiġu kkunsidrati u ttestjati. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2011 jekk jippjanaw li jwettqu proġetti pilota. Mill-1 ta’ Jannar 2012 l-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar mod u frekwenza differenti ta’ trasmissjoni tad-data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

8.   Għajr għall-isforz użat mill-bastimenti tas-sajd li huma esklużi mill-applikazzjoni ta’ reġim tal-isforz tas-sajd, l-isforzi kollha tas-sajd użati mill-bastimenti tas-sajd Komunitarji waqt li jġorru abbord jew, fejn adatt, jużaw irkaptu jew irkapti tas-sajd soġġetti għal reġim tal-isforz tas-sajd jew joperaw f’sajd soġġett għal reġim tal-isforz tas-sajd f’żona ġeografika soġġetta għal dak ir-reġim tal-isforz tas-sajd għandhom jiġu attribwiti għall-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat ma’ tali żona ġeografika u ma’ tali rkaptu tas-sajd jew tali sajd disponibbli għall-Istat Membru tal-bandiera.

9.   L-isforz tas-sajd użat fil-qafas tar-riċerka xjentifika minn bastiment li jġorr irkaptu jew irkapti tas-sajd soġġett għal reġim tal-isforz tas-sajd jew li jopera f’sajd soġġetti għal reġim tal-isforz tas-sajd f’żona ġeografika soġġetta għal dak ir-reġim tal-isforz tas-sajd għandu jiġi attribwit għall-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat ma’ tali rkaptu jew irkapti tas-sajd u ma’ tali żona ġeografika tal-Istat Membru tal-bandiera jekk il-qabdiet meħudin matul l-użu ta’ dan l-isforz jiġu kkumerċjalizzati u mibjugħin sa fejn jeċċedu t-2 % tal-isforz tas-sajd allokat. L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008 m’għandhomx japplikaw għal vjaġġi ta’ riċerka xjentifika li matulhom jittieħdu dawn il-qabdiet.

10.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta formati għat-trasmissjoni tad-data msemmija f’dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 34

Data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd

Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, meta jistabbilixxi li:

(a)

il-qabdiet ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet soġġetti għal kwota li jkunu saru mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jkunu eżawrew 80 % minn dik il-kwota; jew

(b)

jitqies li jkun intlaħaq 80 % tal-livell tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat ma’ rkaptu tas-sajd jew sajd u ma’ żona ġeografika u li jkun applikabbli għall-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tiegħu jew grupp minnhom.

F’dan il-każ, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq it-talba tal-Kummissjoni, b’informazzjoni aktar dettaljata u aktar frekwenti minn dik prevista fl-Artikolu 33.

Taqsima 4

Għeluq tas-sajd

Artikolu 35

Għeluq tas-sajd mill-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi d-data li minnha:

(a)

il-qabdiet ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet soġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jkunu meqjusin li eżawrew dik il-kwota;

(b)

jitqies li jkun intlaħaq l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat ma’ rkaptu tas-sajd jew sajd u ma’ żona ġeografika u li jkun applikabbli għall-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tiegħu jew grupp minnhom.

2.   Mid-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprojbixxi s-sajd għall-istokk jew il-grupp ta’ stokkijiet li l-kwota tagħhom tkun ġiet eżawrita, fis-sajd rilevanti jew meta jinġarr abbord l-irkaptu tas-sajd fiż-żona ġeografika fejn l-isforz tas-sajd massimu permessibbli jkun intlaħaq, mill-bastimenti kollha jew parti mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu u b’mod partikolari ż-żamma abbord, it-trasbordi, ir-rilokazzjonijiet u l-iżbarki tal-ħut meħud wara dik id-data u għandu jiddeċiedi dwar data sa meta t-trasbordi it-trasferimenti u l-iżbarki jew id-dikjarazzjonijiet finali tal-qabdiet huma permessi.

3.   Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir pubblika mill-Istat Membru kkonċernat u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni. Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C) u fuq il-websajt pubblika tal-Kummissjoni. Mid-data li d-deċiżjoni ssir pubblika mill-Istat Membru kkonċernat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, ma ssir l-ebda żamma abbord, trasbord, rilokazzjoni jew żbark jew tal-ħut rilevanti jew meta jinġarru abbord irkaptu tas-sajd rilevanti f’żoni ġeografiċi rilevanti minn bastimenti tas-sajd jew grupp tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat, fl-ilmijiet tagħhom u fit-territorju tagħhom.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli n-notifiki li tirċievi skont dan l-Artikolu disponibbli għall-Istati Membri permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Artikolu 36

Għeluq tas-sajd mill-Kummissjoni

1.   Fejn il-Kummissjoni tiskopri li Stat Membru ma kkonformax mal-obbligazzjoni li jinnotifika d-data ta’ kull xahar dwar l-opportunitajiet tas-sajd kif stipulat fl-Artikolu 33(2), tista’ tistabbilixxi data li fiha 80 % tal-opportunitajiet tas-sajd ta’ dak l-Istat Membru għandhom jitqiesu li ġew eżawriti u tista’ tistabbilixxi d-data prevista li fiha l-opportunitajiet għandhom jitqiesu li ġew eżawriti.

2.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 35 jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, fejn il-Kummissjoni ssib li l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Komunità, Stat Membru, jew grupp ta’ Stati Membri jitqiesu li jkunu ġew eżawriti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri konċernati dwar dan u għandha tipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għaż-żona, l-irkaptu, l-istokk, il-grupp ta’ stokkjiiet jew il-flotta involuti f’dawk l-attivitajiet tas-sajd speċifiċi.

Artikolu 37

Miżuri korrettivi

1.   Meta l-Kummissjoni tkun ipprojbiet is-sajd minħabba l-eżawriment allegat tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri, jew għall-Komunità u jsir magħruf li Stat Membru ma kienx eżawrixxa l-opportunitajiet tas-sajd, għandui japplika dan l-Artikolu.

2.   Jekk il-preġudizzju li jsofri Stat Membru li ġie pprojbit milli jistad qabel ma ġew eżawriti l-opportunitajiet tas-sajd tiegħu ma jkunx tneħħa għandhom jiġu adottati miżuri bl-għan li jiġi rimedjat b’mod xieraq il-preġudizzju kkawżat, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119. Dawn il-miżuri jistgħu jinvolvu tnaqqis mill-opportunitajiet tas-sajd ta’ kwalunkwe Stat Membru li kien involut f’sajd żejjed, u li jiġu allokati b’mod adatt l-kwantitajiet imnaqqsin b’dan il-mod lill-Istati Membri li l-attivitajiet tas-sajd tagħhom ġew ipprojbiti qabel l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom ġew eżawriti.

3.   It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 2 u l-allokazzjonjiet konsegwenti għandhom isiru wara li jiġu kkunsidrati bħala kwistjoni ta’ prijorità l-ispeċijiet u ż-żoni ġeografiċi rilevanti li għalihom ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jistgħu jsiru matul is-sena li fiha jseħħ il-preġudizzju jew fis-sena jew is-snin ta’ wara.

4.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ikkonċernati, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

KAPITOLU II

Monitoraġġ tal-ġestjoni tal-flotta

Taqsima 1

Kapaċità tas-Sajd

Artikolu 38

Kapaċità tas-sajd

1.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jagħmlu l-kontrolli meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kapaċità totali li tikkorrispondi mal-liċenzji tas-sajd maħruġin mill-Istat Membru, f’TG u f’kW, fl-ebda mument ma tkun ogħla mil-livelli massimi ta’ kapaċità għal dak l-Istat Membru stabbilit f’konformità ma’:

(a)

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

ir-Regolament (KE) Nru 639/2004;

(c)

ir-Regolament (KE) Nru 1438/2003; u

(d)

ir-Regolament (KE) Nru 2104/2004.

2.   Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari dwar

(a)

ir-reġistrazzjoni tal-bastimenti tas-sajd;

(b)

il-verifikazzjoni tal-qawwa tal-magna tal-bastimenti tas-sajd;

(c)

il-verifikazzjoni tat-tunnellaġġ tal-bastimenti tas-sajd;

(d)

il-verifikazzjoni tat-tip, in-numru u l-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd,

jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

3.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 118, dwar il-metodi ta’ verifikazzjonijiet użati, flimkien mal-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi responsabbli biex jagħmlu l-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Taqsima 2

Qawwa tal-magna

Artikolu 39

Monitoraġġ tal-qawwa tal-magna

1.   Għandu jkun ipprojbit li jsir sajd b’bastiment tas-sajd mgħammar b’magna li l-qawwa tagħha teċċedi dik stabbilita fil-liċenzja tas-sajd.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qawwa tal-magna ċċertifikata ma tiġix eċċeduta. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 118 dwar il-miżuri tal-kontroll li ħadu sabiex jiżguraw li l-qawwa tal-magna ċċertifikata ma tiġix eċċeduta.

3.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu prezz lill-operaturi tal-bastimenti tas-sajd għall-ispejjeż kollha jew parti minnhom biex tiġi ċċertifikata l-qawwa tal-magna.

Artikolu 40

Ċertifikat tal-qawwa tal-magna

1.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-qawwa tal-magna u għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-magna għal bastimenti tas-sajd Komunitarji li l-qawwa ta’ propulsjoni tal-magna ta’ propulsjoni teċċedi l- 120 kilowatt (kW), ħlief għal bastimenti li jużaw esklussivament irkaptu statiku, irkaptu tal-gangmu, bastimenti awżiljarji u bastimenti użati esklussivament fl-akkwakultura.

2.   Magna ta’ propulsjoni ġdida, magna ta’ propulsjoni ta’ sostituzzjoni u magna ta’ propulsjoni li tkun ġiet modifikata teknikament ta’ bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu uffiċjalment ċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li mhumiex kapaċi jiżviluppaw aktar qawwa massima kontinwa tal-magna minn dik iddikjarata fiċ-ċertifikat tal-magna. Tali ċertifikat għandu jinħareġ biss jekk il-magna ma tkunx kapaċi tiżviluppa aktar mill-qawwa massima kontinwa tal-magna ddikjarata.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jassenjaw iċ-ċertifikazzjoni tal-qawwa tal-magna lis-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni jew lil operaturi oħra li għandhom il-kompetenza meħtieġa għall-eżaminazzjoni teknika tal-qawwa tal-magna. Dawk is-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni jew operaturi oħra għandhom jiċċertifikaw biss magna ta’ propulsjoni li mhijiex kapaċi teċċedi l-qawwa ddikjarata uffiċjalment jekk ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li tiżdied il-prestazzjoni tal-magna ta’ propulsjoni ‘l fuq mill-qawwa ċċertifikata.

4.   Għandu jiġi projbit l-użu ta’ magna ta’ propulsjoni ġdida, magna ta’ propulsjoni ta’ sostituzzjoni jew magna ta’ propulsjoni li tkun ġiet modifikata teknikament li ma tkunx ġiet uffiċjalment ċertifikata mill-Istat Membru kkonċernat.

5.   Dan l-Artikolu għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd soġġetti għal reġim tal-isforz tas-sajd mill-1 ta’ Jannar 2012. Għal bastimenti tas-sajd oħrajn dan japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

6.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 41

Verifikazzjoni tal-qawwa tal-magna

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu, wara analiżi tar-riskju, verifikazzjoni tad-data, stabbilita fuq pjan ta’ teħid ta’ kampjuni bbażat fuq il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119 tal-konsistenza tal-qawwa tal-magna bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli għall-amministrazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment ikkonċernat. B’mod partikolari għandhom jivverifikaw l-informazzjoni li hemm fi:

(a)

r-reġistri tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti;

(b)

l-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd;

(c)

fiċ-ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Atmosfera mill-Magni (EIAPP) maħruġ għall-magna skont l-Anness VI għall-Konvenzjoni tal-MARPOL 73/78;

(d)

iċ-ċertifkati tal-klassi maħruġin minn organizzazzjoni rikonoxxuta tal-ispezzjoni u l-organizzazzjoni tal-perizji fuq il-bastimenti skont it-tifsira tad-Direttiva 94/57/KE;

(e)

iċ-ċertifat tal-provi fuq il-baħar;

(f)

ir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità; u

(g)

kwalunkwe dokument ieħor li jipprovdi informazzjoni rilevanti dwar il-qawwa tal-bastimenti jew kwalunkwe karatteristika teknika relatata.

2.   Wara l-analiżi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-qawwa tal-magna ta’ bastiment tas-sajd tkun akbar mill-qawwa ddikjarata fuq il-liċenzja tas-sajd tiegħu, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għal verifikazzjoni fiżika tal-qawwa tal-magna.

KAPITOLU III

Monitoraġġ tal-pjani pluriennali

Artikolu 42

Trasbord fil-port

1.   Bastimenti tas-sajd impenjati fis-sajd soġġetti għal pjan pluriennali m’għandhomx jittrasbordaw il-qabdiet tagħhom abbord kwalunkwe bastiment ieħor f’port deżinjat jew f’postijiet qrib il-kosta sakemm ma jkunux intiżnu skont l-Artikolu 60.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-bastimenti tas-sajd jistgħu jittrasbordaw il-qabdiet ta’ ħut pelaġiku soġġetti għal pjan pluriennali f’portijiet deżinjati jew f’postijiet qrib il-kosta, li ma jkunux intiżnu, dment li jkun hemm osservatur ta’ kontroll jew uffiċjal preżenti abbord tal-bastiment riċeventi jew issir spezzjoni qabel it-tluq tal-bastiment riċeventi wara li jkun tlesta t-trasbord. Il-kaptan tal-bastiment riċeventi huwa responsabbli li jinforma lill-awtoritajiet kostali kompetenti tal-Istat Membru 24 siegħa qabel il-ħin mistenni tat-tluq tal-bastiment riċeventi. L-osservatur ta’ kontroll jew l-uffiċjal għandu jinħatar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment riċeventi. Jekk il-bastiment riċeventi jkun impenjat f’attivitajiet tas-sajd qabel jew wara li jirċievi dawn il-qabdiet, dan għandu jkollu abbord l-osservatur ta’ kontroll jew uffiċjal sakemm jiġu żbarkati l-qabdiet riċevuti. Il-bastiment riċeventi għandu jiżbarka l-qabdiet riċevuti f’port ta’ Stat Membru deżinjat għal dan il-għan skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43(4), fejn il-qabda għandha tintiżen skont l-Artikoli 60 u 61.

Artikolu 43

Portijiet deżinjati

1.   Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, meta jkun qed jadotta pjan pluriennali, dwar limitu massimu applikabbli għall-piż ħaj ta’ speċijiet soġġetti għal pjan pluriennali, li fil-każ li jinqabeż il-bastiment tas-sajd għandu jkun meħtieġ li jiżbarka l-art il-qabdiet tiegħu f’port deżinjat jew f’post viċin il-kosta.

2.   Meta jkollu jiġi żbarkat aktar mil-limitu massimu ta’ ħut imsemmija fil-paragrafu 1, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd Komunitarju għandu jiżgura li t-tali żbark isir biss f’port deżinjat jew f’post viċin il-kosta tal-Komunità.

3.   Meta l-pjan pluriennali jiġi applikat fil-qafas ta’ organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd, l-iżbarki jew it-trasbordi jistgħu jsiru f’portijiet ta’ Parti Kontraenti jew Parti Kooperanti mhux kontraenti ta’ dik l-organizzazzjoni, skont ir-regoli stabbiliti b’dik l-organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd.

4.   Kull Stat Membru għandu jiddeżinja portijiet jew postijiet qrib il-kosta li fihom għandhom isiru l-iżbarki msemmijin fil-paragrafu 2.

5.   Sabiex port jew post qrib il-kosta jiġi ddeterminat bħala port deżinjat, il-kondizzjonijiet li ġejjin iridu jiġu sodisfatti:

(a)

ħinijiet stabbiliti tal-iżbark jew tat-trasbord;

(b)

postijiet stabbiliti tal-iżbark jew tat-trasbord;

(c)

proċeduri stabbiliti ta’ spezzjoni u sorveljanza.

6.   Meta port jew post qrib il-kosta jkun ġie ddeterminat bħala port deżinjat għall-iżbark ta’ speċi partikolari soġġetta għal pjan pluriennali, jista’ jintuża għall-iżbark ta’ kwalunkwe speċi oħra.

7.   L-Istati Membri għandhom jiġu eżentati mill-punt (c) tal-paragrafu 5 jekk il-programm ta’ azzjoni nazzjonali ta’ kontroll adottat skont l-Artikolu 46 ikun fih pjan dwar kif isir il-kontroll f’portijiet deżinjati, filwaqt li jiġi żgurat l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet kompetenti. Il-pjan għandu jitqies sodisfaċenti jekk ikun maqbul mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 44

Stivar separat ta’ qabdiet soġġetti għal pjani pluriennali

1.   Il-qabdiet kollha tal-istokkijiet demersali soġġetti għal pjan pluriennali miżmumin abbord bastiment tas-sajd Komunitarju b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar għandhom jitpoġġew f’kaxxi, kompartamenti jew kontenituri b’tali mod li jkunu identifikabbli minn kaxxi, kompartamenti jewkontenituri oħra separatament għal kull wieħed minn dawn l-istokkijiet.

2.   Kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom iżommu l-qabdiet demersali tal-istokkijiet għal-pjan pluriennali skont pjan ta’ stivar li jiddeskrivi fejn jinsabu l-ispeċijiet differenti fl-istivi.

3.   Għandha tkun projbita ż-żamma abbord bastiment tas-sajd Komunitarju fi kwalunkwe kaxxa, kompartament jew kontenitur ta’ kwalunkwe kwantità ta’ qabdiet tal-istokkijiet demersali soġġetti għal pjan pluriennali mħallta ma’ kwalunkwe prodott tas-sajd ieħor.

Artikolu 45

Użu tal-kwoti fil-ħin reali

1.   Meta l-qabdiet akkumulati tal-istokkijiet soġġetti għal pjan pluriennali jkunu laħqu ċertu livell tal-kwota nazzjonali, id-data dwar il-qabdiet għandha tintbagħat lill-Kummissjoni b’mod aktar frekwenti.

