Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0595

Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/09/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/595/oj

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/1


REGOLAMENT (KE) Nru 595/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2009

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital għandu jkun żgurat. Għal dak il-għan ġiet stabbilita sistema Komunitarja tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur rigward l-emissjonijiet għalhekk għandhom jiġu armonizzati sabiex jiġi evitat li r-rekwiżiti jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor u sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali.

(2)

Dan ir-Regolament huwa regolament ġdid separat fil-kuntest tal-proċedura Komunitarja tal-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (3). Għaldaqstant, l-Annessi IV, VI u XI ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu emendati rispettivament.

(3)

Wara t-talba tal-Parlament Ewropew, ġie introdott metodu regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità rigward il-vetturi. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jistabbilixxi biss dispożizzjonijiet fundamentali dwar l-emissjonijiet tal-vetturi, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu stabbiliti b’miżuri implimentattivi adottati skont il-proċeduri ta’ komitoloġija.

(4)

Is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali li ġie adottat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (4) jistabbilixxi l-bżonn li t-tniġġis jitnaqqas għal livelli li jimminimizzaw l-effetti dannużi fuq saħħet il-bniedem, billi tagħti attenzjoni partikolari lil popolazzjonijiet sensittivi u lill-ambjent kollu. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja stabbiliet standards xierqa għall-kwalità tal-arja ambjentali għall-protezzjoni ta’ saħħet il-bniedem u partikolarment ta’ individwi sensittivi, kif ukoll għal-limiti massimi nazzjonali tal-emissjoni. Sussegwentement għall-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Mejju 2001, li stabbiliet il-“Programm ta’ Arja Nadifa għall-Ewropa (CAFE)”, il-Kummissjoni addottat Komunikazzjoni oħra fil-21 ta’ Settembru 2005 intitolata “Strateġija Tematika dwar it-tniġġis tal-arja”. Waħda mill-konklużjonijiet ta’ dik l-istrateġija tematika hija li sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ kwalità tal-arja tal-UE huwa meħtieġ aktar tnaqqis fl-emissjonijiet mis-settur tat-trasport (it-trasport bl-ajru, dak marittimu u fuq l-art), mid-djar u mis-setturi tal-enerġija, tal-agrikoltura u tal-industrija. F’dan il-kuntest, il-kompitu li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi għandu jkun avviċinat bħala parti minn strateġija ġenerali. L-istandards tal-Euro VI huma waħda mill-miżuri mfassla sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet effettivi waqt l-użu tal-inkwinanti tal-arja bħall-inkwinanti f’partikulati (PM) kif ukoll il-prekursuri tal-ożonu bħall-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u l-idrokarbonji.

(5)

Biex jinkisbu l-għanijiet tal-UE għall-kwalità tal-arja jinħtieġ sforz kontinwu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi. Għal dik ir-raġuni, l-industrija għandha tkun ipprovduta b’informazzjoni ċara dwar il-valuri ta’ limitu futuri tal-emissjonijiet u għandu jkun permess perjodu ta’ żmien adegwat biex tilħaqhom u biex tikseb l-iżviluppi tekniċi mitluba.

(6)

B’mod partikolari, sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja u jkun hemm konformità mal-valuri ta’ limitu għal-limiti massimi tat-tniġġis u tal-emissjonijiet nazzjonali huwa meħtieġ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ NOx minn vetturi heavy-duty. L-iffissar ta’ valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet ta’ NOx minn kmieni għandu jipprovdi ċertezza fl-ippjanar tul perjodu twil ta’ żmien u mifruxa fl-Unjoni Ewropea kollha għall-manifatturi tal-vetturi.

(7)

Fl-iffissar tal-istandards ta’ emissjonijiet huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għall-kompetittività tas-swieq u tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozji u l-benefiċċji li jakkumulaw f’termini ta’ stimolu lill-innovazzjoni, titjib tal-kwalità tal-arja, tnaqqis fl-ispejjeż tas-saħħa u żjieda fl-istennija għall-ħajja.

(8)

Aċċess mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi, permezz ta’ format standardizzat li jista’ jintuża sabiex tkun irkuprata l-informazzjoni teknika, u l-kompetizzjoni effettiva fis-suq għas-servizzi ta’ tiswija u ta’ informazzjoni dwar il-manutenzjoni tal-vetturi, huma meħtieġa sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, partikolarment rigward il-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti s-servizzi. Proporzjon kbir minn tali informazzjoni huwa relatat ma’ sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u l-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi oħra tal-vetturi. Jeħtieġ li jiġu stabbliti speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom ikunu segwiti mill-manifatturi fir-rigward tal-provvista’ ta’ informazzjoni fuq is-siti elettroniċi tagħhom, flimkien ma’ miżuri mmirati sabiex ikun żgurat aċċess raġonevoli għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

(9)

Mhux aktar tard mis-7 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-operat tas-sistema ta’ aċċess bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi bil-għan li jiġi determinat jekk ikunx adatt li jiġu kkonsolidati d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi fi ħdan il-qafas leġiżlattiv rivedut dwar l-approvazzjoni tat-tip. Jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għal informazzjoni bħal din jiġu konsolidati b’dan il-mod, id-dispożizzjonijiet ekwivalenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħassru, sakemm jinżammu d-drittijiet attwali dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni.

