This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0951
Council Regulation (EC) No 951/2009 of 9 October 2009 amending Regulation (EC) No 2533/98 concerning the collection of statistical information by the European Central Bank
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 951/2009 tad- 9 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 951/2009 tad- 9 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew
ĠU L 269, 14.10.2009, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31998R2533 | Sostituzzjoni | artikolu 2.1 | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | Żieda | artikolu 3BI | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | Żieda | artikolu 8BI | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | Żieda | artikolu 2.4 | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | abolizzjoni | anness A | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | Żieda | artikolu 8TR | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | abolizzjoni | anness B | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | Sostituzzjoni | artikolu 2.2 | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | Żieda | artikolu 2BI | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | Żieda | artikolu 8QT | 15/10/2009 | |
Modifies | 31998R2533 | Żieda | artikolu 8QQ | 15/10/2009 |
14.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 951/2009
tad-9 ta’ Ottubru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-‘Istatut’), u partikolarment l-Artikolu 5.4 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (3),
Wara li ġie kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
Filwaqt li jaġixxi f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 107(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 42 tal-Istatut,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (4) huwa komponent importanti fil-qafas legali li jappoġġa il-kompiti tal-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) assistit mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-BĊE konsistentement serraħ fuqu sabiex iwettaq u jissorvelja l-ġbir koordinat ta’ informazzjoni statistika neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). |
(2) |
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jinżamm bħala strument effettiv għall-BĊE sabiex iwettaq il-kompiti tal-ġbir ta’ informazzjoni statistika tas-SEBĊ u sabiex tiġi garantita d-disponibbiltà kontinwa għall-BĊE ta’ informazzjoni statistika tal-kwalità neċessarja u li tkopri l-firxa kollha tal-kompiti tas-SEBĊ huwa essenzjali li jiġi rivedut l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar li jimponi l-imsemmiRegolament. F’dan il-kuntest, hemm bżonn li tingħata attenzjoni mhux biss għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u għall-indipendenza tagħha, iżda wkoll għall-prinċipji ta’ statistika stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(3) |
Huwa neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 2533/98 jiġi emendat sabiex il-BĊE jkun jista’ jiġbor informazzjoni statistika neċessarja sabiex jitwettqu l-kompiti tas-SEBĊ imsemmijin fit-Trattat. Għaldaqstant, l-għanijiet għalfejn tista’ tinġabar informazzjoni statistika għandhom jinkludu wkoll il-kumpilazzjoni tal-informazzjoni makro-prudenzjali neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ taħt l-Artikolu 105 tat-Trattat. |
(4) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ għandu jieħu kont ukoll tal-iżviluppi strutturali fis-swieq finanzjarji u jindirizza rekwiżiti ta’ informazzjoni statistika relatati li kienu jidhru inqas meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għal dik ir-raġuni, huwa neċessarju li jiġi permess il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mis-settur kollu ta’ korporazzjonijiet finanzjarji, u partikolarment mingħand minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni li jirrappreżentaw it-tieni l-akbar sottosettur tal-korporazzjonijiet finanzjarji fiż-żona tal-euro f’termini ta’ assi finanzjarji. |
