Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1020

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2009 tat- 28 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I, III, IV u V tiegħu għall-progress tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 282, 29.10.2009, p. 7–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R1009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1020/oj

    29.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 282/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1020/2009

    tat-28 ta’ Ottubru 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I, III, IV u V tiegħu għall-progress tekniku

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li għandu x'jaqsam mal-Fertilizzanti (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 31(1) u (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistipula li fertilizzant li jappartjeni għal tip ta' fertilizzant elenkat fl-Anness I mehmuż miegħu u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament jista' jissejjaħ “fertilizzant KE”.

    (2)

    Fosfat tal-blat parzjalment maħlul huwa tip ta’ fertilizzant ta’ nutrijent primarju mniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. L-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament jippermetti ż-żieda għal nutrijenti sekondarji lit-tipi kollha tal- fertilizzant tan-nutrijent primarju. Madankollu, il-kontenut minimu tal- pentossidu fosforiku stabbilit għat-tip ta’ fertilizzant eżistenti tal-fosfat tal-blat parzjalment maħlul huwa għoli wisq biex jippermetti ż-żieda ta’ nutrijenti sekondarji. Tip ta’ fertilizzant ġdid għandu għalhekk jiġi introdott biex jippermetti t-taħlitiet tal-fosfat tal-blat parzjalment maħlul b’nutrijenti sekondarji tal-manjesju li se jitqiegħdu fis-suq bħala “fertilizzant KE”.

    (3)

    Is-sulfat tal-manjesju jew l-ossidu tal-manjesju hu miżjud biex jitħan il-fosfat tal-blat biex jirrimedja n-nuqqasijiet tal-fosfat u l-manjesju f’ċerta ħamrija agrikola. Is-solubilità parzjali tagħmel il-fosfat u l-manjesju disponibbli b’mod rapidu għal uċuħ tar-raba’ għal medda ta’ żmien qasir, filwaqt li l-kostitwenti mhux imħallta jipprovdu provvista ta’ fosfat tal-manjesju aktar bil-mod iżda aktar sostnuta. Kemm in-nutrijenti tal-fosfat u tal-manjesju għandhom ikunu disponibbli f’tip ta’ fertilizzant wieħed sabiex jibbenefikaw il-bdiewa.

    (4)

    Is-sulfat tal-manjesju huwa tip ta’ fertilizzant ta’ nutrijent sekondarju mniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. L-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament jippermetti ż-żieda għal mikronutrijenti lit-tipi kollha tal- fertilizzant tan-nutrijent sekondarju. Madankollu, il-kontenut minimu tat-trijossidu tas-sulfat u l-ossidu tal-manjesju stabbilit għat-tip ta’ fertilizzant eżistenti tas-sulfat tal-manjesju huwa għoli wisq biex jippermetti ż-żieda ta’ mikronutrijenti. Minħabba l-interess li dejjem qed jikber fin-nutriment bilanċjat tal-pjanti żdied l-użu tal-mikronutrijenti. Taħlita tas-sulfat tal-manjesju b’mikronutrijenti tagħmilha aktar faċli għall-bdiewa biex jużaw dawn il-mikronutrijenti. It-tip ta’ fertilizzant tas-sulfat tal-manjesju għandu għalhekk jiġi rivedut biex jippermetti taħlitiet ta’ sulfat tal-manjesju b’mikronutrijenti li għandhom jitqiegħdu fis-suq bħala “fertilizzant tal-KE”.

    (5)

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jagħti dispożizzjonijiet tekniċi għall-kontroll tal-Fertilizzanti tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut għoli ta’ nitroġenu. Għandu jiġi kkjarifikat li l-metodi ta’ analiżi jistgħu jintużaw għal forom differenti tal-fertilizzant tan-nitrat tal-ammonju (prilli jew granuli). Barra minn dan, dawk id-deskrizzjonijiet tal-metodi tal-analiżi jagħmlu użu minn unitajiet ta’ pressjoni li m’għadhomx jintużaw aktar milli unitajiet kurrenti SI.

    (6)

    L-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jeħtieġ li l-kontrolli tal-Fertilizzanti KE li jappartjenu t-tipi ta’ fertilizzant mniżżel fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament isiru skont il-metodi ta’ analiżi li huma deskritti fid-dettall fl-Annessi III u IV ta’ dak ir-Regolament. Minħabba li dawn il-metodi mhumiex rikonoxxuti internazzjonalment, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) ingħata l-mandat biex jiżviluppa standards ekwivalenti tal-EN biex jissostitwixxu l-metodi eżistenti.