2.   Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-livell rilevanti tal-applikazzjoni u l-frekwenza tal-komunikazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 46

Programmi ta’ azzjoni nazzjonali għall-kontroll

1.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu programm ta’ azzjoni nazzjonali għall-kontroll għal kull pjan pluriennali. Il-programmi kollha ta’ azzjoni nazzjonali għall-kontroll għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni jew isiru disponibbli fuq il-parti sigura tal-websajt tal-Istat Membru skont il-punt (a) tal-Artikolu 115.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punti speċifiċi ta’ riferiment għall-ispezzjoni skont l-Anness I. Dawn il-punti ta’ riferiment għandhom jiġu ddefiniti skont il-ġestjoni tar-riskju u għandhom jiġu riveduti perjodikament wara li tkun saret analiżi tar-riżultati miksubin. Il-punti ta’ riferiment għall-ispezzjoni għandhom jevolvu progressivament sakemm jintlaħqu l-punti ta’ riferiment ta’ mira ddefiniti fl-Anness I.

KAPITOLU IV

Kontroll ta’ miżuri tekniċi

Taqsima 1

Użu tal-irkaptu tas-sajd

Artikolu 47

Irkaptu tas-sajd

Fis-sajd fejn l-użu ta’ aktar minn tip wieħed ta’ rkaptu mhuwiex permess, kwalunkwe rkaptu ieħor għandu jintrabat u jiġi stivat sabiex ma jkunx jista’ jintuża faċilment, skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

xbieki, piżijiet u rkaptu simili għandhom jinqalgħu minn minn mad-diriġenti u l-kalamenti;

(b)

xbieki li huma fuq jew ‘il fuq mill-gverta għandhom ikunu marbutin u stivati b’mod sigur;

(c)

il-konzijiet għandhom jiġu stivati taħt il-gverta.

Artikolu 48

Irkupru ta’ rkaptu mitluf

1.   Bastiment tas-sajd Komunitarju għandu jkollu t-tagħmir abbord biex jirkupra l-irkaptu mitluf.

2.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li jkun tilef l-irkaptu jew parti minnu għandu jipprova jirkuprah malajr kemm jista’ jkun.

3.   Jekk l-irkaptu mitluf ma jistax jiġi rkuprat, il-kaptan tal-bastiment għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, li għandha mbagħad tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kostali, fi żmien 24 siegħa b’dan li ġej:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem tal-bastiment tas-sajd;

(b)

it-tip ta’ rkaptu mitluf;

(c)

il-ħin meta ntilef l-irkaptu;

(d)

il-pożizzjoni ta’ fejn intilef l-irkaptu;

(e)

il-miżuri li ttieħdu biex jiġi rkuprat l-irkaptu.

4.   Jekk l-irkaptu li jiġi rkuprat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunx ġie rraportat bħala mitluf, dawn l-awtoritajiet jistgħu jirkupraw l-ispejjeż mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd li jkun tilef l-irkaptu.

5.   Stat Membru jista’ jeżenta lill-bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul ta’ anqas minn 12-il metru li jtajru l-bandiera tiegħu mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 jekk:

(a)

joperaw esklużivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera; jew

(b)

qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

Artikolu 49

Kompożizzjoni tal-qabda

1.   Jekk il-qabdiet li nżammu abbord kwalunkwe bastiment tas-sajd Komunitarju nqabdu bi xbieki ta’ daqs tal-malji minimi differenti matul l-istess vjaġġ, il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tiġi kkalkulata għal kull parti tal-qabda li nqabdet taħt kondizzjonijiet differenti. Għal dan l-għan, il-bidliet kollha mid-daqs tal-malji użat qabel kif ukoll il-kompożizzjoni tal-qabda abbord fil-mument ta’ kwalunkwe bidla bħal din għandhom jiddaħlu fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44, jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati dwar iż-żamma abbord ta’ pjan ta’ stivar, għal kull speċi, ta’ prodotti proċessati, li jindika fejn jinsabu fl-istiva, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Taqsima 2

Kontroll ta’ Żoni Ristretti għas-Sajd

Artikolu 50

Kontroll ta’ Żoni Ristretti għas-Sajd

1.   L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji u l-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi f’żona tas-sajd fejn tkun ġiet stabbilita Żona Ristretta għas-Sajd mill-Kunsill għandhom jiġu kkontrollati miċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru kostali, li għandu jkollu sistema għar-rilevament u r-reġistrazzjoni tad-dħul, it-transitu u l-ħruġ tal-bastiment miż-Żona Ristretta għas-Sajd.

2.   Barra mill-paragrafu 1, il-Kunsill għandu jistabbilixxi data li minnha l-bastimenti tas-sajd għandu jkollhom sistema operattiva abbord li għandha tallerta l-kaptan bid-dħul u l-ħruġ f’Żona Ristretta għas-Sajd.

3.   Il-frekwenza tat-trasmissjonijiet tad-data għandha tkun tal-anqas kull 30 minuta meta bastiment tas-sajd jidħol f’Żona Ristretta għas-Sajd.

4.   It-transitu minn Żoni Ristretti għas-Sajd huwa permess għall-bastimenti tas-sajd li ma jkunux awtorizzati jistadu f’tali żoni soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-irkaptu kollu abbord għandu jkun marbut u stivat matul it-transitu; u

(b)

il-veloċità matul it-transitu ma tkunx inqas minn 6 mili nawtiċi ħlief fil-każ ta’ forza maġġuri jew ta’ kondizzjonijiet avversi. F’każijiet bħal dawn, il-kaptan għandu jinforma minnufih liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera li mbagħad għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali.

5.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal bastimenti tas-sajd Komunitarji u ta’ pajjiżi terzi b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar.

Sezzjoni 3

Għeluq tas-sajd fil-ħin reali

Artikolu 51

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Meta jintlaħaq livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet ta’ speċi parikolari jew gruppi ta’ speċi kif definit skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 119, iż-żona kkonċernata għandha tingħalaq temporanjament għas-sajd rilevanti skont din it-Taqsima.

2.   Il-livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet għandu jiġi kkalkolat abbażi ta’ metodoloġija ta’ teħid ta’ kampjun adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119, bħala l-perċentwal jew piż ta’ speċi partikolari, jew gruppi ta’ speċi meta mqabbel mal-qabda totali f’refgħa tal-ħut ikkonċernat.

3.   Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 52

Qabda ta’ attivazzjoni f’żewġ refgħat

1.   Meta l-kwantità tal-qabdiet teċċedi l-livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet f’żewġ refgħat konsekuttivi, il-bastiment tas-sajd għandu jbiddel iż-żona tas-sajd b’tal-anqas ħames mili nawtiċi, jew żewġ mili nawtiċi għal bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ anqas minn12-il metru tul, minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa preċendenti qabel ma jkompli jistad u għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali.

2.   Il-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 119, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tista’ timmodifika d-distanzi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 53

Għeluq fil-ħin reali mill-Istati Membri

1.   Meta uffiċjal, osservatur ta’ kontroll jew pjattaforma ta’ riċerka jirrilevaw livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet li jkun intlaħaq, l-uffiċjal, l-osservatur ta’ kontroll tal-Istat Membru kostali jew il-persuna li tkun qed tipparteċipa f’operazzjoni konġunta taħt Pjan Konġunt ta’ Skjerament għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali.

2.   L-Istat Membru kostali għandu jiddeċiedi l-għeluq fil-ħin reali taż-żona kkonċernata mingħajr dewmien abbażi tal-informazzjoni li jirċievi skont il-paragrafu 1. Jista’ wkoll juża l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 52, jew kwalunkwe informazzjoni disponibbli għal din id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-għeluq fil-ħin reali għandha tiddefinixxi biċ-ċar iż-żona ġeografika taż-żoni tas-sajd affettwati, it-tul ta’ żmien tal-għeluq u l-kondizzjonijiet li jirregolaw is-sajd f’dik iż-żona matul l-għeluq.

3.   Jekk iż-żona msemmija fil-paragrafu 2 taqsam il-ġurisdizzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Istat Membru kostali ġar dwar is-sejbiet u d-deċiżjoni ta’ għeluq. L-Istat Membru kostali ġar għandu jagħlaq il-parti taż-żona tiegħu mingħajr dewmien.

4.   L-għeluq fil-ħin reali msemmi fil-paragrafu 2 m’għandux ikun diskriminatorju u għandu japplika biss għal bastimenti tas-sajd li huma mgħammra biex jaqbdu l-ispeċijiet ikkonċernati u/jew li għandhom awtorizzazzjoni biex jistadu fiż-żoni tas-sajd ikkonċernati.

5.   L-Istat Membru kostali għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, ‘il-Istati Membri kollha u ‘l-pajjiżi terzi li l-bastimenti tas-sajd tagħhom huma awtorizzati joperaw fiż-żona kkonċernata, li ġie stabbilit għeluq fil-ħin reali.

6.   Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin titlob lill-Istat Membru biex jikkanċella jew jemenda l-għeluq fil-ħin reali b’effett immedjat jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ta informazzjoni biżżejjed li ntlaħaq livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet skont l-Artikolu 51.

7.   L-attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu projbiti kif definit fid-deċiżjoni li tistabbilixxi l-għeluq fil-ħin reali.

Artikolu 54

Għeluq fil-ħin reali mill-Kummissjoni

1.   Abbażi tal-informazzjoni li turi li l-livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet intlaħaq, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina li żona għandha tingħalaq temporanjament jekk l-Istat Membru kostali ma jkunx stabbilixxa t-tali għeluq hu stess.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Istati Membri kollha u lill-pajjiżi terzi li l-bastimenti tas-sajd tagħhom joperaw fiż-żona magħluqa u għandha tpoġġi mingħajr dewmien għad-dispożizzjoni fuq il-websajt uffiċjali tagħha mappa bil-koordinati taż-żona li hija magħluqa temporanjament, u għandha tispeċifika d-dewmien tal-għeluq u l-kundizzjonijiet li jirregolaw is-sajd f’dik iż-żona magħluqa speċifika.

KAPITOLU V

Kontroll tas-sajd rikreattiv

Artikolu 55

Sajd rikreattiv

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd rikreattiv fit-territorju tagħhom u fl-ilmijiet Komunitarji jsir b’mod kompatibbli mal-objettivi u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2.   Il-kummerċjalizzazzjoni tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv għandha tkun projbita.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 199/2008, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw, abbażi tal-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni, il-qabdiet tal-istokkijiet soġġetti għal pjani ta’ rkupru bis-sajd rikreattiv prattikat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi, fl-ilmijiet taħt is-sovranità u l-ġuristizzjoni tagħhom. Is-sajd mill-kosta m’ghandux jiġi inkluż.

4.   Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-impatt bijoloġiku fuq is-sajd rikreattiv kif imsemmi fil-paragrafu 3. Meta s-sajd rikreattiv ikollu impatt sinifikanti, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37 tat-Trattat, li jissottometti s-sajd rikreattiv kif imsemmi fil-paragrafu 3 għal miżuri ta’ ġestjoni speċifiċi bħal awtorizzazzjonijiet tas-sajd u dikjarazzjonijiet ta’ qbid.

5.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

TITOLU V

KONTROLL TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 56

Prinċipji għall-kontroll tal-kummerċjalizzazzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-kontroll fit-territorju tiegħu tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mill-ewwel bejgħ sal-bejgħ bl-imnut, inkluż it-trasport.

2.   Meta jkun iffissat l-iżgħar daqs għal speċi partikolari fil-leġislazzjoni Komunitarja, l-operaturi responsabbli għax-xiri, il-bejgħ, il-ħżin jew it-trasport għandhom ikunu kapaċi jippruvaw iż-żona ġeografika rilevanti tal-oriġini tal-prodotti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti kollha tas-sajd u tal-akkwakultura mill-qabda jew mill-ħsad jitpoġġew f’lottijiet qabel l-ewwel bejgħ.

4.   Kwantitajiet inqas minn 30 kilo għal kull speċi unika li tkun ġejja mill-istess żona ta’ ġestjoni minn diversi bastimenti tas-sajd jistgħu jitpoġġew f’lottijiet mill-organizzazzjoni tal-produtturi li tagħha l-operatur tal-bastiment tas-sajd ikun membru jew minn xerrej reġistrat qabel l-ewwel bejgħ. L-organizzazzjoni tal-produtturi u x-xerrej reġistrat għandhom iżommu għal mill-anqas tliet snin reġistri dwar l-oriġini tal-kontenut tal-lottijiet li fih jitpoġġew il-qabdiet ta’ diversi bastimenti tas-sajd.

Artikolu 57

Standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti li għalihom japplikaw standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni jitpoġġew għall-wiri għall-ewwel bejgħ, jiġu offruti għall-ewwel bejgħ, jinbiegħu jew jiġu kkumerċjati b’mod ieħor biss jekk dawn jikkonformaw ma’ dawn l-istandards.

2.   Il-prodotti li jitneħħew mis-suq skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għandhom jirrispettaw l-istandards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari l-kategorija ta’ freskezza.

3.   L-operaturi responsabbli għax-xiri, il-bejgħ, il-ħżin jew it-trasport tal-lottijiet tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura għandhom ikunu kapaċi jippruvaw li l-prodotti jikkonformaw mal-istandards minimi tal-kummerċjalizzazzjoni fl-istadji kollha.

Artikolu 58

Traċċabbiltà

1.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-lottijiet kollha tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom ikunu traċċabbli fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, mill-qbid jew il-ġbir sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut.

2.   Il-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura mqiegħda fis-suq jew li x’aktarx ikunu ser jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità għandhom jiġu ttikkettjati b’mod adegwat biex tkun żgurata t-traċċabbiltà ta’ kull lott.

3.   Il-lottijiet tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura jistgħu jitħalltu jew jinqasmu wara l-ewwel bejgħ fil-każ biss li jkun possibbli li dawn jiġu ttraċċati għall-istadju tal-qbid jew tal-ħsad.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jkollhom attwati sistemi u proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe operatur li jkun fornihom b’lottijiet tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura u li lilu jkunu ġew fornuti dawn il-prodotti. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

5.   Ir-rekwiżiti minimi tat-tikkettar u tal-informazzjoni għal-lottijiet kollha tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura għandhom jinkludu:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull lott;

(b)

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem tal-bastiment tas-sajd jew l-isem tal-unità ta’ produzzjoni tal-akkwakultura;

(c)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi;

(d)

id-data tal-qabdiet jew id-data tal-produzzjoni;

(e)

il-kwantitajiet ta’ kull speċi f’kilogrammi espressi f’piż nett jew, fejn adatt, in-numru ta’ individwi;

(f)

l-isem u l-indirizz tal-fornituri;

(g)

l-informazzjoni lill-konsumaturi prevista fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2001: l-isem kummerċjali, l-isem xjentifiku, iż-żona ġeografika rilevanti u l-metodu ta’ produzzjoni;

(h)

jekk il-prodotti tas-sajd ikunux ġew iffriżati qabel jew le.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni elenkata fil-punti (g) u (h) tal-paragrafu 5 tkun disponibbli għall-konsumatur fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut.

7.   L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 5 m’għandhiex tapplika għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura importati fil-Komunità b’ċertifikati tal-qabda ppreżentati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008.

8.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu kwantitajiet żgħar ta’ prodotti li jinbiegħu direttament mill-bastimenti tas-sajd lill-konsumaturi, dment li dawn ma jeċċedux il-valur ta’ EUR 50 kuljum. Kwalunkwe emenda għal dan il-limitu għandha tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

9.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

KAPITOLU II

Attivitajiet wara l-iżbark

Artikolu 59

L-ewwel bejgħ ta’ prodotti tas-sajd

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti kollha tas-sajd jiġu kummerċjalizzati jew reġistrati għall-ewwel darba f’ċentru tal-irkant jew lil xerrejja reġistrati jew lil organizzazzjonijiet tal-produtturi.

2.   Ix-xerrej tal-prodotti tas-sajd minn bastiment tas-sajd fl-ewwel bejgħ għandu jkun irreġistrat mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir l-ewwel bejgħ. Għall-iskop ta’ reġistrazzjoni, kull xerrej għandu jiġi identifikat skont in-numru tal-VAT tiegħu, in-numru ta’ identifikazzjoni fiskali tiegħu jew identifikatur uniku ieħor fil-bażijiet tad-data nazzjonali.

3.   Xerrej li jakkwista prodotti tas-sajd sa ammont ta’ 30 kg li minn dak in-nhar ma jitpoġġewx fis-suq, iżda jintużaw biss għall-konsum privat, għandu jkun eżentat minn dan l-Artikolu. Kwalunkwe emenda għal dan il-limitu għandha tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 60

Użin ta’ prodotti tas-sajd

1.   Stat Membru għandu jiżgura li l-prodotti kollha tas-sajd jintiżnu b’sistemi approvati mill-awtoritajiet kompetenti dment li dan ma jkunx adotta pjan ta’ teħid ta’ kampjuni approvat mill-Kummissjoni u bbażat fuq il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

2.   Mingħajr preġudizzju għal-dispożizzjonijiet speċifiċi, l-użin għandu jsir mal-iżbark qabel ma l-prodotti tas-sajd jinħażnu, jiġu trasportati jew jinbiegħu.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti tas-sajd jintiżnu abbord bastiment tas-sajd soġġett għal pjan ta’ teħid ta’ kampjuni kif imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra li huma responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd fi Stat Membru għandhom ikunu responsabbli għall-akkuratezza tal-operazzjoni tal-użin, dment li, f’konformità mal-paragrafu 3, l-użin ma jsirx abbord bastiment tas-sajd, li f’dan il-każ tkun ir-responsabbiltà tal-kaptan.

5.   Iċ-ċifra li tirriżulta mill-użin għandha tintuża biex jimtlew id-dikjarazzjonijiet ta’ żbark, id-dokument tat-trasport, in-noti tal-bejgħ u d-dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna.

6.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jitolbu li kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd li l-ewwel tiġi żbarkata f’dak l-Istat Membru tintiżen fil-preżenza ta’ uffiċjal qabel tiġi trasportata x’imkien ieħor mill-post tal-iżbark.

