Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0754

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 tas- 27 ta' Lulju 2009 li jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008

    ĠU L 214, 19.8.2009, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/02/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/754/oj

    19.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 214/16


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 754/2009

    tas-27 ta' Lulju 2009

    li jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jistabbilixxi reġim tal-isforz tas-sajd fejn l-opportunitajiet ta’ sajd f’termini ta’ sforz tas-sajd jingħataw lill-Istati Membri fuq bażi annwali. Skont l-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni u abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri u tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz dment li tkun disponibbli daqta xierqa dwar qabdiet u rimi ta’ merluzz tal-bastimenti involuti, li l-persentaġġ ta’ qabdiet ta’ merluzz ma jeċċedix 1,5 % tal-qabdiet totali għal kull grupp ta’ bastimenti u li l-inklużjoni tal-grupp fir-reġim tal-isforz ikun jikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġenerali fuq l-istokkijiet ta’ merluzz.

    (2)

    L-Iżvezja pprovdiet informazzjoni dwar il-qabdiet tal-merluzz minn grupp ta’ bastiment tas-sajd fis-Skagerrak u l-Kattegat għall-awwista tan-Norveġja bi gradilja selettiva ta’ tqassim kif definita fl-Appendiċi 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 43/2009 (2). Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, kif valutata mill-STECF, jista’ jkun stabbilit li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż ir-rimi, ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti matul il-perjodu fejn huma jużaw dak l-irkaptu selettiv tas-sajd, ma jeċċedix il-1,5 % tal-qabdiet totali ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti matul l-istess perjodu. Barra minn dan, b’kunsiderazzjoni lejn il-programm ta’ kontroll Żvediż għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak u Kattegat u b’kunsiderazzjoni lejn il-fatt li l-inklużjoni ta’ dak il-grupp isarraf f’piż amministrattiv sproporzjonat mal-impatt ġenerali fuq l-istokkijiet tal-merluzz, huwa xieraq li dak il-grupp ta’ bastimenti jkun eskluż, għall-perjodu meta huma jużaw l-irkaptu in kwistjoni biss, mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

    (3)

    Spanja pprovdiet informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ merluzz minn grupp ta’ bastiment bit-tkarkir tal-qiegħ fil-Punent tal-Iskozja, l-aktar għall-marlozz. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, kif valutata mill-STECF, jista’ jkun stabbilit li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż ir-rimi, ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti, ma jeċċedix il-1,5 % tal-qabdiet totali ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, b’kunsiderazzjoni lejn il-miżuri attwali li jiżguraw il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti u b’kunsiderazzjoni lejn il-fatt li l-inklużjoni ta’ dak il-grupp isarraf f’piż amministrattiv sproporzjonat mal-impatt ġenerali fuq l-istokkijiet tal-merluzz, huwa xieraq li dak il-grupp ta’ bastimenti jkun eskluż mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz stipulat fill-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

    (4)

    B’kunsiderazzjoni lejn il-fatt li l-Istati Membri qed jimmaniġjaw l-isforz u l-konformità mal-limitazzjonijiet tal-isforz fuq il-bażi tal-istaġun tas-sajd li huwa bejn l-1 ta’ Frar 2009 u l-31 ta’ Jannar 2010 u b’kunsiderazzjoni lejn il-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 ġie adottat ftit biss qabel il-bidu ta dak l-istaġun, huwa xieraq li dawn l-eżenzjonijiet ikunu applikabbli għall-istaġun tas-sajd kollu u għalhekk, li huma jibdew japplikaw mill-1 ta’ Frar 2009,

    (5)

    Sabiex tiġi żgurata ċertezza għas-sajjieda kkonċernati u sabiex dawn ikunu jistgħu jippjanaw l-attivitajiet tagħhom għall-istaġun attwali tas-sajd, malajr kemm jista’ jkun, hija importanti ħafna li tingħata eċċezzjoni għall-perijodu ta’ sitt xhur imsemmi fil-Kapitolu I, Artikolu 3, tal-Protokoll dwar l-irwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Esklużjoni mir-reġim tal-isforz skont ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008

    Il-gruppi ta’ bastimenti li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008:

    (a)

    il-grupp ta’ bastiment bil-bandiera tal-Iżvezja, parteċipanti fis-sajd indikat fit-talba tal-Iżvezja tas-26 ta’ Frar 2009 kif kompletata mill-ittra li ġġib id-data tat-8 ta’ April 2009, li jistadu fi Skagerrak u l-Kattegat matul il-perjodu li fih dawn il-bastimenti jistadu biss bi gradilja selettiva kif definita fl-Appendiċi 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 43/2009 għall-awwista tan-Norveġja;

    (b)

    il-grupp ta’ bastiment li jtajru l-bandiera ta’ Spanja, parteċipanti fis-sajd indikat fit-talba ta’ Spanja tat-2 ta’ Diċembru 2008 kif kompletata minn ittri li jġibu d-dati tas-6 u l-14 ta’ Marzu 2009, li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’malji ta’ 100 mm jew akbar fuq il-blata inklinata ‘l barra mill-Punent tal-Iskozja f’fond ta’ bejn 200 u 1 000 metru u li jistadu prinċiparjament għall-ispeċijiet tal-baħar fond u għall-merluzz.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2009.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    C. BILDT


    (1)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1).


    Top