(10)

Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ forma standard internazzjonali għal aċċess bla restrizzjonijiet u standardizzat għal informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta’ vetturi, pereżempju permezz tal-ħidma tal-Kumitat Ewropew għall-Istandarizzazzjoni (CEN).

(11)

Huwa essenzjali li jiġi stabbilit standard komuni Ewropew għall-format ta’ informazzjoni OBD tal-vettura u dwar it-tiswija tal-vettura u l-manutenzjoni tagħha. Sakemm jasal iż-żmien li dak l-istandard jiġi adottat, l-informazzjoni OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi kbar għandha tiġi ppreżentata b’mod li jsir l-aċċess malajr u f’forma li tiggarantixxi aċċess mhux diskriminatorju. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq is-siti elettroniċi tal-produtturi, jew, jekk dan ma jkunx possibbli minħabba n-natura tal-informazzjoni, f’forma oħra adegwata.

(12)

Il-Kummissjoni għandha żżom taħt reviżjoni l-emissjonijiet li s’issa għadhom mhumiex regolati u li tfaċċaw b’konsegwenza ta’ użu usa’ ta’ formulazzjonijiet ġodda tal-fjuwil, ta’ teknoloġiji tal-magni u ta’ sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni għandha ukoll, fejn ikun meħtieġ, tressaq proposta quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill bil-ħsieb li tali emissjonijiet jiġu regolati.

(13)

Huwa xieraq li tkun inkoraġġita l-introduzzjoni ta’ vetturi li jużaw fjuwils alternattivi, li jista’ jkollhom emissjonijiet baxxi ta’ NOx u ta’ partikulati. B’hekk, għandhom ikunu introdotti valuri ta’ limitu għall-idrokarbonji, għall-idrokarbonji mhux tal-metanu u għall-metanu.

(14)

Sabiex ikun żgurat li l-emissjonijiet tal-inkwinanti f’partikulati ferm irqaq (PM 0.1 μm u inqas) jiġu kkontrollati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta metodu bbażat fuq in-numru rigward l-emissjonijiet tal-inkwinanti f’partikulati minbarra l-metodu bbażat fuq il-massa li qed jintuża bħalissa. Il-metodu bbażat fuq in-numri rigward l-emissjonijiet tal-partiċelli għandu jkun imsejjes fuq ir-riżultati tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati (PMP) tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) u għandu jkun konsistenti mal-għanijiet ambizzjużi eżistenti għall-ambjent.

(15)

Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi ambjentali, huwa xieraq li jkun indikat li l-limiti tal-għadd ta’ partiċelli x’aktarx li jirriflettu l-ogħla livelli ta’ rendiment li jinkisbu attwalment bil-filtri tal-partiċelli permezz tal-użu tal-aqwa teknoloġija disponibbli.

(16)

Il-Kummissjoni għandha tadotta ċikli ta’ sewqan armonizzati fid-dinja fil-proċedura tat-test li tipprovdi l-bażi għar-regolamenti tal-KE dwar l-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip. Għandhom jitqiesu wkoll l-applikazzjoni ta’ sistemi li jinġarru tal-kejl tal-emissjonijiet biex jiġu verifikati l-emissjonijiet effettivi waqt l-użu u l-introduzzjoni ta’ proċeduri sabiex jiġu kontrollati l-emissjonijiet off-cycle.

(17)

Iż-żieda ta’ filtri tal-partiċelli tad-diżil f’vetturi heavy duty tista’ twassal għal emissjonijiet ogħla tad-dijossidu tan-nitroġenu (NO2). Bħala parti mill-istrateġija tematika dwar it-tniġġis tal-arja, il-Kummissjoni għalhekk għandha tħejji abbozz ta’ proposta leġiżlattiva biex tkun armonizzata l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar iż-żieda ta’ apparat u biex ikun żgurat li tinkorpora kundizzjonijiet ambjentali.

(18)

Is-sistemi OBD huma importanti sabiex jiġu kontrollati l-emissjonijiet waqt li l-vettura tkun qed tintuża. Minħabba l-importanza li jiġu kontrollati l-emissjonijiet reali fid-dinja, il-Kummissjoni għandha żżomm taħy reviżjoni r-rekwiżiti għal tali sistema u l-limiti ta’ tolleranza għall-monitoraġġ ta’ difetti.