7.   Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju u l-proċedura tal-użin skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

L-Artikolu 61

Użin ta’ prodotti tas-sajd wara t-trasport mill-post tal-iżbark

1.   B’deroga mill-Artikolu 60 (2), l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti tas-sajd jintiżnu wara t-trasport mill-post tal-iżbark dment li dawn ma jiġux trasportati lejn destinazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u li dan l-Istat Membru ma jkunx adotta pjan ta’ kontroll approvat mill-Kummissjoni u bbażat fuq il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jiġu żbarkati l-prodotti tas-sajd jista’ jippermetti t-trasport qabel l-użin ta’ dawn il-prodotti lil xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra li huma responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd fi Stat Membru ieħor. Dan il-permess għandu jkun soġġett għal programm ta’ kontroll komuni bejn l-Istati Membri kkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 94 li ġie approvat mill-Kummissjoni u bbażat fuq il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 62

Kompletar u preżentazzjoni tan-noti tal-bejgħ

1.   Xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri b’fatturat finanzjarju annwali għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd inqas minn EUR 200 000, li huma responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd żbarkati fi Stat Membru, għandhom jippreżentaw, jekk jista’ jkun elettronikament, fi żmien 48 siegħa wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jsir l-ewwel bejgħ. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkant, korpi jew persuni.

2.   Stat Membru jista’ jobbliga jew jawtorizza lix-xerrejja awtorizzati, lill-istabbilimenti tal-rkant reġistrati jew lil korpi jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri b’fatturat finanzjarju annwali għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd ta’ anqas minn EUR 200 000 biex jirreġistraw u jittrasmettu elettronikament id-data msemmija fl-Artikolu 64(1).

3.   Jekk l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jsir l-ewwel bejgħ ma jkunx l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun żbarka l-ħut, huwa għandu jiżgura li tiġi ppreżentata kopja tan-nota tal-bejgħ, jekk jista’ jkun elettronikament, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti.

4.   Meta l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd ma ssirx fl-Istat Membru fejn ikunu ġew żbarkati l-prodotti, l-Istat Membru responsabbli għall-ikkontrollar tal-ewwel kummerċjalizzazzjoni għandu jiżgura li tiġi ppreżentata kopja tan-nota tal-bejgħ, jekk jista’ jkun elettronikament, lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ikkontrollar tal-iżbark tal-prodotti kkonċernati u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd malli jirċievi n-nota tal-bejgħ.

5.   Meta l-iżbark isir barra mill-Komunità u l-ewwel bejgħ isir f’pajjiż terz, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jibgħat, jekk jista’ jkun elettronikament, kopja tan-nota tal-bejgħ jew kwalunkwe dokument ekwivalenti li jkun fih l-istess livell ta’ informazzjoni, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien 48 siegħa wara l-ewwel bejgħ.

6.   Meta nota tal-bejgħ ma tkunx taqbel mal-fattura jew dokument ieħor minflokha, kif imsemmi fl-Artikoli 218 u 219 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (25), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-prezz mingħajr taxxa għall-kunsinni ta’ merkanzija lix-xerrej tkun l-istess bħal dik indikata fuq il-fattura. L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-prezz mingħajar taxxa għall-kunsinni ta’ merkanzija lix-xerrej tkun l-istess bħal dik indikata fuq il-fattura.

Artikolu 63

Kompletar u trasmissjoni elettronika tad-data tan-noti tal-bejgħ

1.   Xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri b’fatturat finanzjarju annwali għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd ta’ EUR 200 000 jew aktar għandhom jirreġistraw permezz ta’ mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 64(1), u għandhom jibagħtuha permezz ta’ mezzi elettroniċi fi żmien 24 siegħa wara li jsir l-ewwel bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jsir l-ewwel bejgħ.

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu bl-istess mod, permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-informazzjoni dwar in-noti tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 62(3) u (4).

Artikolu 64

Kontenut tan-noti tal-bejgħ

1.   In-noti tal-bejgħ imsemmijin fl-Artikoli 62 u 63 għandu jkun fihom id-data li ġejja:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem tal-bastiment tas-sajd li jkun żbarka l-prodott ikkonċernat;

(b)

il-port u d-data tal-iżbark;

(c)

l-isem tal-operatur jew tal-kaptan tal-bastiment tas-sajd u, jekk differenti, l-isem tal-bejjiegħ;

(d)

l-isem tax-xerrej u n-numru tal-VAT tiegħu, in-numru ta’ identifikazzjoni fiskali tiegħu, jew identifikatur uniku ieħor;

(e)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;

(f)

il-kwantitajiet ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott, maqsumin skont it-tip ta’ preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn adatt, in-numru ta’ individwi;

(g)

għall-prodotti kollha soġġetti għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, kif adatt, id-daqs individwali jew il-piż, il-grad, il-preżentazzjon u l-freskezza;

(h)

fejn adatt, id-destinazzjoni tal-prodotti li tneħħew mis-suq (trasferiment, użu għall-għalf tal-annimali, għall-produzzjoni tat-tħin għall-għalf tal-annimali, għal-lixk jew għal skopijiet oħra minbarra ta’ ikel);

(i)

il-post u d-data tal-bejgħ;

(j)

fejn possibbli, in-numru ta’ referenza u d-data tal-fattura u fejn adatt, il-kuntratt tal-bejgħ;

(k)

fejn applikabbli, ir-referenza għad-dikjarazzjonijiet ta’ akkwist imsemmija fl-Artikolu 66, jew id-dokument tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 68;

(l)

il-prezz.

2.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 65

Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tan-noti tal-bejgħ

1.   Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119, tista’ tagħti eżenzjoni mill-obbligu ta’ preżentazzjoni tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-korpi awtorizzati oħra tal-Istat Membru għall-prodotti tas-sajd li ġew żbarkati minn ċerti kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji b’tul totali ta’ anqas minn10 metri jew għal kwantitajiet żbarkati ta’ prodotti tas-sajd li ma jeċċedux 50 kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj għal kull speċi. Dawn l-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw biss f’każijiet fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa sistema ta’ teħid ta’ kampjuni aċċettabbli, skont l-Artikoli 16 u 25.

2.   Xerrej li jakkwista prodotti sa ammont ta’ 30 kg li minn dak in-nhar ma jitpoġġewx fis-suq, iżda jintużaw biss għall-konsum privat, għandu jkun eżentat mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 62, 63 u 64. Kwalunkwe emenda għal dan il-limitu għandha tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 66

Dikjarazzjoni ta’ akkwist

1.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjani pluriennali, meta l-prodotti tas-sajd huma maħsubin għall-bejgħ fi stadju aktar tard, xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra b’fatturat finanzjarju annwali għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd inqas minn EUR 200 000 li huma responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd żbarkati fi Stat Membru għandhom jippreżentaw, fi żmien 48 siegħa wara li jitlesta l-iżbark, dikjarazzjoni ta’ akkwist lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir l-akkwist. Il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ akkwist u l-akkuratezza tagħha għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkant jew korpi jew persuni oħra.

2.   Jekk l-Istat Membru fejn isir l-akkwist ma jkunx l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun żbarka l-ħut, huwa għandu jiżgura li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ akkwist, jekk jista’ jkun elettronikament, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti.

3.   Id-dikjarazzjoni ta’ akkwist imsemmija fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem tal-bastiment tas-sajd li jkun żbarka l-prodotti;

(b)

il-port u d-data tal-iżbark;

(c)

l-isem tas-sid jew il-kaptan tal-bastiment;

(d)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti tagħha li fiha ttieħdu l-qabdiet;

(e)

il-kwantitajiet ta’ kull speċi maħżunin f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott, maqsumin skont it-tip ta’ preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn adatt, in-numru ta’ individwi;

(f)

l-isem u l-indirizz tal-faċilitajiet fejn il-prodotti huma maħżunin;

(g)

fejn applikabbli, ir-referenza għad-dokument tat-trasport speċifikat fl-Artikolu 68.

Artikolu 67

Kompletar u trasmissjoni elettronika tad-data tad-dikjarazzjoni ta’ akkwist

1.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjani pluriennali, meta l-prodotti tas-sajd huma maħsubin għall-bejgħ fi stadju aktar tard, xerrejja reġistrati, stabbilimenti tal-irkant reġistrati jew korpi jew persuni oħra b’fatturat finanzjarju annwali għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd ta’ EUR 200 000 jew aktar li huma responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd żbarkati fi Stat Membru għandhom jirreġistraw permezz ta’ mezzi elettroniċi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 66 u għandhom jibagħtuha fi żmien 24 siegħa permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir l-akkwist.

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-informazzjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ akkwist imsemmija fl-Artikolu 66(2).

Artikolu 68

Kompletar u preżentazzjoni tad-dokument tat-trasport

1.   Il-prodotti tas-sajd żbarkati fil-Komunità, kemm dawk mhux ipproċessati jew wara li jkunu ġew ipproċessati abbord, li għalihom ma’ jkunux ġew ippreżentati la nota tal-bejgħ u lanqas dikjarazzjoni ta’ akkwist skont l-Artikoli 62, 63, 66 u 67, u li jkunu ġew trasportati minn post differenti minn dak tal-iżbark, għandhom ikunu akkumpanjati b’dokument imħejji mit-trasportatur sakemm isir l-ewwel bejgħ. It-trasportatur għandu jippreżenta, fi żmien 48 siegħa mit-tagħbija, dokument tat-trasport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu sar l-iżbark jew korpi oħra awtorizzati minnhom.

2.   It-trasportatur għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit li jkollu d-dokument tat-trasport mal-prodotti tas-sajd, jekk dokument tat-trasport ikun intbagħat elettronikament qabel ma jibda t-trasport, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, li f’każ li l-prodotti jiġu ttrasportati lejn Stat Membru li mhux l-Istat Membru tal-iżbark, għandhom minnufih malli jirċevuh jibgħatu d-dokument tat-trasport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ġiet iddikjarata li saret l-ewwel kummerċjalizzazzjoni.

3.   Fil-każ li l-prodotti jiġu ttrasportati lejn Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-iżbark, it-trasportatur għandu jittrasmetti wkoll, fi żmien 48 siegħa wara t-tagħbija tal-prodotti tas-sajd kopja tad-dokument tat-trasport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun ġie ddikjarat li saret l-ewwel kummerċjalizzazzjoni. L-Istat Membru li fih issir l-ewwel kummerċjalizzazzjoni jista’ jitlob aktar informazzjoni f’dan ir-rigward mill-Istat Membru tal-iżbark.

4.   It-trasportatur għandu jkun responsabbli għall-akkuratezza tad-dokument tat-trasport.

5.   Id-dokument tat-trasport għandu jindika:

(a)

il-post tad-destinazzjoni tal-kunsinna(i) u l-identità tal-vettura tat-trasport;

(b)

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem tal-bastiment tas-sajd li jkun żbarka l-prodotti;

(c)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti li fiha ttieħdu l-qabdiet;

(d)

il-kwantitajiet ta’ kull speċi ttrasportati f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott, maqsumin skont it-tip ta’ preżentazzjoni tal-prodott jew, fejn adatt, in-numru ta’ individwi;

(e)

l-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-kunsinnatarju/i;

(f)

il-post u d-data tat-tagħbija.

6.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 jekk il-prodotti tas-sajd jiġu ttrasportati f’żona ta’ port jew mhux aktar minn 20 km ‘l bogħod mill-post tal-iżbark.

7.   Meta l-prodotti tas-sajd li ġew iddikjarati bħala mibjugħin f’nota tal-bejgħ jiġu ttrasportati għal post differenti minn dak tal-iżbark, it-trasportatur għandu jkun jista’ juri permezz ta’ dokument li tkun saret transazzjoni tal-bejgħ.

8.   It-trasportatur għandu jkun eżentat mill-obbligu stabbilit f’dan l-Artikolu jekk id-dokument tat-trasport jiġi sostitwit b’kopja tad-dikjarazzjoni ta’ żbark prevista fl-Artikolu 23 relatata mal-kwantitajiet trasportati, jew kwalunkwe dokument ekwivalenti li jkun fih l-istess livell ta’ informazzjoni.

KAPITOLU III

Organizzazzjonijiet tal-produtturi u arranġamenti dwar il-prezzijiet u intervenzjonijiet

Artikolu 69

Monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   Skont l-Artikolu 6 (1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, l-Istati Membri għandhom jagħmlu verifiki f’intervalli regolari biex jiżguraw li:

(a)

l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonformaw mat-termini u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent;

(b)

ir-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jista’ jiġi rtirat jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 ma jibqgħux jiġu sodisfatti jew jekk ir-rikonoxximenti ikun ibbażat fuq informazzjoni żbaljata;

(c)

ir-rikonoxximent jiġi rtirat immedjatament u retroattivament jekk l-organizzazzjoni tikseb jew tibbenefika mir-rikonoxximent b’mezzi qarrieqa.

2.   Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli relatati mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 6 (1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-Kummissjoni għandha tagħmel verifiki u fid-dawl ta’ dawn il-verifiki tista’, fejn adatt, titlob li l-Istati Membri jirtiraw ir-rikonoxximent.

3.   Kull Stat Membru għandu jagħmel il-verifiki adatti biex jiżgura li kull waħda mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-programm operattiv għas-sena tas-sajd ikkonċernata, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 2508/2000, u għandu japplika s-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 9 (3) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 fil-każ li dawk l-obbligi ma jiġux sodisfatti.

Artikolu 70

Monitoraġġ tal-arranġamenti tal-prezzijiet u ta’ intervenzjoni

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-verifiki kollha dwar l-arranġamenti tal-prezzijiet u ta’ intervenzjoni, b’mod partikolari:

(a)

l-irtirar tal-prodotti mis-suq għal skopijiet oħra minbarra l-konsum uman;

(b)

l-operazzjonijiet ta’ trasferiment għall-istabbilizzazzjoni, il-ħażna u/jew l-ipproċessar tal-prodotti rtirati mis-suq;

(c)

il-ħażna privata ta’ prodotti ffriżati fuq il-baħar;

(d)

il-konċessjonijiet kompensatorji għat-tonn maħsub għall-ipproċessar.

TITOLU VI

SORVELJANZA

Artikolu 71

Avvistamenti fuq il-baħar u rilevament mill-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu sorveljanza fl-ilmijiet Komunitarji taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, abbażi ta’:

(a)

avvistamenti ta’ bastimenti tas-sajd minn bastimenti ta’ spezzjoni jew minn inġenji tal-ajru tas-sorveljanza,

(b)

is-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 9; jew

(c)

kwalunkwe metodu ieħor ta’ rilevament u identifikazzjoni.

2.   Jekk l-avvistament jew ir-rilevament ma jikkorrispondix ma’ informazzjoni oħra disponibbli għall-Istat Membru, dan għandu jagħmel kwalunkwe investigazzjoni li tista’ tkun meħtieġa biex jiddetermina s-segwitu adatt.

3.   Jekk l-avvistament jew ir-rilevament jirreferi għal bastiment tas-sajd ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz u l-informazzjoni ma tikkorrispondi mal-ebda informazzjoni oħra disponibbli għall-Istat Membru kostali u jekk dak l-Istat Membru kostali mhuwiex f’pożizzjoni li jieħu aktar azzjoni, dan għandu jirreġistra s-sejbiet tiegħu f’rapport ta’ sorveljanza u għandu jittrasmetti dak ir-rapport mingħajr dewmien, jekk possibbli b’mezzi elettroniċi, lill-Istat Membru tal-bandiera, jew lill-pajjiż terz ikkonċernat. Fil-każ ta’ bastiment ta’ pajjiż terz, ir-rapport tas-sorveljanza għandu jintbagħat ukoll lill-Kummissjoni jew il-korp innominat minnha.

4.   Fil-każ li uffiċjal ta’ Stat Membru javvista jew jirrileva bastiment tas-sajd involut f’attivitajiet li jistgħu jitqiesu bħala infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, dan għandu joħroġ rapport ta’ sorveljanza mingħajr dewmien u jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

5.   Il-kontenut tar-rapport ta’ sorveljanza għandu jiġi determinat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 72

Azzjoni li għandha tittieħed malli jkun hemm informazzjoni dwar avvistamenti jew rilevament

1.   L-Istati Membri tal-bandiera, malli jirċievu rapport ta’ sorveljanza minn Stat Membru ieħor, għandhom jieħdu azzjoni immedjata dwaru u jagħmlu aktar investigazzjonijiet kif meħtieġ biex ikunu jistgħu jiddeterminaw is-segwitu adatt.

2.   L-Istati Membri minbarra l-Istat Membru tal-bandiera għandhom, fejn adatt, jivverifikaw jekk il-bastiment avvistat u rrapportat ikunx wettaq attivitajiet fl-ilmijiet li jinsabu taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità tagħhom jew jekk il-prodotti tas-sajd li jkunu ġew minn dak il-bastiment ġewx żbarkati jew importati fit-territorju tagħhom u għandhom jinvestigaw ir-rekord ta’ konformità tiegħu ma’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni rilevanti.

3.   Il-Kummissjoni jew il-korp innominat minnha jew, fejn adatt, l-Istat Membru tal-bandiera u Stati Membri oħra għandhom jeżaminaw ukoll l-informazzjoni dokumentata b’mod xieraq dwar il-bastimenti avvistati, ippreżentata minn ċittadini individwali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż organizzazzjonijiet ambjentali, kif ukoll rappreżentanti tal-industrija tas-sajd jew tal-interessi tal-kummerċ tas-sajd tal-persuni interessati.

Artikolu 73

Osservaturi ta’ kontroll

1.   Fejn skema tal-osservaturi ta’ kontroll tal-Komunità tkun ġiet stabbilita mill-Kunsill, l-osservaturi ta’ kontroll abbord il-bastimenti tas-sajd għandhom jivverifikaw il-konformità tal-bastiment tas-sajd mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Dawn għandhom jimplimentaw il-kompiti kollha tal-iskema ta’ osservaturi u b’mod partikolari jivverifikaw u jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd u d-dokumenti rilevanti tal-bastiment.

2.   L-osservaturi ta’ kontroll għandhom ikunu kwalifikati għall-kompiti tagħhom. Huma għandhom ikunu indipendenti mis-sid, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd u kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ. Huma m’għandu jkollhom l-ebda konnessjoni ekonomika mal-operatur.

3.   L-osservaturi ta’ kontroll għandhom jiżguraw, kemm jista’ jkun, li l-preżenza tagħhom fuq il-bastimenti tas-sajd ma twaqqafx jew tinterferix mal-attivitajiet tas-sajd u l-operazzjonijiet normali tal-bastiment.

