This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1064
Commission Regulation (EC) No 1064/2009 of 4 November 2009 opening and providing for the administration of a Community import tariff quota for malting barley from third countries
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1064/2009 tal- 4 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tax-xgħir tal-maltu minn pajjiżi terzi
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1064/2009 tal- 4 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tax-xgħir tal-maltu minn pajjiżi terzi
ĠU L 291, 7.11.2009, p. 14–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R1987 Ara Art. 4
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32008R1215 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32010R0291 | Emenda | artikolu 4.1 | 01/01/2010 | |
Modified by | 32011R1253 | Sostituzzjoni | artikolu 1.1 | 01/01/2012 | |
Repealed by | 32020R1987 | 01/01/2021 |
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 291/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1064/2009
tal-4 ta’ Novembru 2009
li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tax-xgħir tal-maltu minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV(6), u tal-Artikolu XXVII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi Doganali u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet fil-listi ta’ impenn tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja, fil-qafas tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (3), u l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-negozjati skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu XXIV tal-GATT (4), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/444/KE (5), impenjat ruħha li tiftaħ kwota tal-importazzjoni ta’ 50 000 tunnellata xgħir tal-maltu kull sena. |
(2) |
Attwalment, ir-regoli dwar l-implimentazzjoni għall-ġestjoni ta' din il-kwota huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1215/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja tal-Komunità għax-xgħir tal-maltu minn pajjiżi terzi u li jieħu d-deroga minn Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (6). |
(3) |
L-użu tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” irriżulta pożittiv f'setturi agrikoli oħra, u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, jeħtieġ li din il-kwota tiġi amministrata skont il-metodu indikat fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarji (7). |
(4) |
Fid-dawl tal-partikularitajiet marbutin mat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni għall-oħra, ikun xieraq li l-Artikolu 308c (2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93ma jkunx applikabbli għal perjodu ta' kwota li jibda mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2010. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (8) jipprovdi, fl-Artikolu 166 tiegħu, superviżjoni doganali għall-merkanzija rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b'dazju mnaqqas minħabba l-użu tagħha għal skopijiet partikulari. Għandu jiġi żgurat li x-xgħir tal-maltu importat skont il-kwota tariffarja jkun maħsub għall-manifattura ta’ birra staġjonata fil-bittijiet li fihom il-fagu, f'konformità mal-impenji internazzjonali Komunitarji. |
(6) |
Huwa meħtieġ li tiġi pprovduta garanzija ta' livell għoli sabiex tkun żgurata ġestjoni adegwata tal-kwota u li din il-garanzija tkun tapplika matul il-perjodu kollu tal-ipproċessar. |
(7) |
Fid-dawl tal-kwalità speċifika tax-xgħir importat mill-Istati Uniti tal-Amerika fil-qafas ta’ din il-kwota, huwa xieraq li jitnaqqas l-ammont tal-garanzija għall-importazzjonijiet li jkunu akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità li dwaru ntlaħaq ftehim mal-Gvern tal-Istati Uniti, skont il-proċedura ta' kooperazzjoni amministrattiva pprovduta fl-Artikoli 63, 64 u 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. |
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1215/2008 għandu jitħassar u jinbidel b'Regolament ġdid. Madankollu huwa xieraq li r-Regolament imsemmi jinżamm applikabbli għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa għall-perjodi tal-kwota tal-importazzjoni ta’ qabel dawk koperti b’dan ir-Regolament. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament jiftaħ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta' 50 000 tunnellata ta' xgħir tal-maltu li taqà taħt kodiċi NM 1003 00 maħsuba għall-manifattura ta' birra staġjonata fil-bittijiet li fihom il-fagu. In-numru tas-serje tal-kwota għandu jkun 09.0076.
2. Il-kwota msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi amministrata skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma għandux japplika għal perjodu ta' kwota li jibda mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2010.
3. Il-kwota msemmija fil-paragrafu 1 hija miftuħa fuq bażi annwali, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru (“perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni”). Id-dazju fuq importazzjoni li taqa' taħt il-kwota tariffarja għandu jiġi impost bir-rata ta' EUR 8 għal kull tunnellata.