(19)

Sabiex tkun immonitorjata l-kontribuzzjoni ta’ dan is-settur, b’mod sħiħ, għall-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra, il-Kummissjoni għandha tintroduċi l-kejl tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tad-disjossidu tal-karbonju (CO2) ta’ vetturi heavy-duty.

(20)

Sabiex jiġi promoss is-suq għal vetturi nodfa u effiċjenti fir-rigward ta’ enerġija, il-Kummissjoni għandha teżamina l-fattibilità u l-iżvilupp ta’ definizzjoni u metodoloġija ta’ konsum ta’ enerġija u ta’ emissjonijiet ta’ CO2 għal vetturi sħaħ u mhux biss għall-magni, bla ħsara għall-użu ta’ ttestjar virtwali u reali. Tali definizzjoni u l-metodoloġija għandhom ikopru wkoll kunċetti alternattivi ta’ sewqan (eż. vetturi ibridi) u l-effetti ta’ titjib fil-vetturi bħall-aerodinamika, il-piż, il-kapaċità ta’ tagħbija u r-reżistenza tat-tidwir. Jekk jista’ jiġi identifikat metodu xieraq ta’ preżentazzjoni u paragun, il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ CO2 li jirriżultaw għandhom isiru disponibbli pubblikament għal tipi separati ta’ vetturi.

(21)

Sabiex ikunu kkontrollati aħjar l-emissjonijiet effettivi waqt l-użu inklużi l-emissjonijiet off-cycle u sabiex jiġi faċilitat il-proċess ta’ konformità waqt l-użu, għandhom jiġu adottati metodoloġija ta’ ttestjar u rekwiżiti ta’ rendiment ibbażati fuq sistemi li jinġarru ta’ kejl tal-emissjonijiet f’perjodu ta’ żmien adegwat.

(22)

Sabiex jinkisbu l-għanijiet għall-kwalità tal-arja tal-UE, il-Kummissjoni għandha tintroduċi dispożizzjonijiet armonizzati sabiex tiżgura li l-emissjonijiet off-cycle minn magni u vetturi heavy-duty jiġu kontrollati b’mod xieraq tul firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet operattivi tal-magni u tal-ambjent.

(23)

Il-funzjonament korrett tas-sistema ta’ wara t-trattament, u b’mod aktar speċifiku fil-każ tal-NOx, huwa r-rekwiżit bażiku sabiex jiġu sodisfati l-istandards stabbiliti għall-emissjonijiet tal-inkwinanti. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu introdotti miżuri sabiex tkun iggarantita l-ħidma xierqa ta’ sistema li jistrieħu fuq l-użu ta’ reaġent.

(24)

Permezz ta’ inċentivi fiskali, l-Istati Membri jistgħu jaċċeleraw it-tqegħid fis-suq ta’ vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġew adottati fil-livell Komunitarju. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jinkludu l-emissjonijiet fil-metodu għall-kalkolu tat-taxxi imposti fuq il-vetturi.

(25)

Meta l-Istati Membri ifasslu miżuri biex jiġi żgurat li jkun miżjud apparat fil-vetturi heavy duty eżistenti, tali miżuri għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards Euro VI.

(26)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li qed jiġu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(27)

Ir-rekwiżiti tal-qawwa tal-magna tal-vetturi bil-mutur inklużi fid-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw għall-qawwa tal-magna ta’ vetturi bil-mutur (5) għandhom jiġu introdotti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (6). Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandu jiġi emendat rispettivament u d-Direttiva 80/1269/KEE għandha tiġi mħassra.

(28)

Sabiex tiġi simplifikata l-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa adatt li l-leġiżlazzjoni komunitarja eżistenti dwar l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty, jiġifieri d-Direttiva 2005/55/KE (7), u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE (8), jiġu sostitwiti minn Regolament. L-użu ta’ regolament għandu jiżgura li d-dispożizzjonijiet tekniċi dettaljati jkunu direttament applikabbli għall-manifatturi, għall-awtoritajiet ta’ approvazzjoni u għas-servizzi tekniċi u li jistgħu jiġu aġġornati b’mod mgħaġġel u effiċjenti.. Għalhekk id-Direttivi 2005/55/KE u 2005/78/KE għandhom jiġu mħassra u r-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi emendat rispettivament.

(29)

Il-miżuri li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (9).