4.   F’każ li osservatur ta’ kontroll jinnota infrazzjoni serja, huwa għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

5.   L-osservaturi ta’ kontroll għandhom iħejju rapport tal-osservatur, jekk jista’ jkun elettronikament, u jibagħtuh mingħajr dewmien, bl-użu jekk jitqies li jkun meħtieġ, ta’ mezzi elettroniċi ta’ trasmissjoni abbord il-bastiment tas-sajd, lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri għandhom idaħħlu r-rapport fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 78.

6.   Fl-eventwalità li r-rapport tal-osservatur jindika li l-bastiment osservat kien impenjat f’attivitajiet ta’ sajd li jmorru kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jieħdu l-azzjoni adatta kollha sabiex jinvestigaw il-kwistjoni.

7.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jipprovdu l-akkommodazzjoni adatta għall-osservaturi ta’ kontroll assenjati, jiffaċilitaw ix-xogħol tagħhom u jevitaw li jinterferixxu mat-twettiq ta’ dmirijiethom. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jipprovdu wkoll aċċess lill-osservaturi ta’ kontroll għall-partijiet rilevanti tal-bastiment, inkluż aċċess għall-qabda, u għad-dokumenti tal-bastiment inklużi l-fajls elettroniċi.

8.   L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi ta’ kontroll taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera. L-Istati Membri jistgħu jiddebitaw dawn l-ispejjeż, parzjalment jew kompletament, lill-operaturi tal-bastimenti tas-sajd li qed itajru l-bnadar tagħhom u li huma involuti fis-sajd rilevanti.

9.   Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

TITOLU VII

SPEZZJONI U PROĊEDIMENTI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 74

Twettiq tal-ispezzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata lista ta’ uffiċjali responsabbli għat-twettiq tal-ispezzjonijiet.

2.   L-uffiċjali għandhom iwettqu dmirijiethom f’konformità mal-liġi Komunitarja. Dawn għandhom imexxu l-ispezzjonijiet b’mod nondiskriminatorju fuq il-baħar, fil-portijiet, matul it-trasport, fuq il-postijiet tal-ipproċessar u matul il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd.

3.   B’mod partikolari, l-uffiċjali għandhom jivverifikaw:

(a)

il-legalità tal-qabda miżmuma abbord, maħżuna, trasportata, ipproċessata jew kummerċjalizzata u l-eżattezza tad-dokumentazzjoni jew tat-trasmissjonijiet elettroniċi relatati magħha;

(b)

il-legalità tal-irkaptu tas-sajd użat għall-ispeċijiet fil-mira u għall-qabdiet miżmuma abbord;

(c)

jekk adatt, il-pjan tal-istivar u l-istivar separat tal-ispeċijiet;

(d)

l-immarkar tal-irkapti; u

(e)

l-informazzjoni dwar il-magna msemmija fl-Artikolu 40.

4.   L-uffiċjali jistgħu jeżaminaw iż-żoni, il-gverti u l-kmamar kollha rilevanti. Huma jistgħu jeżaminaw ukoll il-qabdiet, ipproċessati jew le, ix-xbieki jew irkaptu ieħor, it-tagħmir, il-kontenituri u l-pakketti li fihom jinżammu l-ħut jew il-prodotti tas-sajd u kwalunkwe dokument jew trasmissjoni elettronika rilevanti li huma jqisu meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Jistgħu wkoll jinterrogaw persuni li huma jaħsbu li għandhom informazzjoni dwar il-kwistjoni li hija s-suġġett tal-ispezzjoni.

5.   L-uffiċjali għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet b’tali mod li jikkawża l-inqas tfixkil jew inkonvenjenza lill-bastiment jew il-vettura tat-trasport u l-attivitajiet tagħhom, u lill-ħażna, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-qabda. Huma għandhom jevitaw kemm jista’ jkun kwalunkwe degradazzjoni tal-qabda matul l-ispezzjoni.

6.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari dwar il-metodoloġija u t-twettiq tal-ispezzjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 75

Dmirijiet tal-operatur

1.   L-operatur għandu jiffaċilita l-aċċess sikur għall-bastiment, il-vettura tat-trasport jew il-kamra fejn il-prodotti tas-sajd huma maħżuna, ipproċessati jew kummerċjalizzati. Huwa għandu jiżgura s-sikurezza tal-uffiċjali u m’għandux ifixkel, jintimida jew jinterferixxi mal-uffiċjali fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

2.   Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 76

Rapport tal-ispezzjoni

1.   L-uffiċjali għandhom iħejju rapport tal-ispezzjoni wara kull spezzjoni u għandhom jibagħtuh lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Fejn possibbli, dan ir-rapport għandu jiġi reġistrat u trasmess permezz ta’ mezzi elettroniċi. Fil-każ tal-ispezzjoni ta’ bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru ieħor, għandha tintbagħat mingħajr dewmien kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat jekk matul l-ispezzjoni jkun instab li twettqet infrazzjoni. Fil-każ tal-ispezzjoni ta’ bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru ieħor, għandha tintbagħat mingħajr dewmien kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat jekk matul l-ispezzjoni jkun instab li twettqet infrazzjoni. Fil-każ ta’ spezzjoni li ssir fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membri ieħor, għandha tintbagħat mingħajr dewmien kopja tar-rapport tal-ispezzjoni li dak l-Istat Membru.

2.   L-uffiċjali għandhom jikkomunikaw lill-operatur is-sejbiet tagħhom mill-ispezzjoni, li għandu jkollu l-possibbiltà li jikkummenta dwar l-ispezzjoni u s-sejbiet tagħha. Il-kummenti tal-operatur għandhom jitniżżlu fir-rapport tal-ispezzjoni. L-uffiċjali għandhom jindikaw fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd li tkun saret spezzjoni.

3.   Għandha tintbagħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni malajr kemm jista’ jkun lill-operatur, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol wara li titlesta l-ispezzjoni.

4.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 77

Ammissibbiltà tar-rapporti tal-ispezzjoni u tas-sorveljanza

Ir-rapporti tal-ispezzjoni u tas-sorveljanza mħejjija minn spetturi Komunitarji, minn uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor jew minn uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom jikkostitwixxu xhieda ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġuridiċi ta’ kwalunkwe Stat Membru. Għall-istabbiliment tal-fatti, dawn għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għar-rapporti tal-ispezzjoni u tas-sorveljanza tal-Istati Membri.

Artikolu 78

Bażi tad-data elettronika

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata bażi tad-data elettronika fejn jistgħu itellgħu r-rapporti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza kollha mħejjija mill-uffiċjali tagħhom.

2.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 79

Spetturi Komunitarji

1.   Għandha tiġi stabbilita lista ta’ spetturi Komunitarji mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri kostali, l-ispetturi Komunitarji għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet f’konformità ma’ dan ir-Regolament fl-ilmijiet Komunitarji, u fuq bastimenti tas-sajd Komunitarji ‘l barra mill-ilmijiet Komunitarji.

3.   L-ispetturi Komunitarji jistgħu jkunu assenjati għal:

(a)

l-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni tal-Komunità adottati skont l-Artikolu 95;

(b)

il-programmi internazzjonali ta’ kontroll tas-sajd, fejn il-Komunità għandha obbligu li tipprovdi għall-kontrolli.

4.   Għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u soġġett għall-paragrafu 5, l-ispetturi Komunitarji għandhom ikollhom aċċess mingħajr dewmien:

(a)

għaż-żoni kollha abbord il-bastimenti tas-sajd Komunitarji u kwalunkwe bastiment ieħor li jwettaq attivitajiet tas-sajd, bini jew postijiet pubbliċi u mezzi ta’ trasport; u

(b)

għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd, id-dikjarazzjonijiet ta’ żbark, iċ-ċertifikati tal-qabda, id-dikjarazzjoni ta’ trasbord, in-noti tal-bejgħ, u dokumenti rilevanti oħra,

sal-istess punt u taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk tal-uffiċjali tal-Istat Membru li fih issir l-ispezzjoni.

5.   L-ispetturi Komunitarji m’għandux ikollhom il-poteri ta’ pulizija u ta’ infurzar lilhinn mit-territorju tal-Istat Membru tal-oriġini jew ‘il barra mill-ilmijiet Komunitarji taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru tal-oriġini tagħhom.

6.   Meta jkunu assenjati bħala spetturi Komunitarji, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jew tal-korp innominat minnha m’għandu jkollhom l-ebda poteri ta’ pulizija u ta’ infurzar.

7.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

KAPITOLU II

Spezzjonijiet ‘il barra mill-ilmijiet tal-Istat Membru li jkun qed jagħmel l-ispezzjoni

Artikolu 80

Spezzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd ‘il barra mill-ilmijiet tal-Istat Membru li jkun qed jagħmel l-ispezzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità primarja tal-Istat Membru kostali, Stat Membru jista’ jispezzjona bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu fl-ilmijiet Komunitarji kollha ‘l barra mill-ilmijiet taħt is-sovranità ta’ Stat Membru ieħor.

2.   Stat Membru jista’ jwettaq spezzjonijiet fuq bastimenti tas-sajd ta’ Stat Membru ieħor, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, relatati ma’ attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet Komunitarji kollha ‘l barra mill-ilmijiet taħt is-sovranità ta’ Stat Membru ieħor:

(a)

wara awtorizzazzjoni mill-Istat Membru kostali kkonċernat; jew

(b)

fejn programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjoni ġew adottati f’konformità mal-Artikolu 95.

3.   Stat Membru għandu jkun awtorizzat li jispezzjona bastimenti tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor f’ilmijiet internazzjonali.

4.   Stat Membru jista’ jispezzjona bastimenti tas-sajd Komunitarji li qed itajru l-bandiera tiegħu stess jew il-bandiera ta’ Stat Membru ieħor fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi f’konformità ma’ ftehimiet internazzjonali.

5.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità kompetenti li għandha taġixxi bħala l-punt tal-kuntatt għall-iskop ta’ dan l-Artikolu. Il-punt tal-kuntatt tal-Istati Membri għandu jkun disponibbli 24 siegħa kuljum.

Artikolu 81

Talbiet għal awtorizzazzjoni

1.   Talbiet għal awtorizzazzjoni minn Stat Membru biex iwettaq spezzjonijiet fuq bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet Komunitarji ‘l barra mill-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 80(2)(a), għandhom jiġu deċiżi mill-Istat Membru kostali kkonċernat fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tat-talba jew f’perijodu adatt fejn ir-raġuni għat-talba tkun l-insegwiment fil-pront li jkun beda fl-ilmijiet tal-Istat Membru li jkun qed jagħmel l-ispezzjoni.

2.   L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandu jiġi informat bid-deċiżjoni mingħajr dewmien. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu kkomunikati wkoll lill-Kummissjoni jew lill-korp innominat minnha.

3.   Talbiet għall-awtorizzazzjoniijiet għandhom jiġu miċħuda kompletament jew parzjalment biss safejn ikun meħtieġ, għal raġunijiet konvinċenti. Ċaħdiet u r-raġunijiet għalihom għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba u lill-Kummissjoni jew il-korp innominat minnha.

KAPITOLU III

Infrazzjonijiet mikxufa matul l-ispezzjonijiet

Artikolu 82

Proċedura fil-każ ta’ infrazzjoni

Jekk l-informazzjoni miġbura matul spezzjoni jew kwalunkwe data oħra rilevanti twassal sabiex l-uffiċjal jemmen li tkun twettqet infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-uffiċjal għandu:

(a)

jagħmel nota tal-infrazzjoni suspettata fir-rapport tal-ispezzjoni;

(b)

jieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jiżgura t-tutela tal-prova relatata ma’ tali infrazzjoni suspettata;

(c)

jibgħat immedjatament ir-rapport tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tiegħu/tagħha;

(d)

jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika suspettata li tkun wettqet l-infrazzjoni jew li tkun inqabdet fl-att waqt li kienet qed twettaq l-infrazzjoni li l-infrazzjoni tista’ tirriżulta fl-assenjazzjoni tan-numru adatt ta’ punti skont l-Artikolu 92. Din l-informazzjoni għandha titniżżel fir-rapport tal-ispezzjoni.

Artikolu 83

Infrazzjonijiet mikxufa ‘l barra mill-ilmijiet tal-Istat Membru li jkun qed jagħmel l-ispezzjoni

1.   Jekk infrazzjoni tkun inkixfet bħala riżultat ta’ spezzjoni mwettqa skont l-Artikolu 80, l-Istat Membru li jkun qed jagħmel l-ispezzjoni għandu jippreżenta, mingħajr dewmien, rapport sommarju tal-ispezzjoni lill-Istat Membru kostali jew, fil-każ ta’ spezzjoni ‘l barra mill-ilmijiet Komunitarji, lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat. Rapport sħiħ tal-ispezzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-Istat Membru kostali u lill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien 15-il jum mill-ħin tal-ispezzjoni.

2.   L-Istat Membru kostali jew, f’każ ta’ spezzjoni ‘l barra mill-ilmijiet Komunitarji, l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha adatti fir-rigward tal-infrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 84

Segwitu mtejjeb fir-rigward ta’ ċerti infrazzjonijiet serji

1.   L-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru kostali li fl-ilmijiet tiegħu hemm bastiment tas-sajd li huwa ssuspettat li jkun:

(a)

irreġistra b’mod inkorrett qabdiet ta’ stokkijiet li huma soġġetti għal pjan pluriennali ta’ aktar minn 500 kilogrammi jew 10 %, ikkalkulati bħala perċentwali taċ-ċifri fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd, skont liema huwa l-aktar għoli; jew

(b)

wettaq kwalunkwe waħda mill-infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew fl-Artikolu 90(1) ta’ dan ir-Regolament fi żmien sena minn meta jwettaq l-ewwel tali infrazzjoni serja,

għandu jesiġi li l-bastiment tas-sajd jipproċedi immedjatament lejn port għal investigazzjoni sħiħa, flimkien mal-miżuri msemmija fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

2.   L-Istat Membru kostali għandu immedjatament u f’konformità mal-proċeduri tiegħu taħt il-liġi nazzjonali, jinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera dwar l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-uffiċjali jistgħu jibqgħu abbord bastiment tas-sajd sakemm issir investigazzjoni sħiħa kif imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jtemm l-attivitajiet tas-sajd kollha u jipproċedi lejn il-port jekk jkun intalab jagħmel dan.

KAPITOLU IV

Proċedimenti ta’ infrazzjonijiet mikxufa matul l-ispezzjonijiet

Artikolu 85

Proċedimenti

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 83(2) u l-Artikolu 86, fejn l-awtoritajiet kompetenti jiskopru infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd matul jew wara spezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun qed jagħmel l-ispezzjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti skont it-Titolu VIII kontra l-kaptan tal-bastiment involut jew kontra kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra responsabbli għall-infrazzjoni.

Artikolu 86

Trasferiment tal-proċedimenti

1.   L-Istat Membru li fit-territorju jew l-ilmijiet tiegħu tkun ġiet skoperta infrazzjoni jista’ jittrasferixxi l-proċedimenti relatati ma’ dik l-infrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru li t-trasgressur huwa ċittadin tiegħu, bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat u bil-kondizzjoni li t-trasferiment jista’ jiggarantixxi aħjar il-kisba tar-riżultat imsemmi fl-Artikolu 89(2).

2.   L-Istat Membru tal-bandiera jista’ jittrasferixxi l-proċedimenti relatati ma’ infrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun qed jagħmel l-ispezzjoni, bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat u bil-kondizzjoni li t-trasferiment jista’ jiggarantixxi aħjar il-kisba tar-riżultat imsemmi fl-Artikolu 89(2).

Artikolu 87

Infrazzjoni mikxufa mill-ispetturi Komunitarji

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha adatti fir-rigward ta’ kwalunkwe infrazzjoni li spettur Komunitarju jkun skopra fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, jew fuq bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tagħhom.

Artikolu 88

Miżuri korrettivi fl-assenza ta’ proċedimenti mill-Istat Membru tal-iżbark jew tat-trasbord

1.   Jekk l-Istat Membru tal-iżbark jew tat-trasbord mhuwiex l-Istat Membru tal-bandiera u l-awtoritajiet kompetenti tiegħu ma jieħdux il-miżuri adatti kontra l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli, jew ma jittrasferux il-proċedimenti skont l-Artikolu 86, il-kwantitajiet li jiġu żbarkati jew trasbordati illegalment jistgħu jitnaqqsu mill-kwota allokata lill-Istat Membru tal-iżbark jew tat-trasbord.

2.   Il-kwantitajiet ta’ ħut li għandhom jitnaqqsu mill-kowta tal-Istat Membru tal-iżbark jew tat-trasbord għandhom ikunu ffissati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119 wara li l-Kummissjoni tkun ikkonsultat iż-żewġ Stati Membri kkonċernati.

3.   Għandu japplika l-Artikolu 37 jekk l-Istat Membru tal-iżbark jew tat-trasbord ma jkunx għad għandu kwota korrispondenti għad-dispożizzjoni tiegħu. Għal dak l-għan il-kwantitajiet ta’ ħut li jiġu żbarkati jew trasbordati illegalment għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-ammont tal-preġudizzju li sofra, kif imsemmi f’dak l-Artikolu, l-Istat Membru tal-bandiera.

TITOLU VIII

INFURZAR

Artikolu 89

Miżuri għall-iżgurar tal-konformità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri adatti b’mod sistematiku, inkluż azzjoni amministrattiva jew proċedimenti kriminali f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni fiżika jew ġuridika suspettati li kisru kwalunkwe mir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2.   Il-livell ġenerali ta’ sanzjonijiet u sanzjonijiet li jakkumpanjaw għandu jiġi kkalkulat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, b’tali mod li jkun żgurat li dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi miksuba mill-infrazzjoni tagħhom jiġu miċħuda b’mod effettiv mingħajr preġudizzju għad-dritt leġittimu tal-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom. Dawk is-sanzjonijiet għandhom wkoll ikunu kapaċi jipproduċu riżultati proporzjonali għas-serjetà ta’ tali infrazzjoni, u b’hekk jkunu skoraġġati b’mod effettiv aktar reati tal-istess xorta.