Artikolu 2
Għal finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:
a) |
“żerriegħa mħassra” tfisser żerriegħa ta' xgħir, ċereali oħra jew ħafur li jidher imħassar u li juri deterjorament ikkawżat minn mard, ġlata, sħana, insetti jew fungus, maltemp u kull xorta oħra ta' ħsara fiżika; |
b) |
“xgħir negozjabbli b'saħħtu u sabiħ” ifisser żerriegħa tax-xgħir jew biċċiet ta' żerriegħa li mhumiex imħassra kif imfisser f'(a), bl-eċċezzjoni ta' żerriegħa mħassra minn ġlata jew fungus. |
Artikolu 3
1. Il-benefiċċju tal-kwota tariffarja għandu jingħata jekk ix-xgħir importat jissodisfa dawn il-kriterji li ġejjin:
(a) |
piż speċifiku: 60,5 kg/hl jew iktar; |
(b) |
żerriegħa mħassra: 1 % jew inqas; |
(c) |
kontenut ta' umdità: 13.5 % jew inqas; |
(d) |
xgħir negozjabbli b’saħħtu u sabiħ: 96 % jew iktar. |
2. Konformità mal-kriterji ta' kwalità stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tiġi ċċertifikata permezz ta' wieħed minn dawn id-dokumenti li ġejjin:
(a) |
ċertifikat ta' analiżi magħmul wara talba tal-impurtatur mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa; jew |
(b) |
ċertifikat ta' konformità għax-xgħir importat maħruġ minn awtorità governattiva tal-pajjiż ta' oriġini u rikonoxxut mill-Kummissjoni. |
Artikolu 4
1. F'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008, ix-xgħir importat taħt din it-tariffa għandu jkun soġġett għal sorveljanza doganali, sabiex jiġi żgurat li:
(a) |
ix-xgħir importat għandu jkun konvertit f'maltu fi żmien sitt xhur mid-data tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa; u |
(b) |
il-maltu li jirriżulta jrid jintuża fil-manifattura ta' birra staġjonata fil-bittijiet li fihom il-fagu f’mhux aktar minn mija u ħamsin ġurnata mid-data li fiha x-xgħir jiġi pproċessat f'maltu. |
L-ipproċessar tax-xgħir importat f'maltu għandu jkun meqjus li sar meta x-xgħir konvertit f'maltu jkun għadda mill-proċess ta' steeping (jiġi mgħaddas fil-likwidu).
2. Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-obbligu msemmi fil-paragrafu 1, kif ukoll li jinġabru d-dazji mhux imħallsa fil-każ li dan l-obbligu ma jiġix rispettat, l-importaturi għandhom jiddepożitaw garanzija mal-awtoritajiet kompetenti tad-dwana. Din il-garanzija għandha tammonta għal EUR 85 għal kull tunellata. F'każ li l-kunsinni ta' xgħir tal-maltu huma akkumpanjati minn ċertifikat ta' konformità maħruġ mill-Federal Grain Inspection Service (Servizzi ta' Inspettorat Federali fuq Iż-Żerriegħa) minn issa ’l quddiem imsejjaħ (FGIS), il-garanzija hi mnaqqsa għal EUR 10 kull tunnellata.
3. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 2 titħallas lura malli tiġi pprovduta l-evidenza li ġejja lill-awtoritajiet doganali kkonċernati:
(a) |
il-kwalità tax-xgħir, stabbilita abbażi taċ-ċertifikat ta' konformità jew ċertifikat ta' analiżi, tissodisfa il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1); u |
(b) |
l-obbligu tal-ipproċessar imsemmi fil-paragrafu 1 twettaq fiż-żmien stipulat. |
Artikolu 5
Iċ-ċertifikati maħruġa mill-FGIS għal xgħir tal-maltu destinat li jkun użat fil-manifattura ta' birra staġjonata fil-bittijiet li fihom il-fagu, u li mudell tagħhom jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament, għandhom ikunu uffiċjalment rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont il-proċeduri amministrattivi ta' kooperazzjoni kif speċifikat fl-Artikoli 63, 64 u 65 ta' Regolament (KEE) Nru 2454/93. Meta l-parametri analitiċi mdaħħlin fiċ-ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-FGIS juri konformità mal-istandards ta’ kwalità tax-xgħir tal-maltu stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għandhom jittieħdu mill-anqas kampjuni ta’ 3 % tat-tagħbijiet li jaslu f’kull port ta’ dħul matul is-sena tas-suq. Ir-riproduzzjoni tat-timbri awtorizzati mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għandha tiġi provduta lill-Istati Membri bl-iktar modi xierqa.
Artikolu 6
Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2008 għandu jitħassar. Madankollu, ikompli japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġin għas-sena 2009 u sal-iskadenza tagħhom.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.
(3) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.
(4) ĠU L 169, 29.6.2007, p. 55.
(5) ĠU L 169, 29.6.2007, p. 53.
(6) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 20.
(7) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
ANNESS
Ċertifikat vojt ta’ konformità maħruġ mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għax-xgħir tal-maltu destinat għall-manifattura ta’ birra staġjonata fil-bittijiet li fihom il-fagu.