(30)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tintroduċi valuri ta’ limitu bbażati fuq in-numru ta’ partiċelli fl-Anness I, li tispeċifika, jekk xieraq, il-valur tal-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta’ limitu tal-NOx, li tistabbilixxi proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll proċedura ta’ kejl għan-numru ta’ partiċelli, u li tadotta miżuri li jikkonċernaw emissjonijiet off-cycle, l-użu ta’ sistemi ta’ kejl tal-emissjonijiet li jistgħu jinġarru, aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u ċ-ċikli ta’ test li jintużaw sabiex jitkejlu l-emissjonijiet. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(31)

Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri r-realizzazzjoni tas-suq intern permezz tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni li jikkonċernaw emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u l-aċċess iggarantit għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għal operaturi indipendenti fuq l-istess bażi bħal negozjanti u sewwejja awtorizzati, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, fejn il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur, magni u parts ta’ sostituzzjoni rigward l-emissjonijiet tagħhom.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli għal konformità waqt l-użu ta’ vetturi u ta’ magni, kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, is-sistemi OBD, il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet CO2 u l-aċċessibbiltà ta’ informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi bil-mutur tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li teċċedi l-2 610 kg u għall-vetturi bil-mutur kollha tal-kategoriji M3 u N3, kif ġew definiti f’dak l-Anness.

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għall-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura kompleta mogħtija skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu għandha tkun estiża għall-vettura inkompleta b’massa ta’ referenza li ma teċċedix l-2 610 kg. L-approvazzjonijiet tat-tip għandhom ikunu estiżi jekk il-manifattur jista’ juri li l-kombinazzjonijiet kollha tal-bodywork li x’aktarx li jinbnew fuq il-vettura inkompleta jżidu l-massa ta’ referenza tal-vettura għal aktar minn 2 610 kg.

Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura mogħtija skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu għandha tkun estiża għall-varjanti u l-verżjonijiet tagħha b’massa ta’ referenza li teċċedi l-2 380 kg sakemm tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti marbuta mal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u l-konsum tal-fjuwil stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u fil-miżuri implimentattivi tagħha.

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“magna” tfisser is-sors ta’ propulsjoni ta’ qawwa mekkanika ta’ vettura li għaliha tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata, kif ġiet definita fil-punt (25) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(2)

“inkwinanti gassużi” tfisser l-emissjonijiet tal-gass tal-egżost tal-monossidu tal-karbonju, ta’ NOx , espressi f’ekwivalenti għad-NO2, u tal-idrokarbonji;

(3)

“inkwinanti f’partikulati” tfisser il-komponenti tal-gass tal-egżost li jitneħħew minn gass tal-egżost dilwit f’temperatura massima ta’ 325 K (52 °C) permezz ta’ filtri deskritti fil-proċedura tat-test għall-verifika tal-emissjonijiet mit-tailpipe;

(4)

“emissjonijiet mit-tailpipe” tfisser l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u f’partikulati;

(5)

“crankcase” tfisser l-ispazji fi, jew barra minn magna li huma konnessi mat-tank taż-żejt b’kanali interni jew esterni li minnhom jistgħu jiġu emessi l-gassijiet u l-fwar;

(6)

“tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet mit-tailpipe;

(7)

“sistema dijanjostika fil-vettura(OBD)” tfisser sistema abbord vettura jew konnessa ma’ magna li għandha l-kapaċità li tidentifika ħsarat, u jekk applikabbli, tindikahom permezz ta’ sistema ta’ allarm, li tidentifika ż-żona fejn probabbli tinsab il-ħsara permezz ta’ informazzjoni maħżuna fil-memorja tal-kompjuter, u li tgħaddi dik l-informazzjoni 'l barra mill-vettura;

(8)

“strateġija ta’ tbagħbis” tfisser strateġija għall-kontroll tal-emissjonijiet li tnaqqas l-effikaċja tal-kontrolli tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet operattivi ambjentali jew tal-magna li jkun hemm jew waqt it-tħaddim normali tal-vettura jew barra l-proċeduri tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip;

(9)

“tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tali tagħmir kopert bl-approvazzjoni tat-tip mogħtija lill-vettura kkonċernata;

(10)

“tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tali tagħmir maħsub biex jissostitwixxu tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis u li jista’ jiġi approvat bħala unità teknika separata, kif ġiet definita fil-punt 25 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(11)

“informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, għall-manutenzjoni, għall-ispezzjoni, għall-monitoraġġ perjodiku, għat-tiswija, għar-ri-programmazzjoni jew għar-ri-inizjalizzazzjoni jew l-appoġġ djanjostiku mill-bogħod tal-vettura u li l-manifatturi jipprovdu lin-negozjanti u lis-sewwejja awtorizzati tagħhom, inklużi l-emendi u s-supplimenti sussegwenti għal tali informazzjoni. Din l-informazzjoni tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex vettura tiġi mgħammra b’parts jew b’tagħmir;

(12)

“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli għall-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip jew għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhux essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata li hi s-suġġett tal-proċess ta’ approvazzjoni;

(13)