(5) |
Sabiex tkun tista’ ssir il-kumpilazzjoni kontinwa ta’ statistika dwar bilanċi ta’ ħlas ta’ kwalità suffiċjenti, huwa neċessarju li jiġu ċċarati r-rekwiżiti ta’ rappurtar imposti b’konnessjoni mad-data dwar il-pożizzjonijiet u t-transazzjonijiet kollha bejn ir-residenti ta’ Stati Membri parteċipanti. |
(6) |
Ir-riċerkaturi għandhom bżonn dejjem akbar ta’ aċċess għal informazzjoni statistika kunfidenzjali li ma tippremettix identifikazzjoni diretta sabiex jiġu analizzati u miftiehma l-iżviluppi fis-setturi u fost il-pajjiżi. Għalhekk, huwa importanti li l-BĊE u l-Banek Ċentrali Nazzjonali jitħallew jagħtu aċċess lil korpi ta’ riċerka xjentifika għal tali informazzjoni statistika dettaljata fil-livell tas-SEBĊ, waqt li jinżammu salvagwardji stretti ta’ kunfidenzjalità. |
(7) |
Sabiex jitnaqqas il-piż ta’ rappurtar u sabiex jiġu żgurati l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni effiċjenti ta’ statistika ta’ kwalità għolja, u t-twettiq kif suppost tal-kompiti tas-SEBĊ, il-BĊE jagħti prijorità lill-ħtiġijiet statistiċi u jivvaluta l-piż ta’ rappurtar. Għall-istess raġuni, huwa neċessarju li jiġi permess l-użu massimu ta’ informazzjoni eżistenti, stħarriġiet, data amministrattiva, reġistri statistiċi u sorsi oħra disponibbli, inkluż l-iskambu ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali fi ħdan is-SEBĊ u mas-Sistema Statistika Ewropea (SSE). |
(8) |
L-istatistika Ewropea hija żviluppata, prodotta u disseminata kemm mis-SEBĊ kif ukoll mis-SSE iżda taħt oqfsa legali separati, li jirriflettu l-istrutturi ta’ governanza rispettivi tagħhom. Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 għandu għalhekk japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (5). |
(9) |
L-istatistika Ewropea hija żviluppata, prodotta u disseminata mis-SEBĊ konformement mal-prinċipji statistiċi tal-imparzjalità, l-oġġettività, l-indipendenza professjonali, il-kost-effettività, il-kunfidenzjalità statistika, il-minimizzazzjoni tal-piż ta’ rappurtar u r-riżultati ta’ kwalità għolja, inkluża l-affidabbiltà. Dawn il-prinċipji huma definiti u elaborati ulterjorment aktar mill-BĊE u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tiegħu bħala impenn pubbliku rigward l-istatistika Ewropea prodotta mis-SEBĊ. Dawn il-prinċipji huma simili għall-prinċipji statistiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. |
(10) |
L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea għandhom jieħdu kont tal-aħjar prattika u l-istandards statistiċi Ewropej u internazzjonali rilevanti. |
(11) |
F’konformità mal-Artikolu 5.1 tal-Istatut, is-SEBĊ u s-SSE jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw il-koerenza neċessarja għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea. B’mod partikolari, is-SEBĊ u s-SSE jikkooperaw meta jelaboraw il-prinċipji statistiċi tagħhom stess, meta jfasslu l-programmi ta’ ħidma statistiċi rispettivi tagħhom u meta jaħdmu biex inaqqsu l-piż ta’ rispons ġenerali. Għal dan il-għan l-iskambju ta’ informazzjoni adattata relatata mal-programmi ta’ ħidma tas-SEBĊ u s-SSE bejn il-kumitati rilevanti tas-SEBĊ u s-SSE, kif ukoll bejn il-BĊE u l-Kummissjoni, huwa ta’ importanza partikolari sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji ta’ kooperazzjoni tajba u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni fil-ġbir ta’ informazzjoni statistika. |
(12) |
Il-membri tas-SEE jeħtieġu parti mid-data miġbura mis-SEBĊ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti arranġamenti adatti sabiex id-data rispettiva tkun disponibbli għall-membri tas-SSE. |