    (7)

    Bħala riżultat parzjali tal-Mandat CEN M/335 dwar il-modernizzazzjoni ta’ metodi analitiċi dwar Fertilizzanti u sustanzi tal-ġir, 20 Standard tal-EN ġew żviluppati u għandhom jiġu introdotti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Xi wħud minn dawn l-istandards għandhom jissostitwixxu metodi eżistenti ta’ analiżi, filwaqt li oħrajn huma ġodda.

    (8)

    Metodi vvalidati ppubblikati bħala Standards tal-EN normalment jinkludu test taċ-ċirku (test inter-laboratorju) biex jikkontrolla r-riproduttività tal-metodi analitiċi bejn laboratorji differenti. Madankollu, valutazzjoni preliminari tal-metodi li għandhom jiġu introdotti fil-mandat urew li wħud minnhom intużaw ftit. F’dan il-każ, reviżjoni editorjali instabet li kienet suffiċjenti u t-test taċ-ċirku ma tqiesx bħala neċessarju. Distinzjoni bejn Standards ivvalidati tal-EN u metodi mhux ivvalidati għandhom għalhekk isiru biex jgħinu jidentifikaw l-Istandards EN li għamlu t-test inter-laboratorju biex jinfurmaw lill-kontrolluri b’mod korrett dwar l-affidabbiltà tal-istatistika tal-istandards tal-EN.

    (9)

    Biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u tiġi ffaċilitata reviżjoni futura, huwa xieraq li jiġi sostitwit it-test sħiħ tal-istandards fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 b’referenzi għall-istandards EN li se jiġu ppubblikati mis-CEN.

    (10)

    L-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jeħtieġ li l-laboratorji jkunu kompetenti u approvati mill-Istat Membru meta jagħmlu analiżi dwar kampjuni tal-Fertilizzanti għall-kontrolli uffiċjali. Laboratorji approvati bħal dawn iridu jissodisfaw l-istandards ta’ akkreditament imsemmija f’Taqsima B tal-Anness V. Minħabba li fil-prattika l-akkreditament ippruva li jieħu aktar żmien milli previst oriġinarjament, l-Anness V għandu jiġi emendat biex jiżgura azzjonijiet effiċjenti ta’ kontroll billi jippermetti lill-Istati Membri biex jawtorizzaw laboratorji li huma kompetenti għall-kontrolli uffiċjali, iżda li għad mhumiex akkreditati.

    (11)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (12)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    L-Anness III huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    (3)

    L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    (4)

    L-Anness V huwa emendat skont l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi-President


    (1)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.


    ANNESS I

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fit-Tabella A.2, l-annotazzjoni li ġejja 3(a) għandha tiġi miżjuda:

    Nru

    Deskrizzjoni tat-tip

    Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

    Kontenut minimu ta’ nutrijenti

    (persentaġġ skont il-piż)

    Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti, rekwiżiti oħrajn

    Dejta oħra dwar it-tip ta' deskrizzjoni

    Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat

    Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti

    Kriterji oħra

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    “3(a)

    Fosfat tal-blat parzjalment maħlul bil-manjesju.

    Il-prodott miksub bl-istabbilizzazzjoni parzjali tal-fosfat mitħun tal-blat bl-aċidu sulfuriku jew l-aċidu fosforiku b’żieda ta’ manjesju jew sulfat jew ossidu tal-manjesju, u li fih ingredjenti essenzjali bħal fosfat tal-monokalċju, fosfat tat-trikalċju, sulfat tal-kalċju u sulfat tal-manjesju.

    16 % P22O5,

    6 % MgO.

    Fosfru espress bħala P2O5 li jinħall f'aċidi minerali, b'mill-anqas 40 % tal-kontenut iddikjarat tal-P2O5 li jinħall fl-ilma.

    Daqs tal-partikula:

    mill-inqas 90 % kapaċi jgħaddu minn passatur bit-toqob ta’ 0,160 mm,

    mill-inqas 98 % kapaċi jgħaddu minn passatur bit-toqob ta’ 0,630 mm

     

    Fosfru pentossidu totali (li jinħall f’aċidi minerali).