“operatur indipendenti” tfisser intrapriżi għajr negozjanti u sewwejja awtorizzati li jkunu direttament jew indirettament involuti fit-tiswija u fil-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur, b’mod partikolari s-sewwejja, il-manifatturi jew id-distributuri ta’ tagħmir ta’ tiswija, għodod jew spare parts, il-pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, il-klabbs tal-karozzi, l-operaturi tal-għajnuna fit-triq, l-operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ta’ ttestjar, l-operaturi li joffru t-taħriġ lill-installaturi, lill-manifatturi u lis-sewwejja ta’ tagħmir għal vetturi li jużaw fjuwil alternattiv;

(14)

“vettura li tuża fjuwil alternattiv” tfisser vettura ddisinjata biex tkun kapaċi taħdem b’mill-inqas tip wieħed ta’ fjuwil li jkun jew gassuż f’temperatura u fi pressjoni atmosferika, jew sustanzjalment derivat minn żejt mhux minerali;

(15)

“massa ta’ referenza” tfisser il-massa tal-vettura li taħdem sew mingħajr il-massa uniformi tas-sewwieq ta’ 75 kg u miżjuda b’massa uniformi ta’ 100 kg;

(16)

“tbagħbis” tfisser inattivazzjoni, aġġustament jew modifika tas-sistema tal-vettura tal-kontroll tal-emissjonijiet jew tal-propulsjoni, inkluż kull softwer jew elementi oħra ta’ kontroll loġiku ta’ dawk is-sistemi, li jkollu l-effett, kemm jekk maħsub kif ukoll jekk le, li tmur għall-agħar r-rendiment tal-vettura fir-rigward tal-emissjonijiet.

Il-Kummissjoni tista’ tadatta din id-definizzjoni fil-punt 7 tal-ewwel subparagrafu sabiex tirrifletti l-progress tekniku f’sistemi OBD. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 4

L-obbligi tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħa, irreġistrati jew mdaħħla fis-servizz fil-Komunità, il-magni l-ġodda kollha mibjugħa jew mdaħħla fis-servizz fil-Komunità u t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis il-ġdid kollu li jeħtieġu approvazzjoni tat-tip skont l-Artikoli 8 u 9, li jinbiegħu jew mdaħħla fis-servizz fil-Komunità, ikollhom l-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

2.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità fil-produzzjoni, għal kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis u għall-konformità waqt l-użu jiġu segwiti.

Il-miżuri tekniċi li jieħu l-manifattur għandhom ikunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-tailpipe jkunu effettivament limitati, skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu, tul il-ħajja normali tal-vetturi f’kundizzjonijiet normali ta’ użu.

Għal dak il-għan, in-numru ta’ mili u l-perjodu ta’ żmien li b’referenza għalihom għandhom jitwettqu t-testijiet għal kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis li jsiru għall-approvazzjoni tat-tip u l-ittestjar għall-konformità tal-vetturi jew tal-magni waqt l-użu għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

160 000 km jew ħames snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta’ magni mwaħħla fuq vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2;

(b)

300 000 km jew sitt snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta’ magni mwaħħla fuq vetturi tal-kategoriji N2, N3 b’massa massima teknikament permissibbli li ma teċċedix is-16-il tunnellata metrika u M3 Klassi I, Klassi II u Klassi A, u Klassi B b’massa massima teknikament permissibbli li ma teċċedix is-7,5 tunnellati metriċi;

(c)

700 000 km jew seba’ snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta’ magni mwaħħla fuq vetturi tal-kategoriji N3 b’massa massima teknikament permisibbli li teċċedi s-16-il tunnellata u M3, Klassi III u Klassi B b’massa massima teknikament permissibbli li teċċedi s-7,5 tunnellati metriċi.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri u rekwiżiti speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom ikunu adottati skont il-proċedurra regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 5

Ir-rekwiżiti u t-testijiet

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw il-konformità mal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I.

2.   Il-manifatturi għandhom jattrezzaw il-vetturi u l-magni sabiex il-komponenti li probabbilment jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati b’tali mod li l-vettura jew il-magna, f’użu normali, tkun tista’ tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

3.   L-użu ta’ strateġiji ta’ tbagħbis li jnaqqsu l-effikaċja tat-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet għandu jkun ipprojbit.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu inklużi miżuri fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi li ġej: ċikli tat-test,l-użu ta’ sistemi li jistgħu jinġarru ta’ kejl tal-emissjonijiet għall-verifika tal-emissjonijiet in-use attwali, il-verifika u l-limitar tal-emissjonijiet off-cycle,l-iffissar ta’ limiti għan-numru ta’ partiċelli filwaqt li jinżammu r-rekwiżiti ambizzjużi eżistenti dwar l-ambjent, uemissjonijiet waqt idling speed;