(13) |
Barra minn dan, huwa importanti li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn is-SEBĊ u s-SSE, u notevolment sabiex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali bejn iż-żewġ sistemi għal għanijiet statistiċi, fid-dawl tal-Artikolu 285 tat-Trattat u l-Artikolu 5 tal-Istatut. |
(14) |
Sabiex titjieb it-trasparenza, l-istatistika miġbura abbażi tal-informazzjoni statistika miġbura mill-istituzzjonijiet tas-settur finanzjarju mis-SEBĊ għandhom ikunu disponibbli pubblikament iżda għandu jkun iggarantit livell għoli ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali. |
(15) |
L-informazzjoni statistika kunfidenzjali miġbura u fornuta lil membru tas-SEBĊ minn awtoritià tas-SSE m’għandhiex tintuża għal għanijiet li mhumiex esklussivament statistiċi, bħal għal għanijiet amministrattivi jew ta’ taxxa jew proċedimenti legali jew għall-għanijiet imsemmijin fl-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li tiġi żgurata l-protezzjoni fiżika u loġika ta’ din l-informazzjoni statistika u kunfidenzjali u jiġi żgurat li ma jseħħ l-ebda żvelar illegali jew użu għal għanijiet mhux statistiċi. |
(16) |
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (6) daħal fis-seħħ u jeħtieġ li jkun hemm konformita’ miegħu fl-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika mis-SEBĊ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu li ġej huwa inserit wara l-Artikolu 2: “Artikolu 2a Kooperazzjoni mas-SSE Sabiex jiġi minimizzat il-piż ta’ rappurtar u tiġi garantita l-koerenza neċessarja sabiex tiġi prodotta l-istatistika Ewropea, is-SEBĊ u s-SSE għandhom jikkooperaw mill-qrib, filwaqt li jikkonformaw mal-prinċipji statistiċi stabbiliti fl-Artikolu 3a.” |
4. |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Modalitajiet għad-definizzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku Meta jiddefinixxi u jimponi r-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tiegħu, il-BĊE għandu jispeċifika l-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza kif definit fl-Artikolu 2. Mingħajr preġudizzju għat-twettiq tar-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tiegħu, il-BĊE:
Qabel jadotta regolament kif imsemmi fl-Artikolu 5 rigward statistika ġdida, il-BĊE għandu jivvaluta l-merti u l-ispejjeż tal-ġbir tal-informazzjoni statistika ġdida inkwistjoni. B’mod partikolari huwa għandu jieħu kont tal-karatteristiċi speċifiċi tal-ġbir, id-daqs tal-popolazzjoni ta’ rappurtar u l-perjodiċità, u l-informazzjoni statistika diġà miżmuma mill-awtoritajiet jew l-amministraturi statistiċi.” |
5. |
L-Artikolu li ġej huwa inserit wara l-Artikolu 3: “Artikolu 3a Prinċipji statistiċi sottostanti l-istatistiċi Ewropej prodotti mis-SEBĊ L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea mis-SEBĊ għandhom ikunu rregolati mill-prinċipji ta’ imparzjalità, oġġettività, indipendenza professjonali, kost-effettività, kunfidenzjalità statistika, minimizzazzjoni tal-piż ta’ rappurtar u riżultati ta’ kwalità għolja, inkluża l-affidabbiltà, u d-definizzjonijiet ta’ dawn il-prinċipji għandhom jiġu adottati, elaborati u ppubblikati mill-BĊE. Dawn il-prinċipji huma simili għall-prinċipji statistiċi tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ MArzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (**). |
6. |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Protezzjoni u użu ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali miġbura mis-SEBĊ Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw sabiex jiġu pprevenuti l-użu illegali u l-iżvelar ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali pprovduta mill-aġent ta’ rappurtar jew minn persuna ġuridika jew fiżika, entità jew fergħa oħra lil membru tas-SEBĊ jew trasmessa fis-SEBĊ.
Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċjali nazzjonali jew Komunitarji rigward it-trasmissjoni ta’ informazzjoni għajr informazzjoni statistika kunfidenzjali lill-BĊE u m’għandhomx japplikaw għal tagħrif statistiku kunfidenzjali trasmess inizjalment bejn awtorità SSE u membru tas-SEBĊ, għal liema għandu japplika l-Artikolu 8a. Dan l-Artikolu m’għandux jipprevjeni li informazzjoni statistikakunfidenzjali miġbura għal għanijiet għajr, jew bħala addizzjonali, sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE milli tintuża sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet l-oħrajn.” |
7. |
L-Artikoli li ġejjin huma inseriti wara l-Artikolu 8: “Artikolu 8a Skambju ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali bejn is-SEBĊ u s-SSE 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali għajr informazzjoni imsemmija f’dan ir-Regolament, it-trasmissjoni ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali bejn membru tas-SEBĊ li ġabar dik l-informazzjoni u awtorità tas-SSE tista’ sseħħ dment li din it-trasmissjoni hija neċessarja għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew id-disseminazzjoni effiċjenti jew sabiex tiżdied il-kwalità ta’ statistika Ewropea fl-isfera rispettiva ta’ kompetenza tas-SSE u tas-SEBĊ u li din in-neċessità tkun ġiet ġustifikata. 2. Kwalunkwe trasmissjoni ulterjuri wara l-ewwel trasmissjoni għandha tiġi espliċitament awtorizzata mill-awtorità li ġabret dik l-informazzjoni. 3. Informazzjoni statistika kunfidenzjali li hija trasmessa bejn awtorità tas-SEE u membru tas-SEBĊ m’għandhiex tintuża għal għanijiet li m’humiex esklussivament statistiċi, bħal għal għanijiet amministrattivi jew ta’ taxxa jew proċedimenti legali jew għall-għanijiet imsemmijin fl-Artikoli 6 u 7. 4. Informazzjoni statistika li l-membri tas-SEBĊ jirċievu mill-awtoritajiet tas-SSE u li nkisbet minn sorsi legalment disponibbli għall-pubbliku u li tibqa’ disponibbli għall-pubbliku skont il-leġislazzjoni nazzjonali m’għandhiex titqies kunfidenzjali għall-fini tad-disseminazzjoni tal-istatistika miksuba minn din l-informazzjoni statistika. 5. Il-membri tas-SEBĊ, fl-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi kollha neċessarji sabiex jiżguraw l-protezzjoni fiżika u loġika tal-informazzjoni statistika kunfidenzjali (kontroll tal-iżvelar statistiku) ipprovdut mill-awtoritajiet tas-SSE. 6. Informazzjoni statistika kunfidenzjali pprovduta mill-awtoritajiet SSE għandha tkun aċċessibbli biss għal persunal li jaħdem f’attivitajiet statistiċi fl-oqsma ta’ ħidma speċifiċi tagħhom. Dawn il-persuni għandhom jużaw din id-data esklussivament għal finijiet statistiċi. Huma għandhom ikunu soġġetti għal din ir-restrizzjoni anke wara t-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom. 7. L-Istati Membri u l-BĊE għandhom jieħdu l-miżuri adatti sabiex jipprevjenu u jippenalizzaw kwalunkwe ksur tal-protezzjoni tal-informazzjoni statistika kunfidenzjali prevista mill-awtoritajiet tas-SSE. Artikolu 8b Rapport ta’ kunfidenzjalità Il-BĊE għandu jippubblika rapport ta’ kunfidenzjalità annwali dwar il-miżuri adottati sabiex tiġi salvagwardjata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni statistika msemmija fl-Artikoli 8 u 8a. Artikolu 8c Protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali dwar individwi Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (***) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (****). Artikolu 8d Aċċess għal rekords amministrattivi Sabiex jitnaqqas il-piż fuq il-parteċipanti, il-banek ċentrali nazzjonali u l-BĊE għandhom ikollhom aċċess għal sorsi rilevanti ta’ data amministrattiva fis-sistemi amministrattivi pubbliċi rispettivi, sal-punt li din id-data hija neċessarja għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. L-arranġamenti prattiċi u l-kondizzjonijiet għall-kisba ta’ aċċess effettiv għandhom jiġu determinati fejn neċessarju minn kull Stat Membru u l-BĊE, fl-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom. Din id-data għandha tintuża mill-membri tas-SEBĊ esklussivament għal għanijiet statistiċi.’ |
8. |
L-Annessi A u B huma mħassra. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
Å. TORSTENSSON
(1) ĠU C 251, 3.10.2008, p. 1.
(2) Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Marzu 2009 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Opinjoni mogħtija fit-13 ta’ Jannar 2009 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(5) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.