3.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw sistema fejn multa tkun proporzjonali mal-valur tal-bejgħ tal-persuna ġuridika, inkella għall-vantaġġ finanzjarju miksub jew previst mit-twettiq tal-infrazzjoni.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkollhom ġurisdizzjoni fil-każ ta’ infrazzjoni għandhom, mingħajr dewmien u f’konformità mal-proċeduri tagħhom taħt il-liġi nazzjonali, jinnotifikaw lill-Istati Membri tal-bandiera, l-Istat Membru li t-trasgressur huwa ċittadin tiegħu, jew kwalunkwe Stat Membru ieħor li għandu interess fl-insegwiment tal-azzjoni amministrattiva, il-proċedimenti kriminali jew miżuri oħra meħuda u ta’ kwalunkwe deċiżjoni definittiva relatata mat-tali infrazzjoni, inkluż in-numru ta’ punti assenjati skont l-Artikolu 92.

Artikolu 90

Sanzjonijiet għal infrazzjonijiet serji

1.   Minbarra l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati wkoll bħala infrazzjonijiet serji għall-iskop ta’ dan ir-Regolament skont il-gravità tal-infrazzjoni kkonċernata li għandha tkun iddeterminata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, b’kont meħud ta’ kriterji bħalma huma n-natura tal-ħsara, il-valur tagħha, is-sitwazzjoni ekonomika tat-trasgressur u l-livell tal-infrazzjoni jew ir-ripetizzjoni tagħha:

(a)

in-nuqqas ta’ trasmissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ żbark jew ta’ nota tal-bejgħ meta l-iżbark tal-qabda jkun sar fil-port ta’ pajjiż terz;

(b)

il-manipulazzjoni ta’ magna bl-għan li tiżdied il-qawwa tagħha ‘l fuq mill-qawwa massima kontinwa tal-qawwa tal-magna skont iċ-ċertifikat tal-magna;

(c)

in-nuqqas ta’ żbarkar ta’ kwalunkwe speċi soġġetta għal kwota maqbuda matul operazzjoni tas-sajd dment li tali żbark ma jkunx kontra l-obbligi previsti fir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, fis-sajd jew iż-żoni tas-sajd fejn japplikaw dawn ir-regoli.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna fiżika li tkun wettqet infrazzjoni serja jew persuna ġuridika miżmuma responsabbli għal infrazzjoni serja tkun ikkastigata permezz ta’ sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonali u dissważivi, skont il-firxa ta’ sanzjonijiet u miżuri previsti fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjoni li tkun effettivament dissważiva u, skont kif adatt, ikkalkulata fuq il-valur tal-prodotti tas-sajd miksubin bit-twettiq ta’ infrazzjoni serja.

4.   Meta qed jiffissaw l-ammont tas-sanzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll il-valur tal-preġudizzju għar-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar ikkonċernat.

5.   L-Istati Membri jistgħu wkoll, jew alternattivament, jużaw sanzjonijiet kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi.

6.   Is-sanzjonijiet previsti f’dan il-Kapitolu jistgħu jkunu akkumpanjati minn sanzjonijiet jew miżuri oħra, partikolarment dawk deskritti fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

Artikolu 91

Miżuri ta’ infurzar immedjati

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri immedjati biex jipprevjenu kaptani ta’ bastimenti tas-sajd jew persuni fiżiċi oħra u persuni ġuridiċi li jinqabdu fl-att li jwettqu infrazzjoni serja, kif definit fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, milli jkomplu jagħmlu dan.

Artikolu 92

Sistema ta’ punti għal infrazzjonijiet serji

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta’ punti għal infrazzjonijiet serji kif imsemmi fl-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li abbażi tagħhom detentur ta’ liċenzja tas-sajd ikun assenjat in-numru ta’ punti adatti bħala riżultat ta’ infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2.   Meta persuna fiżika tkun wettqet infrazzjoni serja jew persuna ġuridika tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, in-numru adatt ta’ punti għandu jiġi assenjat lid-detentur tal-liċenzja tas-sajd bħala riżultat tal-infrazzjoni. Il-punti assenjati għandhom ikunu trasferiti lil kwalunkwe detentur futur tal-liċenzja tas-sajd għall-bastiment tas-sajd kkonċernat f’każ li l-bastiment jinbiegħ, jiġi ttrasferit jew b’mod ieħor jinbidel is-sid wara d-data tal-infrazzjoni. Id-detentur tal-liċenzja tas-sajd għandu jkun intitolat għal reviżjoni tal-proċedimenti f’konformità mal-liġi nazzjonali.

3.   Meta n-numru totali ta’ punti jkun ekwivalenti għal jew jaqbeż numru speċifikat ta’ punti, il-liċenzja tas-sajd għandha tiġi sospiża awtomatikament għal perijodu ta’ mill-inqas xaharejn. Dak il-perijodu għandu jkun ta’ erba’ xhur jekk il-liċenzja tas-sajd tiġi sospiża għat-tieni darba, tmien xhur jekk il-liċenzja tas-sajd tiġi sospiża għat-tielet darba u ta’ sena jekk il-liċenzja tas-sajd tiġi sospiża għar-raba’ darba minħabba li d-detentur tal-liċenzja jkun ġie assenjat in-numru ta’ punti speċifikat. F’każ li d-detentur jiġi assenjat in-numru speċifikat ta’ punti għall-ħames darba, il-liċenzja tas-sajd għandha tiġi rtirata b’mod permanenti.

4.   Jekk id-detentur ta’ liċenzja tas-sajd ma jwettaqx infrazzjoni serja oħra, fi żmien tliet snin mid-data tal-aħħar infrazzjoni serja, il-punti kollha fuq il-liċenzja tas-sajd għandhom jitħassru.

5.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll sistema ta’ punti li skontha l-kaptan ta’ bastiment jiġi assenjat in-numru adatt ta’ punti bħala riżultat ta’ infrazzjoni serja tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd imwettqa minnu.

Artikolu 93

Reġistri nazzjonali ta’ infrazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotaw f’reġistru nazzjonali l-infrazzjonijiet kollha tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew minn ċittadini tagħhom, inklużi s-sanzjonijiet li jeħlu u n-numru ta’ punti assenjati. Infrazzjonijiet minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jew minn ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra għandhom jiġu rreġistrati wkoll mill-Istati Membri fir-reġistru nazzjonali tagħhom dwar l-infrazzjonijiet, malli ssir in-notifikata dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 90.

2.   Meta jkun qed isegwi każ ta’ infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-Istat Membru jista’ jitlob lil Stati Membri oħra biex jipprovdu informazzjoni li tinsab fir-reġistri nazzjonali tagħhom, dwar il-bastimenti tas-sajd u l-persuni suspettati li jkunu wettqu l-infrazzjoni kkonċernata jew li jkunu nqabdu fl-att li jikkommettu l-infrazzjoni kkonċernata.

3.   Meta Stat Membru jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor relatata mal-miżuri li jkunu ttieħdu dwar infrazzjoni, dak l-Istat Membru l-ieħor jista’ jipprovdi l-informazzjoni rilevanti dwar il-bastiment tas-sajd u l-persuni kkonċernati.

4.   Id-data li tkun tinsab fir-reġistru nazzjonali ta’ infrazzjonijiet għandha tinżamm biss għal kemm żmien ikun meħtieġ għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, iżda dejjem għal minimu ta’ tliet snin kalendarji, li jibdew mis-sena ta’ wara dik li fiha tiġi rreġistrata l-informazzjoni.

TITOLU IX

PROGRAMMI TA’ KONTROLL

Artikolu 94

Programmi ta’ kontroll komuni

L-Istati Membri jistgħu jwettqu, bejniethom u fuq l-inizjattiva tagħhom, programmi ta’ kontroll, spezzjoni u sorveljanza fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 95

Programmi ta’ kontroll u spezzjoni speċifiċi

1.   Il-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 119 u flimkien mal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tiddetermina liema sajd għandu jkun soġġett għal programmi ta’ kontroll u spezzjoni speċifiċi.

2.   Il-programmi ta’ kontroll u spezzjoni speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-proċeduri kif ukoll il-punti ta’ riferiment għall-attivitajiet ta’ spezzjoni. Tali punti ta’ riferiment għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ ġestjoni tar-riskju u riveduti perjodikament wara li tkun saret analiżi tar-riżultati miksuba.

3.   Meta pjan pluriennali jidħol fis-seħħ u qabel ma jkun sar applikabbli programmi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni speċifiċi, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punti ta’ riferiment ta’ mira bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju għall-attivitajiet ta’ spezzjoni.

4.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ riżorsi umani u materjali u l-perijodi u ż-żoni fejn dawn għandhom jiġu użati.

TITOLU X

EVALWAZZJONI, U KONTROLL MILL-KUMMISSJONI

Artikolu 96

Prinċipji ġenerali

1.   Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla u tevalwa l-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri billi teżamina l-informazzjoni u d-dokumenti u billi twettaq verifikazzjonijiet, spezzjonijiet awtonomi u verifiki u għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejniethom. Għal dan l-għan il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha u permezz tal-mezzi tagħha stess, tibda u twettaq inkjesti, verifikazzjonijiet, spezzjonijiet u verifiki. Hija tista’ b’mod partikolari tivverifika:

(a)

l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom;

(b)

l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz skont ftehim internazzjonali ma’ dak il-pajjiż;

(c)

il-konformità tal-prattiki amministrattivi nazzjonali u l-attivitajiet ta’ spezzjoni u sorveljanza mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(d)

l-eżistenza tad-dokumenti meħtieġa u l-kompatibbiltà tagħhom mar-regoli applikabbli;

(e)

iċ-ċirkostanzi li fihom isiru l-attivitajiet tal-kontroll imwettqa mill-Istati Membri;

(f)

ir-rilevament u l-proċedimenti ta’ infrazzjonijiet;

(g)

il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-missjonijiet ta’ verifikazzjoni, spezzjoni awtonoma u verifika mwettqa skont dan it-Titolu ma jkunux soġġetti għall-pubbliċità li tkun ta’ ħsara għall-missjonijiet fuq il-post. Kull fejn l-uffiċjali tal-Kummissjoni jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fil-qadi ta’ dmirijiethom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bil-mezzi sabiex twettaq il-kompitu tagħha u jagħtu l-opportunità lill-uffiċjali tal-Kummissjoni biex jevalwaw l-operazzjonijiet ta’ kontroll u ta’ spezzjoni speċifiċi.

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni dik l-għajnuna li tkun teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha.

Artikolu 97

Kompetenzi tal-uffiċjali tal-Kummissjoni

1.   L-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifikazzjonijiet u spezzjonijiet fuq bastimenti tas-sajd kif ukoll fil-postijiet tan-negozju u ta’ korpi oħrajn b’attivitajiet relatati mal-Politika Komuni tas-Sajd u għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħhom, sal-istess punt u skont l-istess kondizzjonijiet bħall-uffiċjali tal-Istat Membru fejn isiru l-verifikazzjoni u l-ispezzjoni..

2.   L-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom ikunu intitolati li jieħdu kopji tal-fajls rilevanti u li jieħdu l-kampjuni meħtieġa jekk ikollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd ma tħarsux. Huma jistgħu jitolbu l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe persuna li tinstab fil-post spezzjonat.

3.   L-uffiċjali tal-Kummissjoni m’għandu jkollhom l-ebda poter li jmur lil hinn minn dak tal-ispetturi nazzjonali u m’għandu jkollhom ebda poteri ta’ pulizija u ta’ infurzar.

4.   L-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom jippreżentaw awtorità bil-miktub li tiddikjara l-identità u l-kapaċità tagħhom.

5.   Il-Kummissjoni għandha toħroġ istruzzjonijiet bil-miktub lill-uffiċjali tagħha li jindikaw l-awtorità tagħhom u l-għanijiet tal-missjoni tagħhom.

Artikolu 98

Verifikazzjonijiet

1.   Kull meta l-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ, l-uffiċjali tagħha jistgħu jkunu preżenti matul l-attivitajiet tal-kontroll li jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll. Fil-qafas ta’ dawn il-missjonijiet ta’ verifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kuntatti adatti mal-Istati Membri bil-ħsieb li, meta possibbli, tistabbilixxi programm ta’ verifikazzjoni li jkun aċċettabli b’mod reċiproku.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-korpi jew il-persuni kkonċernati jaċċettaw li jsirulhom il-verifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Jekk l-operazzjonijiet ta’ kontroll u ta’ spezzjoni previsti fil-qafas tal-programm inizjali ta’ verifikazzjoni ma jkunux jistgħu jitwettqu għal raġunijiet bbażati fuq il-fatti, l-uffiċjali tal-Kummissjoni, flimkien mal-awtorijiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u bi ftehim magħhom, għandhom jimmodifikaw il-programmi inizjali ta’ verifikazzjoni.

4.   F’każ ta’ kontrolli u spezzjonijiet fuq il-baħar jew mill-ajru, il-kmandant tal-bastiment jew tal-inġenju tal-ajru għandu jkun inkarigat waħdu mill-operazzjonijiet ta’ kontroll u ispezzjoni. Waqt li jeżerċita l-kmand tiegħu, huwa għandu jikkunsidra, b’mod dovut, il-programm ta’ verifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel arranġament għall-uffiċjali tagħha li qed iżuru Stat Membru biex jiġu akkumpanjati minn uffiċjal wieħed jew aktar minn Stat Membru ieħor bħala osservaturi. Fuq it-talba tal-Kummissjoni l-Istat Membru li qed jibgħat l-uffiċjali tiegħu għandu jinnomina, fi żmien qasir jekk ikun meħtieġ, l-uffiċjali nazzjonali magħżula bħala osservaturi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jippreparaw lista ta’ uffiċjali nazzjonali li l-Kummissjoni tista’ tistieden biex ikunu preżenti waqt tali kontrolli u spezzjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ tistieden uffiċjali nazzjonali inklużi f’dik il-lista jew dawk notifikati lill-Kummissjoni fid-diskrezzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tqiegħed il-lista għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha.

6.   L-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jiddeċiedu, jekk jikkunsidraw li jkun meħtieġ, li jwettqu l-missjonijiet ta’ verifikazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu mingħajr preavviż.

Artikolu 99

Spezzjonijiet awtonomi

1.   Fejn ikun hemm raġuni biex wieħed jemmen li qed isiru xi irregolaritajiet fl-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, il-Kummissjoni tista’ twettaq spezzjonijiet awtonomi. Hija għandha twettaq tali spezzjonijiet fuq l-inizjattiva tagħha stess u mingħajr il-preżenza ta’ uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   L-operaturi kollha jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjonijiet awtonomi fejn dawn huma kkunsidrati meħtieġa.

3.   Fil-qafas tal-ispezzjonijiet awtonomi fit-territorju jew fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, għandhom japplikaw ir-regoli proċedurali ta’ dak l-Istat Membru.

4.   Jekk l-uffiċjali tal-Kummissjoni jiskopru li tkun saret infrazzjoni serja tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fit-territorju jew fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li għandu jieħu l-miżuri adatti kollha fir-rigward ta’ din l-infrazzjoni.

Artikolu 100

Verifiki

Il-Kummissjoni tista’ twettaq verifiki tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri. Il-verifiki jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, evalwazzjoni ta’:

(a)

is-sistema tal-ġestjoni tal-kwoti u tal-isforzi;

(b)

is-sistemi ta’ validazzjoni tad-data, inklużi s-sistemi ta’ kontroverifiki tad-data tas-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti, id-data dwar il-qabda, l-isforz u l-kummerċjalizzazzjoni relatata mar-reġistru tal-flotta tas-sajd Komunitarja kif ukoll il-verifikazzjoni tal-liċenzji, u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd;

(c)

l-organizzazzjoni amministrattiva, inkluż l-adegwatezza tal-persunal disponibbli u l-mezzi disponibbli, it-taħriġ tal-persunal, id-delimitazzjoni tal-funzjonijiet tal-awtoritajiet kollha involuti fil-kontroll kif ukoll il-mekkaniżmi attwati għall-koordinazzjoni tal-ħidma u l-evalwazzjoni konġunta tar-riżultati ta’ dawk l-awtoritajiet;

(d)

is-sistemi operattivi, inklużi l-proċeduri għall-kontroll tal-portijiet innominati;

(e)

il-programmi ta’ azzjoni nazzjonali ta’ kontroll inkluż l-istabbiliment tal-livelli ta’ spezzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom;

(f)

is-sistema nazzjonali ta’ sanzjonijiet, inkluż l-adegwatezza tas-sanzjonijiet imposti, id-durata tal-proċedimenti, il-benefiċċji ekonomiċi li jitilfu t-trasgressuri u n-natura deterrenti tat-tali sistema ta’ sanzjonijiet.

Artikolu 101

Rapporti ta’ verifikazzjoni, spezzjoni awtonoma u verifika

1.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar is-sejbiet preliminari tal-verifikazzjonijiet u tal-ispezzjonjiet awtonomi fi żmien ġurnata wara li dawn ikunu saru.

2.   L-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom iħejju rapport ta’ verifikazzjoni, spezzjoni awtonoma jew verifika wara kull verifikazzjoni, spezzjoni awtonoma jew verifika. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahar wara l-konklużjoni tal-verifikazzjoni, spezzjoni awtonoma jew verifika. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkumentaw dwar is-sejbiet tar-rapport fi żmien xahar.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapporti ffinalizzati tal-verifikazzjoni, spezzjoni awtonoma u verifika, flimkien mal-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat, fuq il-parti sigura tas-websajt uffiċjali tagħha.

Artikolu 102

Segwitu tar-rapporti ta’ verifikazzjoni, spezzjoni awtonoma u verifika

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tista’ titlob dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Meta tippreżenta talba għall-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika limitu ta’ żmien raġonevoli li fih għandha tiġi provvduta l-informazzjoni.

2.   Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li seħħew xi irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd jew li d-dispożizzjonijiet u l-metodi ta’ kontroll eżistenti fi Stati Membri partikolari mhumiex effettivi, din għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat, li mbagħad għandu jagħmel inkjesta amministrattiva li fiha jistgħu jipparteċipaw l-uffiċjali tal-Kummissjoni.

3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-inkjesta u għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni ppreparat mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-talba tal-Kummissjoni. Il-perijodu jista’ jiġi estiż mill-Kummissjoni, fuq it-talba motivata kif jixraq mill-Istat Membru, għal perijodu ta’ żmien raġonevoli.