(b)

l-emissjonijiet mill-crankcase;

(c)

is-sistemi OBD u r-rendiment waqt l-użu tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis;

(d)

kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, it-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, il-konformità tal-magni u tal-vetturi waqt l-użu, il-konformità tal-produzzjoni u ta’ kemm il-vettura jew il-magna tkun tajba għat-triq;

(e)

l-emissjonijiet CO2 u l-konsum tal-fjuwil;

(f)

l-għoti ta’ estensjoni għall-approvazzjonijiet tat-tip;

(g)

it-tagħmir tat-testijiet;

(h)

il-karburanti ta’ referenza, bħall-petrol, diesel, karburanti gassużi u bijokarburanti, bħal bijoetanol, bijodiżil u bijogass;

(i)

il-kejl tal-qawwa tal-magna;

(j)

il-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni tal-apparat tal-kontroll tat-tniġġis;

(k)

id-dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex tkun żgurata l-ħidma korretta tal-miżuri ta’ kontroll ta’ NOx; tali dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw li l-vetturi ma jistgħux jitħaddmu jekk il-miżuri ta’ kontroll ta’ NOx ma jkunux qed jaħdmu minħabba, pereżempju, nuqqas ta’ xi reaġent meħtieġ, fluss ta’ riċirkolazzjoni inkorrett tal-gass mill-egżost (EGR) jew deattivazzjoni tal-EGR.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 6

L-aċċess għall-informazzjoni

1.   Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni OBD tal-vettura, għal tagħmir djanjostiku u tagħmir ieħor, għal għodod li jinkludu kull software rilevanti u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi lill-operaturi indipendenti.

Il-manifatturi għandhom jipprovdu faċilità standardizzata, sikura, u remota biex jippermettu persuni li jwettqu tiswijiet indipendenti akkreditati biex ilestu operazzjonijiet li jinkludu aċċess għas-sistema ta’ sigurtà tal-vettura.

Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip li ssir fi stadji differenti, il-manifattur responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip rispettiva għandu jkun responsabbli wkoll biex jikkomunika informazzjoni dwar it-tiswija relatata mal-istadju partikolari kemm lill-manifattur finali kif ukoll lill-operaturi indipendenti. Il-manifattur finali għandu jkun responsabbli għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-vettura kollha lill-operaturi indipendenti.

Għandhom japplikaw mutatis mutandis l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Sakemm jiġi adottat l-istandard rilevanti, pereżempju permezz tal-ħidma tas-CEN, l-informazzjoni OBD tal-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun preżentata b’mod mhux diskriminatorju u b’aċċess faċli.

Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq is-siti elettroniċi tal-manifatturi, jew, jekk dan ma jkunx possibbli minħabba n-natura tal-informazzjoni, taħt forma oħra xierqa.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u taġġorna, għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi xierqa relatati mal-mod li bih l-informazzjoni OBD tal-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun ipprovduta. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tat-teknoloġija tal-informatika attwali, żviluppi prevedibbli fit-teknoloġija tal-vetturi, l-istandards ISO attwali u l-possibilità ta’ standard ISO dinji.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri oħra li jkunu meħtieġa għall-implimentazjoni tal-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 7

L-obbligi li jikkonċernaw sistemi li jużaw reaġent konsumabbli

1.   Il-manifatturi, is-sewwejja u l-operaturi tal-vetturi m’għandhomx ibagħbsu s-sistemi li jużaw reaġent konsumabbli.

2.   L-operaturi tal-vetturi għandhom jiżguraw li l-vetturi ma jinstaqux mingħajr reaġent konsumabbli.

Artikolu 8

L-iskeda għall-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi u tal-magni

1.   B’effett mill-31 ta’ Diċembru 2012, stabbilita fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 16, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tipi ġodda ta’ vetturi jew magni li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

Iċ-ċertifikati tekniċi tal-approvazzjoni tat-tip li jikkorrispondu għall-istadji ta’ emissjoni preċedenti għall-Euro VI jistgħu jingħataw lil vetturi u lil magni maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, sakemm tali ċertifikati jiddikjaraw b’mod ċar li l-vetturi u l-magni meqjusa ma jistgħux jitqiegħdu fuq is-suq Komunitarju.

2.   B’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi.

B’effett mill-istess data u ħlief fil-każ ta’ magni sostituti għal vetturi li qed jintużaw, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu l-bejgħ jew l-użu ta’ magni ġodda li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivitiegħu.