    Fosfru pentossidu li jinħall f’aċidi minerali.

    Ossidu tal-manjesju totali.

    Ossidu tal-manjesju li jinħall fl-ilma.”

    (2)

    fit-Tabella D, l-annotazzjoni 5 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    Nru

    Deskrizzjoni tat-tip

    Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

    Kontenut minimu ta' nutrijenti

    (persentaġġ skont il-piż)

    Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti

    Ħtiġiet oħra

    Dejta oħra dwar it-tip ta' deskrizzjoni

    Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat

    Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti

    Kriterji oħra

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    “5

    Sulfat tal-manjesju

    Il-prodott li fih is-sulfat ħeptaidrat tal-manjesju bħala ingredjent ewlieni.

    15 % MgO,

    28 % SO3.

    Fejn jiġu miżjuda l-mikronutrijenti, u ddikkjarati skont l-Artikolu 6(4) u 6(6):

    10 % MgO,

    17 % SO3.

    Il-manjesju u s-sulfat espressi bħala ossidu tal-manjesju u t-trijossidu tas-sulfat li jinħallu fl-ilma.

    Jistgħu jiżdiedu l-ismijiet kummerċjali tas-soltu

    Ossidu tal-manjesju li jinħall fl-ilma.

    Trijossidu tas-sulfat li jinħall fl-ilma.”


    ANNESS II

    Taqsima 3 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fil-Metodu 2, punt 6.2 hu ssostitwit b’dan li ġej:

    6.2.   Neħħi l-partiċelli iżgħar minn 0,5 mm bl-użu tal-passatur tat-test (5.4). Iżen sal-eqreb 0,01 gramma madwar 50 gramma tal-kampjun ġewwa tazza (5.2). Żid biżżejjed żejt tal-gass (taqsima 4) sabiex tgħatti l-prilli jew il-granuli kompletament u ħawwad b'attenzjoni sabiex tiżgura li l-uċuħ kollha tal-prilli jew il-granuli huma kollha mxarrba. Għatti t-tazza bi ħġieġa tal-arloġġ u ħalli joqgħod għal siegħa fi 25 (± 2) °C.”

    (2)

    Fil-Metodu 3, punt 4.3.5 hu ssostitwit b’dan li ġej:

    4.3.5.   Flixkun D tip Dreschel li jaġixxi bħala nassa għal xi eċċess ta’ aċidu li jista jfur waqt id-distillar.”

    (3)

    Fil-Metodu 3, l-ewwel paragrafu ta’ punt 5.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Poġġi l-kampjun għall-analiżi fil-flask tar-reazzjoni B. Żid 100 ml ta’ H2SO4 (3.2). Il-prilli jew il-granuli jinħallu f’madwar 10 minuti f’temperatura ambjentali. Arma l-apparat kif indikat fid-dijagramma: qabbad naħa tat-tubu ta' assorbiment (A) mas-sorsi tan-nitroġenu (4.2) permezz ta' apparat li ma jippertmettix li ċ-ċirkolazzjoni ssir b'lura li jkun fih pressjoni ta’ 667 sa 800 Pa u man-naħa l-oħra qabbad it-tubu ta' provvista li jidħol fil-flask ta' reazzjoni. Poġġi l-kolonna frazzjonanta Vigreux (C’) u l-kondensatur (C) mal-provvista tal-ilma li jkun qed jiksaħ fil-pożizzjoni. Aġġusta n-nitroġenu sabiex jipprovdi ċirkolazzjoni moderata permezz tas-soluzzjoni, saħħan is-soluzzjoni sakemm tagħli u kompli saħħan għal żewġ minuti. Fi tmiem dan il-ħin, m'għandux ikun hemm aktar tfexfix. Jekk ikun jidher it-tfexfix, kompli saħħan għal 30 minuta. Ħalli t-taħlita tibred għal mill-anqas 20 minuta bin-nitroġenu għaddej minnha.”