4.   Jekk l-inkjesta amministrattiva msemmija fil-paragrafu 2 ma twassalx għat-tneħħija tal-irregolaritajiet jew jekk il-Kummissjoni tidentifika xi nuqqasijiet fis-sistema tal-kontroll ta’ Stat Membru matul il-verifikazzjonijiet jew l-ispezzjonijiet awtonomi msemmija fl-Artikoli 98 u 99 jew fil-verifika msemmija fl-Artikolu 100, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni ma’ dak l-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimenta dak il-pjan ta’ azzjoni.

TITOLU XI

MIŻURI GĦALL-IŻGURAR TA’ KONFORMITÀ MILL-ISTATI MEMBRI MAL-OBJETTIVI TAL-POLITIKA KOMUNI TAS-SAJD

KAPITOLU I

Miżuri finanzjarji

Artikolu 103

Sospensjoni u tħassir tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja

1.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi għal perjodu massimu ta’ tmintax il-xahar il-ħlasijiet kollha jew parti minnhom, tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja skont ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, fejn ikun hemm prova li:

(a)

l-effettività tal-miżuri li jkunu qed jiġu finanzjati tiġi jew x’aktarx tiġi affettwata min-non-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b’mod partikolari fl-oqsma tal-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd, l-adattament tal-flotot u l-kontroll tas-sajd;

(b)

in-non-konformità hija attribwibbli direttament lill-Istat Membru kkonċernat; u

(c)

in-non-konformità tista’ twassal għal theddida serja għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jew it-tħaddim effettiv tas-sistema Komunitarja ta’ kontroll u infurzar,

u fejn il-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-informazzjoni disponibbli u, fejn adatt, wara li teżamina l-ispjegazzjonijiet tal-Istat Membru kkonċernat, li dak l-Istat Membru kkonċernat ma ħax il-passi adegwati biex jirrimedja s-sitwazzjoni u mhuwiex f’pożizzjoni li jagħmel dan fil-futur immedjat.

2.   Jekk, matul il-perijodu ta’ sospensjoni, l-Istat Membru kkonċernat jibqa’ ma jurix li ħa azzjoni ta’ rimedju biex jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli u l-infurzar tagħhom fil-futur jew li ma hemm l-ebda riskju serju li t-tħaddim effettiv fil-futur tas-sistema Komunitarja ta’ kontroll u infurzar ikun imxekkel, il-Kummissjoni tista’ tħassar, kompletament jew parzjalment, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, li l-ħlas tagħha jkun ġie sospiż skont il-paragrafu 1. Tħassir bħal dan għandu jsir biss wara li l-ħlas korrispondenti jkun ġie sospiż għal 12-il xahar.

3.   Qabel ma tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Istat Membru kkonċernat dwar is-sejbiet tagħha relatati ma’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll tal-Istat Membru u bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 u għandha titolbu jieħu azzjoni ta’ rimedju fi żmien li għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni skont il-gravità tal-infrazzjoni, li ġeneralment ma għandiex tkun inqas minn xahar.

4.   Jekk l-Istat Membru jonqos milli jwieġeb għall-ittra msemmija fil-paragrafu 3 fiż-żmien li għandu jiġi determinat skont dak il-pragrafu, il-Kummissjoni tista’ tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien.

5.   Il-perċentwali li bih jistgħu jiġu sospiżi jew ikkanċellati l-ħlasijiet għandu jkun proporzjonat man-natura u l-importanza tan-nuqqas ta’ konformità tal-Istat Membru mar-regoli applikabbli dwar il-konservazzjoni, il-kontroll, l-ispezzjoni jew l-infurzar u l-gravità tat-theddida għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jew it-tħaddim effettiv tas-sistema Komunitarja ta’ kontroll u infurzar u għandu jieħu kont ta’ kemm l-effettività tal-miżuri li qed jiġu ffinanzjati ser tkun jew x’aktarx tkun ser tiġi affettwata. Għandu jikkunsidra, u jkun limitat, mis-sehem relattiv tas-sajd u l-attivitajiet relatati mas-sajd, li magħhom huwa relatat in-nuqqas ta’ konformità, fil-miżuri ffinanzjati mill-għajnuna finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.

6.   Id-deċiżjonijiet skont dan l-Artikolu għandhom jittieħdu b’konsiderazzjoni dovuta għaċ-ċirkostanzi kollha rilevanti u b’tali mod li tkun teżisti rabta ekonomika reali bejn is-suġġett tan-nuqqas ta’ konformità u l-miżura relatata mas-sospensjoni tal-ħlas jew mat-tħassir tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja.

7.   Is-sospensjoni m’għandhiex titkompla jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jibqgħux jiġu sodisfatti.

8.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

KAPITOLU II

Għeluq tas-sajd

Artikolu 104

Għeluq tas-sajd minħabba nuqqas ta’ konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd

1.   Meta Stat Membru ma jirrispettax l-obbligi tiegħu għall-implimentazzjoni ta’ pjan pluriennali, u meta l-Kummissjoni jkollha provi li n-nuqqas ta’ rispett ta’ dawk l-obbligi jikkostitwixxi theddida serja għall-konservazzjoni tal-istokk ikkonċernat, il-Kummissjoni tista’ tagħlaq proviżorjament is-sajd affetwat minn dawk in-nuqqasijiet għall-Istat Membru kkonċernat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Istat Membru kkonċernat dwar is-sejbiet tagħha u d-dokumentazzjoni rilevanti u għandha tistabbilixxi data tal-għeluq ta’ mhux aktar minn għaxart ijiem tax-xogħol biex fihom l-Istat Membru juri li s-sajd jista’ jiġi sfruttat b’mod sikur.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss jekk l-Istat Membru jonqos milli jirrispondi għat-talba tal-Kummissjoni sad-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 2 jew jekk it-tweġiba ma titqiesx sodisfaċenti jew tindika biċ-ċar li l-miżuri meħtieġa ma ġewx implimentati.

4.   Il-Kummissjoni għandha tneħħi l-għeluq wara li l-Istat Membru juri bil-miktub għas-sodisfazzjoni tal-Kummissjoni, li r-riżorsi tas-sajd jistgħu jiġu sfruttati b’mod sikur.

KAPITOLU III

Tnaqqis u trasferimenti tal-kwoti u l-isforz tas-sajd

Artikolu 105

Tnaqqis tal-kwoti

1.   Meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru ikun qabeż il-kwoti allokati lilu, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis minn kwoti futuri ta’ dak l-Istat Membru.

2.   Fil-każ ta’ sajd żejjed aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet disponibbli għal Stat Membru f’sena speċifika l-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem annwali fis-sena jew is-snin li jsegwu mill-kwota annwali tal-Istat Membru li stad iż-żejjed billi tapplika fattur ta’ multiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja:

Livell ta’ sajd żejjed imqabbel mal-iżbark permess

Fattur ta’ multiplikazzjoni

Sa 5 %

Sajd żejjed * 1,0

Aktar minn 5 % sa 10 %

Sajd żejjed * 1,1

Aktar minn 10 % sa 20 %

Sajd żejjed * 1,2

Aktar minn minn 20 % sa 40 %

Sajd żejjed * 1,4

Aktar minn 40 % sa 50 %

Sajd żejjed * 1,8

Kwalunkwe sajd żejjed ieħor, aktar minn 50 %

Sajd żejjed * 2,0

Madankollu, tnaqqis ekwivalenti għas-sajd żejjed * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd żejjed relattiv ma’ żbark permess ekwivalenti għal, jew inqas minn, 100 tunnellata.

3.   Flimkien mal-fatturi ta’ multiplikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandu japplika fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 jekk:

(a)

Stat Membru jkun ripettivament stad iż-żejjed aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem tiegħu tal-istokk jew il-grupp ta’ stokkijiet matul is-sentejn preċedenti u dan is-sajd żejjed kien suġġett għal tnaqqis kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(b)

il-konsulenza xjentifika, teknika u ekonomika disponibbli u b’mod partikolari r-rapporti mħejjija mill-STECF ikunu stabbilew li s-sajd żejjed jikkostitwixxi theddida serja għall-konservazzjoni tal-istokk ikkonċernat; jew

(c)

l-istokk ikun soġġett għal pjan pluriennali.

4.   F’każ ta’ sajd żejjed fejn tinqabeż il-kwota, l-allokazzjoni jew s-sehem ta’ stokk jew ta’ grupp ta’ stokkijiet disponibbli għal Stat Membru fi snin preċedenti, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tnaqqas il-kwoti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119 minn kwoti futuri ta’ dak l-Istat Membru biex jittieħed kont tal-livell ta’ sajd żejjed.

5.   Jekk tnaqqis skont il-paragrafi 1 u 2 ma jistax jiġi operat fuq il-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet fejn ikun sar sajd żejjed minħabba li dik il- kwota, allokazzjoni jew sehem ta’ stokk jew ta’ grupp ta’ stokkijiet mhuwiex disponibbli b’mod suffiċjenti għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tnaqqas il-kwoti, fis-sena jew snin ta’ wara, għal stokkijiet jew gruppi ta’stokkijiet oħra disponibbli għal dak l-Istat Membru fl-istess żona ġeografika, jew bl-istess valur kummerċjali skont il-paragrafu 1.

6.   Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ikkonċernati, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 106

Tnaqqis tal-isforz tas-sajd

1.   Meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru ikun qabeż l-isforz tas-sajd li ġie allokat lilu, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-isforz tas-sajd futur ta’ dak l-Istat Membru.

2.   Jekk l-isforz tas-sajd f’żona ġeografika jew f’sajd disponibbli għal Stat Membru jiġi eċċedut, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis fis-sena jew fis-snin ta’ wara mill-isforz tas-sajd disponibbli għal dak l-Istat Membru għaż-żona ġeografika jew is-sajd ikkonċernat billi tapplika fattur ta’ multiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja:

Livell ta’ eċċess tal-isforz tas-sajd disponibbli

Fattur ta’ multiplikazzjoni

Sa 5 %

Eċċess* 1,0

Aktar minn 5 % sa 10 %

Eċċess* 1,1

Aktar minn 10 % sa 20 %

Eċċess* 1,2

Aktar minn 20 % sa 40 %

Eċċess* 1,4

Aktar minn 40 % sa 50 %

Eċċess* 1,8

Kwalunkwe eċċess ieħor akbar minn 50 %

Eċċess* 2,0

3.   Jekk ma jkunx jista’ jsir tnaqqis skont il-paragrafu 2 fl-isforz tas-sajd massimu permissibbli li jkun ġie eċċedut minħabba li l-isforz tas-sajd massimu permissibbli ma jkunx disponibbli jew ma jkunx disponibbli biżżejjed għall-Istat Membru kkonċernat, fis-sena jew fis-snin ta’ wara l-Kummissjoni tkun tista’ tnaqqas l-isforz tas-sajd disponibbli għal dak l-Istat Membru fl-istess żona ġeografika skont il-paragrafu 2.

4.   Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-isforz tas-sajd ikkonċernat, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 107

Tnaqqis ta’ kwoti minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd

1.   Fejn ikun hemm prova li qed iseħħ nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-istokkijiet li huma soġġetti għal pjani pluriennali minn Stat Membru u li dan jista’ jwassal għal theddid serju għall-konservazzjoni ta’ dawn l-istokkijiet, fis-sena jew fis-snin ta’ wara l-Kummissjoni tista’ topera tnaqqis mill-kwoti, l-allokazzjonijiet jew l-ishma annwali ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet disponibbli għal dak l-Istat Membru, bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità billi tieħu kont tal-ħsara kkaġunata lill-istokkijiet.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Istat Membru kkonċernat dwar is-sejbiet tagħha u għandha tiffissa data tal-għeluq ta’ mhux aktar minn 15-il jum tax-xogħol għall-Istat Membru biex juri li s-sajd jista’ jiġi sfruttat b’mod sikur.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss jekk l-Istat Membru jonqos milli jirrispondi għat-talba tal-Kummissjoni sad-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 2 jew jekk it-tweġiba ma titqiesx sodisfaċenti jew tindika biċ-ċar li l-miżuri meħtieġa ma ġewx implimentati.

4.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ikkonċernati, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

KAPITOLU IV

Miżuri ta’ emerġenza

Artikolu 108

Miżuri ta’ emerġenza

1.   Jekk ikun hemm prova, ukoll jekk ibbażata fuq ir-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni mwettaq mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tas-sajd u/jew il-miżuri adottati minn Stat Membru jew Stati Membri jimminaw il-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni adottati fil-qafas tal-pjani pluriennali jew jheddu l-ekosistema tal-baħar u dan ikun jeħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta’ kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista’ tiddeċiedi dwar miżuri ta’ emerġenza li m’għandhomx idumu aktar minn sitt xhur. Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni ġdida biex testendi l-miżuri ta’ emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur.

2.   Il-miżuri ta’ emerġenza previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonali għat-theddida u jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:

(a)

is-sospensjoni tal-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri kkonċernati;

(b)

l-għeluq tas-sajd;

(c)

il-projbizzjoni għall-operaturi tal-Komunità li jaċċettaw żbarki, it-tqegħid f’gaġeġ għat-tismin jew għall-akkwakultura, jew trasbordi ta’ ħut u prodotti tas-sajd maqbuda mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri kkonċernati;

(d)

il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq jew l-użu għal skopijiet kummerċjali oħra ħut u prodotti tas-sajd maqbuda mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri kkonċernati;

(e)

il-projbizzjoni tal-forniment ta’ ħut ħaj għall-akkwakultura fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri kkonċernati;

(f)

il-projbizzjoni li jkun aċċettat ħut ħaj maqbud minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat għall-iskopjiet tal-akkwakultura fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri l-oħra;

(g)

il-projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat milli jistadu fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stati Membri oħra;

(h)

il-modifika tad-data tas-sajd ippreżentata minn Stati Membri b’mod adatt.

3.   Stat Membru għandu jikkomunika t-talba msemmija fil-paragrafu 1 simultanjament lill-Kummisjoni u l-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri l-oħra jistgħu jippreżentaw l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu t-talba. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

4.   Il-miżuri ta’ emerġenza għandhom ikollhom effett immedjat. Dawn għadhom jiġu notifikati lill-Istati Membri kkonċernati u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu n-notifika.

6.   Il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar mid-data ta’ meta jkun irċieva r-referenza.

TITOLU XII

DATA U INFORMAZZJONI

KAPITOLU I

Analiżi u verifika tad-data

Artikolu 109

Prinċipji ġenerali għall-analiżi tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bażi tad-data kompjuterizzata għall-fini ta’ validazzjoni tad-data rreġistrata skont dan ir-regolament u sistema ta’ validazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data kollha rreġistrata f’konformità ma’ dan ir-Regolament tkun preċiża, kompluta u ppreżentata sal-iskadenzi stabbiliti fil-Politika Komuni tas-Sajd. B’mod partikolari:

(a)

l-Istati Membri għandhom iwettqu kontroverifiki, analiżijiet u verifikazzjonijiet tad-data li ġejja permezz ta’ algoritmi u mekkaniżmi kompjuterizzati u awtomatizzati:

(i)

id-data tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti;

(ii)

id-data dwar l-attivitajiet tas-sajd, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd, id-dikjarazzjoni ta’ żbark, id-dikjarazzjoni ta’ trasbord u n-notifika minn qabel;

(iii)

id-data minn dikjarazzjonijiet ta’ akkwist, dokumenti tat-trasport u noti tal-bejgħ;

(iv)

id-data minn liċenzji tas-sajd u awtorizzazzjonijiet tas-sajd;

(v)

id-data minn rapporti ta’ spezzjoni;

(vi)

id-data dwar il-qawwa tal-magna;

(b)

fejn applikabbli, id-data li ġejja għandha tkun ukoll kontroverifikata, analizzata u vverifikata:

(i)

id-data mis-Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti;

(ii)

id-data dwar l-avvistamenti;

(iii)

id-data relatata ma’ ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd;

(iv)

id-data dwar id-dħul u l-ħruġ minn żoni tas-sajd, żoni marittimi fejn japplikaw regoli speċifiċi dwar l-aċċess għal ilmijiet u riżorsi, żoni regolatorji ta’ organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u organizzazzjonijiet simili u ilmijiet ta’ pajjiż terz;

(v)

id-data tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika.

3.   Is-sistema ta’ validazzjoni għandha tippermetti l-identifikazzjoni immedjata ta’ inkonsistenzi, żbalji u informazzjoni nieqsa fid-data.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bażi tad-data turi b’mod ċar kwalunkwe inkonsistenza fid-data li tinkixef mis-sistema ta’ validazzjoni tad-data. Il-bażi tad-data għandha timmarka wkoll id-data kollha li tkun ġiet ikkoreġuta u tindika r-raġuni għal tali korrezzjoni.

5.   Jekk tkun ġiet identifikata inkonsistenza fid-data, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa u, jekk ikun hemm raġunijiet biex jiġi ssuspettat li tkun twettqet xi infrazzjoni, jieħu l-azzjoni meħtieġa.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dati ta’ meta tasal id-data, meta tiddaħħal id-data, meta tiġi vvalidata d-data u d-dati għas-segwitu ta’ inkonsistenzi li jinkixfu jkunu jidhru b’mod ċar fil-bażi tad-data.

7.   Jekk id-data msemmija fil-paragrafu 2 ma tintbagħatx permezz ta’ mezzi elettroniċi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din tiddaħħal manwalment fil-bażi tad-data mingħajr dewmien.

8.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ validazzjoni li tkopri d-data elenkata taħt il-punti a) u b) tal- paragrafu 2 u s-segwitu tal-inkonsistenzi. Il-pjan għandu jippermetti lill-Istati Membri li jagħmlu prijoritajiet għall-validazzjoni u l-kontroverifiki u s-segwitu sussegwenti dwar l-inkonsistenzi abbażi tal-ġestjoni tar-riskju. Il-pjan għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjani qabel l-1 ta’ Lulju 2012 wara li tkun ippermettiet lill-Istati Membri jagħmlu l-korrezzjonijiet. L-emendi għall-pjan għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fuq bażi annwali għall-approvazzjoni.