3.   Bla ħsara għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u bil-kundizzjoni tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi li jissemmew fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4) u fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet tal-vetturi, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura jew ta’ magna, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew l-użu ta’ vettura ġdida u l-bejgħ u l-użu ta’ magni ġodda, fejn il-vettura kkonċernata jew il-magni kkonċernati jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 9

L-obbligi tal-Istati Membri rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-parts ta’ sostituzzjoni

Il-bejgħ jew l-installazzjoni fuq vettura ta’ tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis ġdid maħsub biex jitwaħħal fuq vetturi approvati skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu, għandhom ikunu pprojbiti jekk ma jkunux ta’ tip li fir-rigward tiegħu ngħatat approvazzjoni tat-tip b’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

Artikolu 10

L-inċentivi finanzjarji

1.   Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi bil-mutur fi produzzjoni f’serje, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

Dawk l-inċentivi għandhom japplikaw għall-vetturi l-ġodda kollha li tqiegħdu fuq is-suq tal-Istat Membru kkonċernat, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu. Madankollu, għandhom jieqfu japplikaw mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentivi finanzjarji għall-iffissar retroattiv sabiex jintlaħqu l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I tal-vetturi li qed jintużaw u għall-iskrappjar ta’ vetturi li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

3.   Għal kull tip ta’ vettura bil-mutur, l-inċentivi finanzjarji li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jeċċedu l-ispiża addizzjonali tat-tagħmir tekniku użat sabiex tkun żgurata konformità mal-limiti ta’ emissjoni speċifikati fl-Anness I, inkluża l-ispiża tal-installazzjoni fuq il-vettura.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiġi informata bi pjanijiet sabiex jiġu istitwiti jew mibdula l-inċentivi fiskali li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 11

Il-penali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sas-7 ta’ Frar 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti magħmula li taffettwahom.

2.   It-tipi ta’ ksur mill-manifatturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu:

(a)

dikjarazzjonijiet foloz waqt il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew waqt il-proċeduri li jwasslu għal irtirar;

(b)

il-falsifikazzjoni ta’ riżultati ta’ testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew għal konformità waqt l-użu;

(c)

iż-żamma ta’ data jew ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal revoka jew irtirar tal-approvazzjoni tat-tip;

(d)

l-użu ta’ strateġiji ta’ tbagħbis;

(e)

ir-rifjut li jkun ipprovdut aċċess għal informazzjoni.

It-tipi ta’ ksur mill-manifatturi, mis-sewwejja u mill-operaturi ta’ vetturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludi t-tbagħbis ta’ sistemi li jikkontrollaw l-emissjonijiet ta’ NOx. Dan għandu jinkludi, pereżempju, it-tbagħbis ta’ sistemi li jużaw reaġent konsumabbli.

It-tipi ta’ ksur kommess mill-operaturi ta’ vetturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu s-sewqan ta’ vettura mingħajr reaġent konsumabbli.

Artikolu 12

Ir-ridefinizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet

1.   Wara li jkunu kkompletati l-partijiet rilevanti tal-PMP tal-UN/ECE, immexxi taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, mingħajr ma tbaxxi l-livell ta’ ħarsien ambjentali fi ħdan il-Komunità:

(a)

tintroduċi bħala kontroll addizzjonali fuq l-emissjonijiet ta’ materja partikulata valuri ta’ limitu bbażati fuq in-numru ta’ partiċelli stabbiliti f’livell xieraq għat-teknoloġiji li jkunu qed jintużaw dak iż-żmien sabiex jiġi ssodisfat il-limitu tal-massa partikulata;

(b)

tadotta proċedura ta’ kejl għan-numru tal-partiċelli.

Il-Kummissojni għandha wkoll, bla ma tnaqqas il-livell ta’ ħarsien ambjentali fil-Komunità, tispeċifika valur ta’ limitu għall-emissjonijiet għall-NO2 minbarra dak għall-NOx kollu, jekk xieraq. Il-limitu għall-emissjonijiet għall-NO2 għandu jkun stabbilit f’livell li jirrifletti r-rendiment tat-teknoloġiji li jkunu jeżistu f’dak iż-żmien.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi fatturi ta’ korrelazzjoni bejn iċ-ċiklu tranżitorju Ewropew (ETC) u ċ-ċiklu stabbli Ewropew (ESC) kif ġie deskritt fid-Direttiva 2005/55/KE, u ċ-ċiklu ta’ sewqan armonizzat dinji tranżitorju (WHTC) u ċ-ċiklu ta’ sewqan stabbli armonizzat dinji fi stat stabbli (WHSC) u għandha tadotta l-valuri ta’ limitu kif ikun xieraq. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 5(4) kif ukoll iċ-ċikli tat-test li ntużaw sabiex jitkejlu l-emissjonijiet.