    ANNESS III

    It-taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hija emendata kif ġej:

    (1)

    Il-Metodu 1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    Metodu 1

    Tħejjija tal-kampjun għall-analiżi

    EN 1482-2: Ferrtilizzaturi u sustanzi tal-ġir – Tħejjija għat-teħid tal-kampjuni u għall-kampjun-Parti 2: Tħejjija tal-kampjun

    (2)

    Metodu 2 qed jiġi sostitwiti b’dan li ġej:

    (a)

    Il-Metodu 2.1 qed jiġi sostitwi b'dan li ġej:

    Metodu 2.1

    Kalkolu tan-nitroġenu ammonijaku

    EN 15475: Fertilizzanti – Kalkolu tan-nitroġenu ammonijaku

    Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.”

    (b)

    Il-Metodu 2.2.1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    Metodu 2.2.1

    Kalkolu tan-nitroġenu nitriku u ammonijaku skont Ulsch

    EN 15558: Fertilizzanti – Kalkolu ta' nitroġenu nitriku u ammonijaku skont Ulsch

    Dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux test taċ-ċirku.”

    (c)

    Il-Metodu 2.2.2 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    Metodu 2.2.2

    Kalkolu tan-nitroġenu nitriku u ammonijaku skont Arnd

    EN 15559: Fertilizzanti – Kalkolu ta' nitroġenu nitriku u ammonijaku skont Arnd

    Dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux test taċ-ċirku.”

    (d)

    Il-Metodu 2.2.3 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    Metodu 2.2.3

    Kalkolu tan-nitroġenu nitriku u ammonijaku skont Devarda

    EN 15476: Fertilizzanti – Kalkolu ta' nitroġenu nitriku u ammonijaku skont Devarda

    Dan il-metodu ta’ analiżi għamel it-test taċ-ċirku.”

    (e)

    Il-Metodu 2.3.1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    Metodu 2.3.1

    Kalkolu tat-total tan-nitroġenu fin-nitrat tas-ċjanamid tal-kalċju ħieles

    EN 15560: Fertilizzanti – Kalkolu tat-total tan-nitroġenu fin-nitrat taċ-ċjanamid tal-kalċju ħieles

    Dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux test taċ-ċirku.”

    (f)

    Il-Metodu 2.3.2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    Metodu 2.3.2

    Kalkolu tan-nitroġenu totali fis-ċjanamid tal-kalċju li jkun fih in-nitrati

    EN 15561: Fertilizzanti – Kalkolu tan-nitroġenu totali fis-sijanamid tal-kalċju li jkun fih in-nitrati

    Dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux test taċ-ċirku.”

    (g)

    Il-Metodu 2.3.3 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    Metodu 2.3.3

    Kalkolu tan-nitroġenu totali fil-urea

    EN 15478: Fertilizzanti – Kalkolu tan-nitroġenu totali fl-urea

    Dan il-metodu ta’ analiżi għamel it-test taċ-ċirku.”

    (h)

    Il-Metodu 2.4 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    Metodu 2.4

    Kalkolu tan-nitroġenu ċjanamid

    EN 15562: Fertilizzanti – Kalkolu tan-nitroġenu ċjanamid

    Dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux test taċ-ċirku.”

    (i)

    Il-Metodu 2.5 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    Metodu 2.5

    Kalkolu spektrofotometrika tal-biuret fl-urea

    EN 15479: Fertilizzanti – Kalkolu spektrofotometrika tal-biuret fl-urea

    Dan il-metodu ta’ analiżi għamel it-test taċ-ċirku.”

    (j)

    Il-Metodu 2.6.1 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    Metodu 2.6.1

    Kalkolu ta’ diversi forom ta’ nitroġenu fl-istess kampjun fil-Fertilizzanti li jkun fihom in-nitroġenu bħala nitroġenu nitriku, ammonijaku, urea u ċjanamid

    EN 15604: Fertilizzanti – Kalkolu ta’ diversi forom ta’ nitroġenu fl-istess kampjun li jkun fihom in-nitroġenu bħala nitroġenu nitriku, ammonijaku, urea u ċjanamid

    Dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux test taċ-ċirku.”

    (3)

    Il-Metodu 4.1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    Metodu 4.1

    Kalkolu tal-kontenut tal-potassju li jinħall fl-ilma

    EN 15477: Fertilizzanti – Kalkolu tal-kontenut tal-potassju li jinħall fl-ilma

    Dan il-metodu ta’ analiżi għamel it-test taċ-ċirku.”