9.   Jekk il-Kummissjoni tkun identifikat inkonsistenzi fid-data mdaħħla fil-bażi tad-data tal-Istat Membru bħala riżultat tal-investigazzjonijiet tagħha stess, u wara li tkun ppreżentat dokumentazzjoni u kkonsultat mal-Istat Membru, hija tista’ titlob lill-Istat Membru biex jinvestiga r-raġuni għall-inkonsistenza u biex jikkoreġi d-data jekk ikun meħtieġ.

10.   Il-bażijiet tad-data stabbiliti u d-data miġbura mill-Istati Membri msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jitqiesu awtentiċi skont il-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali.

Artikolu 110

Aċċess għad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċess remot għall-Kummissjoni jew il-korp innominat minnha tad-data kollha msemmija fl-Artikolu 115 fi kwalunkwe ħin mingħajr preavviż. Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha tingħata l-possibbiltà li tniżżel din id-data manwalment u awtomatikament għal kwalunkwe perijodu jew għal kwalunkwe numru ta’ bastimenti tas-sajd.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess lill-uffiċjali tal-Kummissjoni abbażi ta’ ċertifikati elettroniċi ġġenerati mill-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha.

L-aċċess għandu jsir disponibbli fuq il-parti sigura tal-websajts tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 115.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, sat-30 ta’ Ġunju 2012 l-Istati Membri jistgħu jwettqu proġett(i) pilota mal-Kummissjoni u mal-korp maħtur minnha biex ikun ipprovdut aċċess remot fi żmien reali għad-data tal-Istati Membri dwar l-opportunitajiet tas-sajd rreġistrata u vvalidata skont dan ir-Regolament. Meta kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istat Membru kkonċernat ikunu sodisfatti bl-eżitu tal-proġett pilota, u dment li l-aċċess remot ikun qed jiffunzjona kif miftiehem, l-Istat Membru kkonċernat m’għandux ikun obbligat iżjed jirrapporta dwar l-opportunitajiet tas-sajd kif hemm deskritt fl-Artikolu 33(2) u (8). Il-format u l-proċeduri tal-aċċess għad-data għandhom jiġu kkunsidrati u ttestjati. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2012 jekk jippjanaw li jwettqu proġett(i) pilota. Mill-1 ta’ Jannar 2013, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar modi u frekwenzi differenti ta’ trasmissjoni tad-data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

Artikolu 111

Skambju ta’ data

1.   Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jiżgura l-iskambju elettroniku dirett ta’ informazzjoni rilevanti ma’ Stati Membri oħra, u fejn adatt, mal-Kummissjoni jew mal-korp maħtur minnha, b’mod partikolati:

(a)

id-data tas-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti meta l-bastimenti tiegħu jkunu preżenti fl-ilmijiet ta’ Stat Membru ieħor;

(b)

l-informazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd meta l-bastimenti tiegħu jkunu qed jistadu fl-ilmijiet ta’ Stat Membru ieħor;

(c)

id-dikjarazzjonijiet tal-iżbark u d-dikjarazzjonijiet tat-trasbordi meta tali operazzjonijiet iseħħu f’portijiet ta’ Stat Membru ieħor;

(d)

notifika minn qabel meta l-port intiż jinsab fi Stat Membru ieħor.

2.   Kull Stat Membru kostali għandu jiżgura l-iskambju elettroniku dirett ta’ informazzjoni rilevanti ma’ Stati Membri oħra, u fejn adatt, mal-Kummissjoni jew mal-korp maħtur minnha, b’mod partikolari billi jibgħat:

(a)

informazzjoni dwar noti ta’ bejgħ lill-Istat Membru tal-bandiera meta l-ewwel bejgħ joriġina minn bastiment tas-sajd ta’ Stat Membru ieħor;

(b)

informazzjoni dwar dikjarazzjoni ta’ akkwist meta l-ħut jinħażen fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru ta’ żbark;

(c)

informazzjoni dwar noti ta’ bejgħ u dwar dikjarazzjoni lill-Istat Membru fejn seħħ l-iżbark.

3.   Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, b’mod partikolari dwar il-kontroll tal-kwalità, il-konformità mal-iskadenzi għall-preżentazzjoni tad-data, il-kontroverifiki, l-analiżi, il-verifikazzjoni tad-data u dwar l-istabbiliment ta’ format standardizzat għat-tniżżil u l-iskambju ta’ data, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

KAPITOLU II

Kunfidenzjalità tad-data

Artikolu 112

Protezzjoni tad-data personali

1.   Din ir-Regolament iħalli bla mittiefes u ma jaffettwa bl-ebda mod il-livell ta’ protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju u d-dritt nazzjonali u, b’mod partikolari, ma jbiddel la l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, skont id-Direttiva 95/46/KE, u lanqas l-obbligi tal-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 waqt li jkunu qegħdin iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

2.   Id-drittijiet tal-persuni fir-rigward tar-reġistrazzjoni tad-data pproċessata f’sistemi nazzjonali għandhom jiġu eżerċitati skont il-liġi tal-Istat Membru li ħażen id-data personali tagħhom, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE, u, fir-rigward tad-data ta’ reġistrazzjoni tagħhom ipproċessata f’sistemi Komunitarji, għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 113

Kunfidenzjalità ta’ segretezza professjonali u kummerċjali

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jiżguraw li d-data miġbura u rċevuta fil-qafas ta’ dan ir-Regolament tiġi ttrattata skont regoli applikabbli dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali tad-data..

2.   Id-data skambjata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni m’għandhiex tiġi trasmessa lil persuni minbarra dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Komunità li l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom tali aċċess, sakemm l-Istati Membri li qed jitrasmettu d-data ma jagħtux il-kunsens espress tagħhom.

3.   Id-data msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tintuża ħlief għall-iskopijiet li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament sakemm l-awtoritajiet li qed jipprovdu d-data ma jagħtux il-kunsens espress tagħhom għall-użu tad-data għal skopijiet oħra u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li qed tirċievi d-data ma jipprojbixxux it-tali użu.

4.   Il-komunikazzjoni tad-data fil-qafas ta’ dan ir-Regolament lil persuni li qed jaħdmu għal awtoritajiet kompetenti, qrati, awtoritajiet pubbliċi oħra u l-Kummisjoni jew il-korp maħtur minnha, li l-iżvelar tagħha jista’ jkollu effett negattiv fuq:

(a)

il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwi, skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tad-data personali;

(b)

l-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, inkluż il-proprjetà intellettwali;

(c)

il-proċedimenti tal-qorti u l-parir legali; jew

(d)

l-ambitu tal-ispezzjonijiet jew l-investigazzjonijiet,

għandha tkun soġġetta għal regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità. L-informazzjoni dejjem tista’ tiġi żvelata jekk dan ikun meħtieġ biex titwaqqaf jew tiġi projbita infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

5.   Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tibbenefika mill-istess protezzjoni li tingħata lil data simili permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li qed jirċeviha u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji.

6.   Dan l-Artikolu m’għandux jiġi interpretat bħala ostaklu għall-użu tad-data, miksuba skont dan ir-Regolament, fil-qafas tal-azzjonijiet jew il-proċedimenti li jittieħdu sussegwentement b’riżultat tan-nuqqas ta’ rispett tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jittrasmettu d-data għandhom jiġu informati dwar l-istanzi kollha fejn dawk data jintużaw għal dawn l-iskopijiet.

7.   Dan l-Artikolu ma għandux jippreġudika l-obbligi konformi ma’ konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali.

KAPITOLU III

Siti elettroniċi uffiċjali

Artikolu 114

Siti elettroniċi uffiċjali

1.   Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament kull Stat Membru għandu jistabbilixxi qabel l-1 ta’ Jannar 2012 websajt uffiċjali aċċessibbli permezz tal-Internet u li fiha l-informazzjoni elenkata fl-Artikoli 115 u 116. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-indirizz tal-Internet tas-sit elettroniku uffiċjali tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiżviluppa standards u proċeduri komuni biex tiżgura komunikazzjoni trasparenti bejn l-Istati Membri infushom kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u l-Kummissjoni, inkluż it-trasmissjoni ta’ aġġornamenti regolari dwar ir-reġistri tal-attivitajiet tas-sajd relatati mal-possibbiltajiet tas-sajd.

2.   Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ kull Stat Membru għandu jkun kompost minn parti aċċessibbli għall-pubbliku u parti sikura. Fuq dik il-websajt kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, jżomm u jaġġorna d-data neċessarja għal skopijiet ta’ kontroll skont dan ir-Regolament.

Artikolu 115

Il-parti tas-sit elettroniku aċċessibbli għall-pubbliku

Fuq il-parti tas-siti elettroniċi tagħhom li huma aċċessibbli għall-pubbliku, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien jew jipprovdu kollegament dirett għal:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji tas-sajd, u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd msemmija fl-Artikolu 7;

(b)

il-lista ta’ portijiet magħżula għall-iskopijiet ta’ trasbord bl-ispeċifikazzjoni tal-ħinijiet operattivi tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 20;

(c)

xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ pjan pluriennali, u wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, il-lista tal-portijiet magħżula, bl-ispeċifikazzjoni tal-ħinijiet operattivi kif imsemmi fl-Artikolu 43, u fi żmien 30 ġurnata wara, il-kondizzjonijiet assoċjati mar-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-kwantitajiet tal-ispeċijiet taħt il-pjan pluriennali għal kull żbark;

(d)

id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-għeluq fil-ħin reali, u li tiddefinixxi biċ-ċar iż-żona ġeografika taż-żoni tas-sajd affettwati, it-tul ta’ żmien tal-għeluq u l-kondizzjonijiet li jirregolaw is-sajd f’dik iż-żona matul l-għeluq, kif imsemmi fl-Artikolu 53 (2);

(e)

id-dettalji tal-punt tal-kuntattt għat-trasmissjoni jew il-preżentazzjoni tal-ġurnali ta’ abbord dwar is-sajd, in-notifiki minn qabel, id-dikjarazzjonijiet tat-trasbord, id-dikjarazzjonijiet tal-iżbark, in-noti tal-bejgħ, id-dikjarazzjonijiet ta’ akkwist u d-dokumenti tat-trasport kif imsemmija fl-Artikoli 14, 17, 20, 23, 62, 66 u 68;

(f)

mappa bil-koordinati taż-żona tal-għeluq temporanju fil-ħin reali kif imsemmija fl-Artikolu 54, bl-ispeċifikazzjoni tad-dewmien tal-għeluq u l-kondizzjonijiet li jirregolaw is-sajd f’dik iż-żona matul l-għeluq;

(g)

id-deċiżjoni biex jingħalaq is-sajd skont l-Artikolu 35 u d-dettalji kollha meħtieġa.

Artikolu 116

Il-parti sikura tas-sit elettroniku

1.   Fil-parti sikura tas-sit elettroniku tiegħu kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, jżomm u jaġġorna l-aċċess għal-listi u l-bażijiet tad-data li ġejjin:

(a)

il-listi tal-uffiċjali responsabbli għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 74;

(b)

il-bażi tad-data elettronika għat-trattament tar-rapporti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza mfassla mill-uffiċjali msemmija fl-Artikolu 78;

(c)

il-fajls tal-kompjuter tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti reġistrati miċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd imsemmi fl-Artikolu 9;

(d)

il-bażi tad-data elettronika li fiha l-lista tal-liċenzji tas-sajd kollha, u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa u ġestiti skont dan ir-Regolament, b’indikazzjoni ċara tal-kondizzjonijiet stabbiliti u l-informazzjoni dwar is-sospensjonijiet u l-irtiri kollha;

(e)

il-mod kif ikejjel il-perijodu kontinwu ta’ 24 siegħa kif imsemmi fl-Artikolu 26(6);

(f)

il-bażi tad-data elettronika li fiha d-data kollha rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 33;

(g)

il-programmi ta’ azzjoni nazzjonali ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 46;

(h)

il-bażi tad-data elettronika għall-verifikazzjoni tal-kompletezza u l-kwalità tad-data miġbura kif imsemmi fl-Artikolu 109.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura:

(a)

l-aċċess remot għall-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għad-data kollha msemmija f’dan l-Artikolu permezz ta’ konnessjoni sikura mal-Internet fuq bażi ta’ 24 siegħa, sebat ijiem f’ġimgħa;

(b)

l-iskambju elettroniku dirett ta’ informazzjoni rilevanti ma’ Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni jew mal-korp maħtur minnha.

3.   L-Istat Membru għandu jagħti aċċess lill-uffiċjali tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ ċertifikati elettroniċi ġenerati mill-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha.

4.   Id-data li hemm fil-partijiet sikuri tas-siti elettroniċi għandha tkun disponibbli biss għal utenti speċifiċi awtorizzati għal dak l-għan jew mill-Istat Membru kkonċernat jew mill-Kummissjoni jew mill-korp maħtur minnha. Id-data aċċessibbli għal dawn il-persuni għandha tkun limitata għad-data li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti u l-attivitajiet tagħhom ta’ żgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u b’hekk għandhom ikunu marbuta mir-regoli li jirregolaw il-kunfidenzjalità tal-użu ta’ tali data.

5.   Id-data li hemm fil-partijiet sikuri tas-sit elettroniku għandha tiġi maħżuna biss sakemm huwa meħtieġ għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, imma dejjem għal minimu ta’ tliet snin kalendarji, li jibdew mis-sena ta’ wara li fiha tiġi rreġistrata l-informazzjoni. Id-data personali li għandha tiġi skambjata skont dan ir-Regolament għal użu storiku, statistiku jew xjentifiku għandha jew tiġi skambjata jew f’forma anonima biss jew, jekk dak ma jkunx possibbli, bl-identità tas-suġġetti tad-data biss maqluba f’kodiċi.

6.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

TITOLU XIII

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 117

Kooperazzjoni amministrattiva

1.   L-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw flimkien, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, mal-Kummissjoni u mal-korp maħtur minnha sabiex tkun żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ assistenza reċiproka, li se tinkludi regoli dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba minn qabel jew fuq bażi spontanja.

3.   L-Istat Membru fejn ikunu saru l-attivitajiet tas-sajd għandu jittrasmetti lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha, permezz ta’ mezzi elettroniċi, kwalunkwe informazzjoni rilevanti fl-istess ħin li tiġi kkomunikata lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd.

4.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 118

Obbligi ta’ rappurtar

1.   Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   Abbażi tar-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri u l-osservazzjonijiet tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport kull ħames snin, li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-Politika Komuni tas-Sajd ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni rapport li jiddikjara r-regoli li ntużaw għall-produzzjoni tar-rapporti dwar data bażika.

5.   Ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut u l-format tar-rapporti mill-Istati Membri għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 119.

Artikolu 119

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejuna mil-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

2.   Fejn isir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun definit bħala xahar wieħed.

TITOLU XIV

EMENDI U TĦASSIR

Artikolu 120

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 768/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 3, għandu jiġi mijud il-punt li ġej:

“(i)

biex jassisti fl-implimentazzjoni uniformi tas-sistema ta’ kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluż b’mod partikolari:

l-organizzazzjoni ta’ koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet tal-kontroll mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjoni, programmi ta’ kontroll relatati mas-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (‘IUU’) u programmi internazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni;

l-ispezzjonijiet kif meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tal-Aġenzija skont l-Artikolu 17a.”;

2.

fl-Artikolu 5

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-koordinazzjoni operattiva mill-Aġenzija għandha tkopri l-kontroll tal-attivitajiet kollha koperti mill-Politika Komuni tas-Sajd.”;

(b)

il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

“3.   Għall-fini tat-titjib tal-koordinazzjoni operattiva mtejba bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi pjani operattivi mal-Istati Membri kkonċernati u tikkoordina l-implimentazzjoni tagħhom.”;

3.

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri

L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiġi żgurat is-sodisfazzjon kbir, uniformi u effikaċi tal-obbligi tagħhom taħt ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU u r-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi. L-Aġenzija għandha b’mod partikolari:

(a)

tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu ċentrali għat-taħriġ tal-għalliema fl-ispettorat tas-sajd tal-Istati Membri u tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ u seminars addizzjonali għal dawk l-uffiċjali u persunal ieħor involvuti fl-attivitajiet ta’ kontroll u ta’ spezzjoni;

(b)

tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu ċentrali għat-taħriġ tal-ispetturi tal-Komunità qabel l-ewwel skjerament tagħhom u tipprovdi taħriġ u seminars addizzjonali aġġornati fuq bażi regolari għal dawn l-uffiċjali;

(c)

fuq it-talba tal-Istati Membri, timpenja lilha nnifisha fl-akkwist konġunt tal-oġġetti u s-servizzi relatati mal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni mill-Istati Membri kif ukoll tipprepara għal u tikoordina l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-proġetti pilota konġunti;

(d)

tipprepara proċeduri operattivi konġunti relatati mal-attivitajiet ta’ kontroll u ispezzjoni konġunti li jimpenjaw żewġ Stati Membri jew aktar;

(e)

telabora kriterji għall-iskambju tal-mezzi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni bejn l-Istati Membri u bejn Stati Membri u pajjiżi terzi u għall-provvista ta’ dawn il-mezzi mill-Istati Membri;

(f)

tagħmel analiżi tar-riskju abbażi tad-data tas-sajd dwar il-qabdiet, l-iżbarki u l-isforz tas-sajd, kif ukoll analiżi tar-riskju tal-iżbarki mhux rapportat inkluż fost l-oħrajn paragun tad-data dwar il-qabdiet u l-importazzjonijiet mad-data dwar l-esportazzjonijiet u dwar il-konsum nazzjonali;

(g)

fuq it-talba tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri tiżviluppa metodoloġiji u proċeduri komuni ta’ spezzjoni;

(h)

tassisti lill-Istati Membri, fuq it-talba tagħhom, biex jikkonformaw mal-obbligazzjonijiet tagħhom tal-Komunità u mal-obbligazzjonijiet internazzjonali inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU u dawk li jirriżultaw fil-kuntest tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd;

(i)

tippromwovi u tikkoordina l-iżvilupp ta’ metodoloġiji uniformi ta’ ġestjoni tar-riskju fil-qasam tal-kompetenza tagħha;

(j)

tikkoordina u tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u standards komuni għall-iżvilupp ta’ pjani għat-teħid ta’ kampjuni ddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll Komunitarja sabiex tiġi żgurata konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (*).