Jekk l-analiżi ssib li dawk il-proċeduri, it-testijiet, ir-rekwiżiti u ċ-ċikli tat-test m’għadhomx aktar adegwati jew m’għadhomx aktar jirriflettu l-emissjonijiet dinjija effettivi, għandhom jiġu adattati sabiex jirriflettu adegwatament l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-inkwinanti elenkati fil-punt 2 tal-Artikolu 3. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li jiġu regolati l-emissjonijiet ta’ inkwinanti addizzjonali, din għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku - Vetturi tal-Mutur (TCMV) stabbilit bl-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2007/46/KE.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 14

Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4), fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 12(1)(a) u (b) sal-1 ta’ April 2010.

Artikolu 15

L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

wara l-punt (h), il-kelma “u” għandha titħassar;

(ii)

għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“(j)

il-kejl tal-qawwa tal-magna.”

(2)

L-Artikolu 14(6) għandu jitħassar.

Artikolu 16

L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

L-Annessi IV, VI u XI tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu emendati skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Tħassir

1.   Id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE għandhom jitħassru b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Ir-referenzi li jsiru għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mis-7 ta’ Awwissu 2009. Madankollu, l-Artikoli 8(3) u 10 għandhom japplikaw mis-7 ta’ Awwissu 2009 u l-punti 1(a)(i), 1(b)(i), 2(a), 3(a)(i), 3(b)(i), 3(c)(i) 3(d)(i) u 3(e)(i) tal-Anness II għandhom japplikaw mill-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

Š. FÜLE


(1)  ĠU C 211, 19.8.2008, p. 12.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2009.

(3)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 375, 31.12.1980, p. 46.

(6)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(7)  Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li gandhom jittiedu kontra l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jadmu b'compression ignition għall-użu f'vetturi, u l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi minn magni b'positive ignition li jadmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f'vetturi (ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1).

(8)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE tal-14 ta' Novembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2005/55/KE u li temenda l-Annessi I, II, III, IV u VI tagħha (ĠU L 313, 29.11.2005, p. 1).

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS I

Il-limiti ta’ emissjoni tal-Euro VI

 

Valuri ta’ limitu

CO

(mg/kWh)

THC

(mg/kWh)

NMHC

(mg/kWh)

CH4

(mg/kWh)

NOX  (1)

(mg/kWh)

NH3

(ppm)

massa ta’ PM

(mg/kWh)

numru ta’ PM (2)

(#/kWh)

ESC (CI)

1 500

130

 

 

400

10

10

 

ETC (CI)

4 000

160

 

 

400

10

10

 

ETC (PI)

4 000

 

160

500

400

10

10

 

WHSC (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

WHTC (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

Nota:

PI

=

Positive-Ignition,

CI

=

Compression-Ignition.


(1)  Il-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta’ limitu ta’ NOx jista’ jiġi definit aktar ‘il quddiem.

(2)  Standard numeriku għandu jkun iddefinit aktar ‘il quddiem u mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2010.

(3)  Il-valuri ta’ limitu relatati mad-WHSC u mad-WHTC, li jieħdu post il-valuri ta’ limitu marbuta mal-ESC u l-ETC, se jiġu introdotti aktar ‘il quddiem, ladarba jkunu ġew stabbiliti l-fatturi ta’ korelazzjoni rigward iċ-ċiklu kurrenti (ESC u ETC), mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2010.


ANNESS II

L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:

1.

Il-Parti I tal-Anness IV għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii)

għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali

Applikabilità

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1

X12

X12

X

X12

X12

X”

 

 

 

 

(iii)

għandha tiġi miżjuda n-nota li ġejja:

“(12)

Għal vetturi b’massa ta’ referenza li teċċedi l-2 610 kg li mhumiex approvati għat-tip (fuq it-talba tal-manifattur u sakemm il-massa ta’ referenza tagħhom ma teċċedix l-2 840 kg) skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007.”;

(b)

fl-Appendiċi, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii)

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:

 

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali

M1

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty, ħlief is-sett kollu ta’ rekwiżiti relatati mas-sistemi Dijanjostiċi fuq il-Vettura (OBDs) u l-aċċess għall-informazzjoni/Aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1

A”

(2)

Fl-Appendiċi mal-Anness VI, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

il-punti 40 u 41 jitħassru;

(b)

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Kif emendat minn

Applikabbli għal verżjonijiet

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009”

 

 

(3)

L-Anness XI għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fl-Appendiċi 1, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii)

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:

Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1 ≤ 2 500 (1) kg

M1 > 2 500 (1) kg

M2

M3

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

G + H

G + H

G + H

G + H”

(b)

Fl-Appendiċi 2, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii)

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:

Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“41a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

X

X

X

X

X

X”

 

 

 

 

(ċ)

Fl-Appendiċi 3, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii)

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:

Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

X”

(d)

Fl-Appendiċi 4, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii)

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:

Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

H

H

H

H

H”

 

 

 

 

(e)

Fl-Appendiċi 5, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii)

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:

Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Krejn mobbli tal-kategorija N3

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

V”


Top