    (4)

    Il-metodi li ġejjin qed jiġu miżjuda:

    Metodi 11

    Aġenti li jikkelaw

    Metodu 11.1

    Kalkolu tal-kontenut li jikkela tal-mikronutrijenti u tal-frazzjoni li tikkela tal-mikronutrijenti

    EN 13366: Fertilizzanti – Trattament b'reżina li tipproduċi cation exchange għall-Kalkolu tal-kontenut mikro-nutrienti kelat u tal-frazzjoni kelata ta' mikro

    Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 11.2

    Kalkolu tal-EDTA, HEDTA u DTPA

    EN 13368-1: Fertilizzanti – Kalkolu ta’ aġenti li jikkelaw fil-Fertilizzanti mill-kromatografija li topera b'joni – Parti 1: EDTA, HEDTA u DTPA

    Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 11.3

    Kalkolu ta’ ħadid ikkelat minn o,o EDDHA u o,o EDDHMA

    EN 13368-2: Fertilizzanti 2007 – Kalkolu ta’ aġenti li jikkelaw fil-Fertilizzanti mill-kromatografija. It-tieni parti: Kalkolu ta’ Fe li tikkela minn o,o EDDHA u o,o EDDHMA permezz ta' kromatografija li topera b’par joni

    Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 11.4

    Kalkolu ta’ ħadid ikkelat mill-EDDHSA

    EN 15451: Fertilizzanti – Kalkolu ta' aġenti li jikkelaw-Kalkolu ħadid ikkelat mill-EDDHSA permezz ta' kromatografija li topera b’par joni

    Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 11.5

    Kalkolu ta’ ħadid ikkelat permezz ta’ o,p EDDHA

    EN 15452: Fertilizzanti – Kalkolu ta' aġenti li jikkelaw – Kalkolu ta’ ħadid ikkelat permezz ta’ o,p EDDHA permezz ta' fażi maqluba ta’ HPLC

    Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 12

    Inibituri ta' nitrifikazzjoni u tal-ureżi

    Metodu 12.1

    Kalkolu ta' dicyandiamide

    EN 15360: Fertilizzanti – Kalkolu ta' dicyandiamide – Metodu li juża kromatografija likwida li jagħti riżultati tajbin ħafna (HPLC)

    Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 12.2

    Kalkolu ta' NBPT

    EN 15688: Fertilizzanti – Kalkolu ta’ inibituri ta’ nitrifikazzjoni tal-ureżi N-(n-butyl) thiophosphoric triamide (NBPT) li juża kromatografija likwida li jagħti riżultati tajbin ħafna (HPLC)

    Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodi 13

    Il-metalli tqal

    Metodu 13.1

    Kalkolu tal-kontenut ta’ kadjum

    EN 14888 Fertilizzant u sustanzi tal-gir – Kalkolu ta' kontenut ta' kadjum

    Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.”


    ANNESS IV

    It-Taqsima B tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “B.   REKWIŻITI LI JAWTORIZZAW IL-LABORATORJI LI HUMA KOMPETENTI U LI JIPPROVDU S-SERVIZZ MEĦTIEĠ DWAR IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ TAL-FERTILIZZANTI TAL-KE MAR-REKWIŻITI TA' DAN IR-REGOLAMENT U L-ANNESSI TIEGĦU

    1.

    Standard applikabbli għal-livell tal-laboratorji:

    Laboratorji akkreditati skont ir-rekwiżiti Ġenerali tal-EN ISO/IEC 17025, għall-kompetenza ta’ ttestjar u għall-kalibrazzjoni tal-laboratorji ta’, b’mill-inqas wieħed mill-metodi tal-Annessi III jew IV,

    Sat-18 ta’ Novembru 2014, laboratorji li għad mhux akkreditati sakemm il-laboratorju:

    Juri li beda u li qed isegwi l-proċeduri tal-akkreditament meħtieġa skont l-EN ISO/IEC 17025 f’metodu wieħed jew aktar tal-Annessi III jew IV, u

    Jagħti evidenza lill-awtorità kompetenti li l-laboratorju qed jipparteċipa f’testijiet inter-laboratorji b’riżultati tajbin.

    2.

    Standard applikabbli għal-livell tal-korpi ta' akkreditament:

    EN ISO/IEC 17011, Valutazzjoni ta’ konformità: Rekwiżiti ġenerali għall-korpi akkreditati li jkunu akkreditati mal-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.”


    Top