Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0824

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2009 tad- 9 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 u l-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 239, 10.9.2009, p. 48–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/824/oj

    10.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 239/48


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 824/2009

    tad-9 ta’ Settembru 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 u l-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwr l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

    (2)

    Fis-27 ta' Novembru 2008, il-Bord Internazzjonali tal-Istandards tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 u għall-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju 7 (Riklassifikazzjoni tal-Assi Finanzjarji – Data Effettiva u Transizzjoni) minn issa ’l quddiem “emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7.” L-emendi għal IAS 39 u għal IFRS 7 jiċċaraw id-data effettiva u l-miżuri ta’ transizzjoni tal-emendi għal dawk l-istandards maħruġa mill-IASB fit-13 ta’ Ottubru 2008.

    (3)

    Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emendi għall-IAS 39 u għall-IFRS 7 jilħqu l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċjata kif xieraq u oġġettiva.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Peress li jeħtieġ li dan ir-Regolament ma jiġix applikat retroattivament, ma hemmx il-bżonn li l-istrumenti finanzjarji li diġà tħejjew u ġew ippreżentati abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1004/2008 (4) jiġu emendati retroattivament.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximenti u Kejl u l-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar huma emendati kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Fil-każ li kumpanija tkun diġà ppreżentat ir-rapporti finanzjarji tagħha f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1004/2008, ma hemmx il-bżonn li terġa' tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum tal-pubblikazzjoni teigħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Settembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Charlie McCREEVY

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

    (3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.

    (4)  GU L 275, 16.10.2008, p. 37.


    ANNESS

    STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

    L-IAS 39 u l-IFRS 7

    Riklassifikazzjoni ta' Assi Finanzjarji - Data Effettiva u Tranżizzjoni (Emendi għal IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar)

    Riproduzzjoni permessa fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

    Riklassifikazzjoni tal-Assi FinanzjarjiData Effettiva u Tranżizzjoni (Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar)

    Emendi għall-IAS 39

    Il-paragrafu 103G tħassar u żdiedu l-paragrafi 103H u 103I.

    DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

    103H

    Riklassifikazzjoni tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġ f'Ottubru 2008, jemenda l-paragrafi 50 u AG8, u jżid il-paragrafi 50B-50F. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi fl-1 ta’ Lulju 2008 jew wara. Entità ma għandhiex tirriklassifika assi finanzjarju skont il-paragrafu 50B, 50D jew 50E qabel l-1 ta’ Lulju 2008. Kwalunkwe riklassifikazzjoni ta' assi finanzjarju mwettqa fl-1 ta’ Novembru 2008 jew wara għandhom jidħlu fis-seħħ biss mill-jum meta ssir ir-riklassifikazzjoni. Kwalunkwe klassifikazzjoni mill-ġdid ta' assi finanzjarju skont il-paragrafi 50B, 50D jew 50E ma għandhiex tiġi applikata b'lura għal qabel l-1 ta' Lulju 2008.

    103I

    Riklassifikazzjoni tal-Assi FinanzjarjiData Effettiva u Tranżizzjoni (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġ f'Novembru 2008, emenda l-paragrafu 103H. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi fl-1 ta’ Lulju 2008 jew wara.

    Emendi għall-IFRS 7

    Il-paragrafu 44E ġie emendat u żdied il-paragrafu 44F.

    DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

    44E

    Riklassifikazzjoni tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġ f'Ottubru 2008, jemenda l-paragrafu 12 u jżid il-paragrafu 12A. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi mill-1 ta’ Lulju 2008.

    44F

    Riklassifikazzjoni tal-Assi FinanzjarjiData Effettiva u Tranżizzjoni (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġ f'Novembru 2008, emenda l-paragrafu 44E. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi fl-1 ta’ Lulju 2008 jew wara.


    Top