(*)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.”;"

4.

l-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Implimentazzjoni ta’ obbligi Komunitarji relatati ma’ kontroll u spezzjoni

1.   L-Aġenzija għandha, fuq it-talba tal-Kummissjoni, tikkoordina attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni minn Stati Membri abbażi tal-programmi internazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni billi tistabbilixxi pjani ta’ skjerament konġunt.

2.   L-Aġenzija tista’ takkwista jew tikri (rent or charter) t-tagħmir li hu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjani ta’ skjerament konġunt imsemmija fil-paragrafu 1.”;

5.

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

L-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ spezzjoni u kontroll speċifiċi

1.   L-Aġenzija għandha tikkoordina l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ kontroll u spezzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 permezz ta’ pjani ta’ skjerament konġunt.

2.   L-Aġenzija tista’ takkwista, tikri jew tinnolleġġja (charter) it-tagħmir li hu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjani ta’ skjerament konġunt imsemmija fil-paragrafu 1.”;

6.

il-Kapitolu li ġej għandu jiġi inserit wara l-Kapitolu III:

“KAPITOLU IIIa

KOMPETENZA TAL-AĠENZIJA

Artikolu 17a

Ħatra ta’ uffiċjali tal-Aġenzija bħala spetturi Komunitarji

L-uffiċjali tal-Aġenzija jistgħu jiġu assenjati f’ilmijiet internazzjonali bħala spetturi Komunitarji skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 17b

Miżuri tal-Aġenzija

L-Aġenzija għandha, fejn adatt:

(a)

toħroġ manwali dwar l-istandards armonizzati tal-ispezzjonijiet;

(b)

tiżviluppa materjal ta’ gwida li jirrifletti l-aħjar prattiki fil-qasam tal-kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluż dwar it-taħriġ ta’ uffiċjali tal-kontroll, u aġġornament ta’ dan fuq bażi regolari;

(c)

tipprovdi lill-Kummissjoni bl-appoġġ tekniku u amministrattiv meħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha.

Artikolu 17c

Kooperazzjoni

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija u jagħtuha l-assistenza meħtieġa għall-qadi tal-missjoni tagħha.

2.   B’konsiderazzjoni tas-sistemi legali differenti fl-Istati Membri individwali, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejnhom u l-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ standards armonizzati għall-kontroll skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja u b’konsiderazzjoni tal-aqwa prattiki fl-Istati Membri u l-istandards internazzjonali maqbulin.

Artikolu 17d

Unità ta’ emerġenza

1.   Meta il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq it-talba ta’ mill-anqas żewġ Stati Membri, tidentifika sitwazzjoni li tinvolvi riskju serju dirett, indirett jew potenzjali għall-Politika Komuni tas-Sajd, u r-riskju ma jistax jiġi pprevenut, eliminat jew imnaqqas b’mezzi eżistenti jew ma’ jistax jiġi ġestit b’mod adegwat, l-Aġenzija għandha tiġi notifikata immedjatament.

2.   L-Aġenzija li taġixxi fuq notifika mill-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha għandha immedjatament twaqqaf unità ta’ emerġenza u tinforma lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 17e

Kompiti tal-unità ta’ emerġenza

1.   L-unità ta’ emerġenza stabbilita mill-Aġenzija se tkun responsabbli għall-ġbir u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha u l-identifikazzjoni tal-alternattivi disponibbli għall-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskju għall-Politika Komuni tas-Sajd bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli.

2.   L-unità ta’ emerġenza tista’ titlob l-assistenza ta’ kwalunkwe awtorità pubblika jew persuna privata li l-esperjenza professjonali tagħhom hija meqjusa neċessarja għar-reazzjoni effikaċi għall-emerġenza.

3.   L-Aġenzija għandha tagħmel il-koordinazzjoni meħtieġa biex tirreaġixxi b’mod adegwat u opportun għall-emerġenza.

4.   L-unità ta’ emerġenza, fejn adatt, għandha żżomm lill-pubbliku informat dwar ir-riskji involuti u l-miżuri meħudin.

Artikolu 17f

Programm ta’ ħidma pluriennali

1.   Il-programm ta’ ħidma pluriennali tal-Aġenzija għandu jistabbilixxi l-għanijiet ġenerali, il-mandat, il-kompiti, l-indikaturi tar-rendiment u l-prijoritajiet għal kull azzjoni tal-Aġenzija għal perijodu ta’ ħames snin. Għandu jinkludi preżentazzjoni tal-pjan ta’ politika tal-persunal u stima tal-approprjazzjonijiet tal-baġit li għandhom ikunu disponibbli għall-kisba tal-għanijiet għal dak il-perjodu ta’ ħames snin.

2.   Il-programm ta’ ħidma pluriennali ser jiġi ppreżentat skont is-sistema u l-metodoloġija tal-ġestjoni Bbażata fuq l-attività żviluppata mill-Kummissjoni. Din ser tiġi adottata mill-Bord Amministrattiv.

3.   Il-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 23 (2) (c) għandu jirreferi għall-programm ta’ ħidma pluriennali. Dan għandu jindika b’mod ċar iż-żidiet, il-bidliet jew it-tħassir li jsir meta mqabbel mal-programm ta’ ħidma tas-sena preċedenti, u l-progress miksub fil-kisba tal-għanijiet ġenerali u l-prijoritajiet tal-programm ta’ ħidma pluriennali.

Artikolu 17g

Kooperazzjoni fl-affarijiet marittimi

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-UE, u b’mod partikolari tikkonkludi ftehimiet amministrattivi ma’ entitajiet oħra fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament wara l-approvazzjoni mill-Bord Amministrattiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri b’dan fi stadju bikri ta’ dawn in-negozjati.

Artikolu 17h

Regoli dettaljati

Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30 (2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Dawn ir-regoli jistgħu jkopru b’mod partikolari l-formolazzjoni tal-pjani ta’ reazzjoni għall-emerġenza, l-istabbiliment ta’ unità ta’ emerġenza u l-proċeduri prattiċi li għandhom jiġu applikati.”.

Artikolu 121

Emendi għal Regolamenti oħra

1.   Fir-Regolament (KE) Nru 847/96, l-Artikolu 5 għandu jitħassar.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 21 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Sistema Komunitarja ta’ kontroll u infurzar

L-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment tal-attivitajiet kif stabbiliti fl-Artikolu 1 għandhom jiġu kkontrollati u l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiġi infurzata. Għal dan l-iskop għandha tiġi stabbilita sistema tal-Komunità għall-kontroll, spezzjoni u infurzar tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.”;

(b)

l-Artikoli 22 sa 28 għandhom jiġu mħassra.

3.   Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi l-miżuri għall-irkupru tal-ħażna ta’ marlozz tat-tramuntana (26), l-Artikoli 7, 8, 10, 11, 12 u 13 għandhom jiġu mħassra.

4.   Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2005/2115 tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral (27), l-Artikolu 7 għandu jiġi mħassar.

5.   Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz tan-Nofsinhar u l-awwista Norveġiża fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent (28), il-Kapitolu IV għandu jiġi mħassar.

6.   Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2006 tat- 23 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli ta’ istokkijiet tal-lingwata fil-Bajja ta’ Biskajja (29), il-Kapitolu IV għandu jiġi mħassar.

7.   Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2007 tas- 7 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-ħażniet tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent (30), il-Kapitolu IV għandu jiġi mħassar.

8.   Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 tal- 11 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana (31), il-Kapitolu IV għandu jiġi mħassar.

9.   Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (32), l-Artikolu 10(3) u (4), l-Artikolu 11(2) u (3), l-Artikoli 12, 13, 15, l-Artikolu 18(2) u (3), l-Artikoli 19 u 20, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 22, l-Artikoli 23, 24 u 25 għandhom jiġu mħassra.

10.   Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokk ta’ aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk (33), l-Artikoli 5 u 6 għandhom jiġu mħassra.

11.   Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (34), l-Artikoli 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 26, 27, 28 u 29 għandhom jiġu mħassra.

Artikolu 122

Tħassir

1.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 għandu jiġi mħassar, ħlief għall-Artikoli 6, 8 u 11 li għandhom jiġu mħassra b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Artikoli 14, 21 u 23 ta’ dan ir-Regolament, u għall-Artikolu 5, l-Artikolu 9(5) u l-Artikoli 13, 21 u 34, li għandhom jiġu mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1627/94 għandu jiġi mħassar b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Artikol u 7 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Ir-Regolament (KE) Nru 1966/2006 għandu jiġi mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 123

Referenzi

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra u għad-dispożizzjonijiet mħassra skont l-Artikolu 121 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

TITOLU XV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 124

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Madankollu,

(a)

l-Artikolu 33(6) u (9), l-Artikoli 37, 43, 58, 60, 61, 63, 67, 68, 73, 78 u 84, l-Artikolu 90(2), (3) u (4), l-Artikoli 93 u 117 u l-Artikolu 121(3) sa (11) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011;

(b)

l-Artikoli 6, 7, 14, 21 u 23 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom;

(c)

l-Artikolu 92 għandu japplika sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  L-Opinjoni tat-22 ta’ April 2009 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  L-Opinjoni tal-15 ta’ Mejju 2009 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(3)  ĠU C 211, 4.9.2009, p. 73.

(4)  ĠU C 151, 3.7.2009, p. 11.

(5)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(6)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(8)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.

(9)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

(10)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.

(11)  ĠU L 204, 13.8.2003, p. 21.

(12)  ĠU L 365, 10.12.2004, p. 19.

(13)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(14)  ĠU L 278, 23.10.2001, p. 6.

(15)  ĠU L 289, 16.11.2000, p. 8.

(16)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(17)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(18)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(19)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(20)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(21)  ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7.

(22)  ĠU L 408, 30.12.2006, p. 1.

(23)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(24)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1

(25)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(26)  ĠU L 150, 30.4.2004, p. 1.

(27)  ĠU L 340, 23.12.2005, p. 3.

(28)  ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5.

(29)  ĠU L 65, 7.3.2006, p. 1.

(30)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 7.

(31)  ĠU L 157, 19.6.2007, p. 1.

(32)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(33)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 6.

(34)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.


ANNESS I

PUNTI TA’ RIFERIMENT SPEĊIFIĊI GĦALL-ISPEZZJONI GĦALL-PJANI PLURIENNALI

Għan

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punti ta’ riferiment speċifiċi għall-ispezzjoni skont dan l-Anness.

Strateġija

2.   L-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd għandhom jikkonċentraw fuq il-bastimenti tas-sajd li għandhom ċans li jaqbdu speċijiet soġġetti għal pjan pluriennali. L-ispezzjonijiet aleatorji tat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ispeċijiet soġġetti għal pjan pluriennali għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu kumplimentari għall-kontroverifiki li jittestjaw l-effikaċja tal-ispezzjoni u s-sorveljanza.

Prijoritajiet

3.   Tipi ta’ rkaptu differenti għandhom ikunu soġġetti għal-livelli differenti ta’ prijoritizzazzjoni, skont kemm il-flotot ikunu affetwati mil-limiti fuq l-opportunitajiet tas-sajd. Għal din ir-raġuni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi.

Punti ta’ riferiment ta’ mira

4.   Mhux aktar tard minn xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ Regolament li jistabbilixxi pjan pluriennali, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iskedi ta’ spezzjoni tagħhom b’konsiderazzjoni għall-miri stabbiliti hawn taħt.

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw u jiddeskrivu l-istrateġija ta’ teħid ta’ kampjuni li ser tiġi applikata.

Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess fuq talba għall-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni użat mill-Istat Membru.

(a)

Livell ta’ spezzjoni fil-portijiet

Bħala regola ġenerali, l-akkuratezza li trid tinkiseb għandha tkun tal-inqas ekwivalenti għal dik miksuba permezz ta’ metodu ta’ teħid ta’ kampjuni aleatorju u sempliċi, fejn l-ispezzjonijiet ikopru 20 % tal-iżbarki tal-ispeċijiet soġġetti għal pjan pluriennali skont il-piż fi Stat Membru.

(b)

Livell ta’ spezzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni

L-ispezzjoni ta’ 5 % tal-kwantitajiet tal-ispeċijiet soġġetti għal pjan pluriennali offruti għall-bejgħ bl-irkant.

(c)

Livell ta’ spezzjoni fuq il-baħar

Punt ta’ riferiment flessibbli: li jrid jiġi stabbiliti wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd f’kull żona. Il-punti ta’ riferiment fuq il-baħar għandhom jirreferu għan-numru ta’ ġranet ta’ għassa fuq il-baħar fiż-żoni ta’ ġestjoni, possibbilment b’punt ta’ riferiment separat għall-ġranet ta’ għassa ta’ żoni speċifiċi.

(d)

Livell ta’ sorveljanza mill-ajru

Punt ta’ riferiment flessibbli: li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd imwettqa f’kull żona u b’konsiderazzjoni tar-riżorsi disponibbli għall-Istat Membru.


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikoli 1 and 2

Artikolu 1(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 5

Artikolu 3

Artikolu 9

Artikolu 4 (1)

Artikolu 5

Artikolu 4 (2)

Artikolu 75

Artikolu 5(a) u (b)

Artikolu 74

Artikolu 5(c)

Artikolu 8

Artikolu 6

Artikoli 14, 15 u 16

Artikolu 7

Artikoli 17 u 18

Artikolu 8

Artikoli 23, 24 u 25

Artikolu 9(1), (2), (3), (4), (4a), (5), (6), (7), (8) u (9)

Artikoli 62, 63, 64, 65 u 68

Artikolu 9(4b) u (5)

Artikoli 66 u 67

Artikolu 11

Artikoli 20, 21 u 22

Artikolu 13

Artikolu 68

Artikolu 14

Artikolu 59

Artikolu 15(1), (2) u (4)

Artikoli 33 and 34

Artikolu 15(3)

Artikolu 36

Artikolu 16

Artikolu 117

Artikolu 17

Artikoli 5

Artikolu 19

Artikoli 112 u 113

Titolu IIA

Titolu IV, Kapitolu I, Taqsima 2

Artikolu 20(1)

Artikolu 47

Artikolu 20(2)

Artikolu 49

Artikolu 21(1)

Artikolu 33

Artikolu 21(2)

Artikolu 35

Artikolu 21(3)

Artikolu 36

Artikolu 21(4)

Artikolu 37

Artikolu 21a

Artikolu 35

Artikolu 21b

Artikolu 34

Artikolu 21c

Artikolu 36

Artikolu 23

Artikolu 105

Titolu V

Titolu IV, Kapitolu II, u Artikolu 109

Artikolu 28(1)

Artikolu 56

Artikolu 28(2)

Artikoli 57 u 70

Artikolu 28(2a)

Artikolu 56

Artikolu 29

Artikoli 96, 97, 98, u 99

Artikolu 30

Artikolu 102

Artikoli 31(1) u (2)

Artikoli 89 u 90

Artikolu 31(4)

Artikolu 86

Artikolu 32 (1)

Artikolu 85

Artikolu 32(2)

Artikolu 88

Artikolu 33

Artikolu 86

Artikolu 34

Artikolu 117

Artikolu 34a

Artikolu 117

Artikolu 34b

Artikolu 98

Artikolu 34c

Artikolu 95

Artikolu 35

Artikolu 118

Artikolu 36

Artikolu 119

Artikolu 37

Artikoli 112 u 113

Artikolu 38

Artikolu 3

Artikolu 39

Artikolu 122

Artikolu 40

Artikolu 124

Ir-Regolament (KE) Nru 1627/94

Dan ir-Regolament

Ir-Regolament kollu

Artikolu 7

Ir-Regolament (KE) Nru 847/96

Dan ir-Regolament

Artikolu 5

Artikolu 106

Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002

Dan ir-Regolament

Artikolu 21

Artikoli 1 u 2

Artikolu 22(1)

Artikoli 6, 7, 8, 9, 14 u 75

Artikolu 22(2)

Artikoli 58, 59, 62, 68 u 75

Artikolu 23(3)

Artikolu 5(3), Artikolu 5(5) u Artikolu 11

Artikolu 23(4)

Artikoli 105 u 106

Artikolu 24

Artikolu 5, Titolu VII and Artikoli 71 u 91

Artikolu 25

Kapitoli III u IV of Titolu VII u Artikolu 89

Artikolu 26(1)

Artikolu 96

Artikolu 26(2)

Artikolu 108

Artikolu 26(4)

Artikolu 36

Artikolu 27(1)

Artikoli 96 sa 99

Artikolu 27(2)

Artikoli 101 u 102

Artikolu 28(1)

Artikolu 117

Artikolu 28(3)

Artikoli 80, 81 u 83

Artikolu 28(4)

Artikolu 79

Artikolu 28(5)

Artikolu 74

Ir-Regolament (KE) Nru 811/2004

Dan ir-Regolament

Artikolu 7

Artikolu 14(2)

Artikolu 8

Artikolu 17

Artikolu 10

Artikolu 14(3)

Artikolu 11

Artikolu 44

Artikolu 12

Artikolu 60(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2166/2005

Dan ir-Regolament

Artikolu 9

Artikolu 14(3)

Artikolu 10

Artikolu 60(1)

Artikolu 12

Artikolu 44

Artikolu 13

Artikolu 60(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2115/2005

Dan ir-Regolament

Article 7

Article 14(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 388/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 7

Artikolu 14(3)

Artikolu 8

Artikolu 60(1)

Artikolu 10

Artikolu 44

Artikolu 11

Artikolu 60(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 509/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 6

Artikolu 14(3)

Artikolu 8

Artikolu 44

Artikolu 9

Artikolu 60(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 676/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 10

Artikolu 14(2)

Artikolu 11

Artikolu 14(3)

Artikolu 12

Artikolu 60(1)

Artikolu 14

Artikolu 44

Artikolu 15

Artikolu 60(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 15

Artikolu 14(3)

Artikolu 19

Artikolu 60(1)

Artikolu 24

Artikolu 46

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 19(1)

Artikolu 109(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 115

Artikolu 20

Artikolu 60

Artikolu 22

Artikolu 42

Artikolu 23

Artikolu 46

Artikolu 24

Artikolu 17

Artikolu 25

Artikolu 43

Artikolu 26

Artikolu 14(2)

Artikolu 27

Artikolu 44

Article 28

Article 60(6)


Top