Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0898

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2009 tal- 25 ta’ Settembru 2009 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 256, 29.9.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/12/2014; Imħassar b' 32013R0576

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/898/oj

    29.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 256/10


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 898/2009

    tal-25 ta’ Settembru 2009

    li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u partikolarment l-Artikoli 10 u 19 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u r-regoli applikabbli għall-kontrolli ta’ tali movimenti.

    (2)

    Il-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 telenka l-pajjiżi u t-territorji terzi li huma ħielsa mill-idrofobija u l-pajjiżi u t-territorji terzi fejn ir-riskju li tidħol l-idrofobija fil-Komunità bħala riżultat ta’ movimenti minn dawn il-pajjiżi u territorji terzi nstab li mhuwiex ikbar mir-riskju assoċjat mal-movimenti bejn l-Istati Membri.

    (3)

    Biex jiġi nkluża f’dik il-lista, pajjiż terz għandu juri l-istatus tiegħu fir-rigward tal-idrofobija u li jikkonforma ma ċerti rekwiżiti marbuta man-notifika tas-sospensjoni tal-idrofobija, is-sistema ta’ monitoraġġ, l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tiegħu, l-implimentazzjoni tal-miżuri regolatorji kollha għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-idrofobija u r-regolamenti dwar il-kummerċjalizzazzjoni tat-tilqim kontra l-idrofobija.

    (4)

    L-awtoritajiet kompetenti ta’ Saint Lucia ppreżentaw informazzjoni dwar l-istatus ta’ dak il-pajjiż terz fir-rigward tal-idrofobija, kif ukoll informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003. Mill-valutazzjoni ta’ dik l-informazzjoni, jidher li l-pajjiż ta’ Saint Lucia jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dak ir-Regolament u għalhekk għandu jiġi inkluż fil-lista stipulata fil-parti C tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

    (5)

    Il-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, tiddaħħal l-entrata li ġejja bejn l-entrata għall-Gżejjer Cayman u Montserrat:

    “LC

    Saint Lucia”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.


    Top