This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1055
Commission Regulation (EC) No 1055/2009 of 5 November 2009 amending Regulation (EC) No 951/2006 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 318/2006 as regards trade with third countries in the sugar sector
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2009 tal- 5 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 951/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2009 tal- 5 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 951/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor
ĠU L 290, 6.11.2009, p. 64–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2835
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006R0951 | Sostituzzjoni | artikolu 7TR.4 | 09/11/2009 | |
Modifies | 32006R0951 | Emenda | CH 2BI | 01/10/2009 | |
Modifies | 32006R0951 | Sostituzzjoni | artikolu 7.3 | 09/11/2009 | |
Modifies | 32006R0951 | Sostituzzjoni | artikolu 8BI | 09/11/2009 | |
Modifies | 32006R0951 | Sostituzzjoni | artikolu 7TR.3 | 09/11/2009 | |
Modifies | 32006R0951 | Sostituzzjoni | artikolu 7TE.4 | 09/11/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32023R2835 | 28/12/2023 |
6.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/64 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1055/2009
tal-5 ta’ Novembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 951/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 85 u 161(3) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (2) jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-esportazzjoni barra mill-kwota fis-settur taz-zokkor. |
(2) |
Sabiex ikun żgurat li l-operaturi tal-Komunità jkunu jistgħu jfornu s-swieq tal-esportazzjoni tagħhom biz-zokkor jew bl-isoglukożju barra mill-kwota matul is-sena tas-suq, jeħtieġ li wieħed jiċċara li z-zokkor u l-isoglukożju prodotti skont il-kwota jistgħu jinbiegħu b’mod temporanju bħala produzzjoni barra mill-kwota f’każ fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq. Dan il-mekkaniżmu ta’ ekwivalenza għandu japplika wkoll meta l-produtturi taz-zokkor u tal-isoglukożju li jipproduċu skont il-kwota u barra mill-kwota jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti. |
(3) |
Sabiex ikunu żgurati ċ-ċertezza legali u t-trattament indaqs tal-operaturi f’kull Stat Membru, huwa xieraq li wieħed jiċċara li z-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota li jkunu esportati fi ħdan il-limitu kwantitattiv stabbilit għal sena tas-suq partikulari mhux bil-fors iridu jkunu ġew prodotti matul dik is-sena tas-suq stess. |
(4) |
L-Artikolu 7b(3) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 jipprovdi li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni jistgħu jitressqu kull ġimgħa, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-data li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament li jistabbilixxi l-limitu kwantitattiv skont l-Artikolu 12(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (3) (li nbidel bl-Artikolu 61(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007) u sa ma l-ħruġ tal-liċenzji jiġi sospiż skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. Huwa xieraq li wieħed jiċċara li, meta r-Regolament li jistabbilixxi l-limitu kwantitattiv jibda japplika f’data li tkun differenti minn dik meta jidħol fis-seħħ, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni jistgħu jitressqu mid-data meta dan ir-Regolament jibda japplika. |
(5) |
L-Artikolu 7b(4) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 jipprovdi li l-applikanti jistgħu jibagħtu applikazzjoni waħda fil-ġimgħa biss. Il-kwantità li tintalab fir-rigward ta’ kull liċenzja tal-esportazzjoni ma tistax tkun aktar minn 20 000 tunnellata fil-każ taz-zokkor u 5 000 tunnellata fil-każ tal-isoglukożju. L-esperjenza wriet li l-limitu massimu ta’ kull ġimgħa stabbilit għaz-zokkor mhuwiex biżżejjed u li għalhekk huwa xieraq li din il-kwantità tiżdied. |
(6) |
Skont l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, liċenzji tal-esportazzjoni maħruġin għaz-zokkor u għall-isoglukożju barra mill-kwota huma validi mid-data attwali tal-ħruġ tagħhom sat-30 ta’ Settembru tas-sena tas-suq li għaliha jkunu nħarġu. Il-produtturi li japplikaw għal-liċenzji fi tmiem is-sena tas-suq għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex ikunu jistgħu jesportaw il-prodotti tagħhom. Għal dan il-għan, il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni għandu jinbidel u jkun stabbilit fi tmiem il-ħames xahar minn meta jinħarġu. Meta wieħed iqis li dawn id-dispożizzjonijiet qed jiġu ppubblikati wara li bdiet is-sena tas-suq tal-2009/2010, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġin matul din is-sena tas-suq. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Kapitolu IIa għandhom jiżdiedu l-Artikoli 4d u 4e li ġejjin: “Artikolu 4d L-ekwivalenza Iz-zokkor u l-isoglukożju prodotti skont il-kwota jistgħu jintużaw bħala prodotti ekwivalenti għall-produzzjoni barra mill-kwota. Meta l-produzzjoni skont il-kwota tintuża bħala produzzjoni ekwivalenti għall-produzzjoni barra mill-kwota, din tista’ tkun esportata skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 61(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*). Dan il-mekkaniżmu ta’ ekwivalenza għandu japplika wkoll meta l-produtturi taz-zokkor u tal-isoglukożju prodotti skont il-kwota u barra mill-kwota jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti. Artikolu 4e Is-sena tal-produzzjoni Iz-zokkor u l-isoglukożju esportati skont liċenzji maħruġin għal-limitu kwantitattiv imsemmi fl-Artikolu 61(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 jistgħu jiġu prodotti f’sena tas-suq li tkun differenti minn dik li għaliha tapplika l-liċenzja tal-esportazzjoni. |
(2) |
Fl-Artikolu 7b, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b’dan li ġej: “3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jitressqu kull ġimgħa, minn nhar ta’ Tnejn sa nhar ta’ Ġimgħa. Dan għandu jibda jseħħ mid-data li fiha jibda japplika r-Regolament li jistabbilixxi l-limitu kwantitattiv skont l-Artikolu 61(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 sa ma l-ħruġ tal-liċenzji jiġi sospiż skont l-Artikolu 7e ta’ dan ir-Regolament. 4. L-applikanti jistgħu jibagħtu biss applikazzjoni waħda fil-ġimgħa għal-liċenzji tal-esportazzjoni. Għal kull liċenzja tal-esportazzjoni, il-kwantità li għaliha tkun tressqet l-applikazzjoni ma tistax taqbeż il-50 000 tunnellata għaz-zokkor u l-5 000 tunnellata għall-isoglukożju.”. |
(3) |
L-Artikolu 8a għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 8a Il-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-esportazzjoni barra mill-kwota B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġin għal-limitu kwantitattiv stabbilit skont l-Artikolu 61(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu jgħoddu kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 1 tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.