Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0507

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2009 tal- 15 ta' Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Abbacchio Romano (IĠP))

    ĠU L 151, 16.6.2009, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/507/oj

    16.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 151/27


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 507/2009

    tal-15 ta' Ġunju 2009

    li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Abbacchio Romano (IĠP))

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba tal-Italja biex id-denominazzjoni “Abbacchio Romano” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 213.

    (2)  ĠU C 269, 24.10.2008, p. 16.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

    Klassi 1.1.   Laħam (u interjuri) frisk/i

    L-ITALJA

    Abbacchio Romano (IĠP)


    Top