This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0390
Regulation (EC) No 390/2009 of the European Parliament and of the Council of 23 April 2009 amending the Common Consular Instructions on visas for diplomatic missions and consular posts in relation to the introduction of biometrics including provisions on the organisation of the reception and processing of visa applications
Regolament (KE) Nru 390/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet dilomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni tal-bijometrika inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċezzjoni l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża
Regolament (KE) Nru 390/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet dilomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni tal-bijometrika inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċezzjoni l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża
ĠU L 131, 28.5.2009, p. 1–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/04/2010
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 52005XG1222(01) | Emenda | PA08 | 29/05/2009 | |
Modifies | 52005XG1222(01) | Emenda | PA02 | 29/05/2009 | |
Modifies | 52005XG1222(01) | Emenda | PA02P01.2PTB) | 29/05/2009 | |
Modifies | 52005XG1222(01) | Emenda | PA03 | 29/05/2009 | |
Modifies | 52005XG1222(01) | Emenda | PA07 | 29/05/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32009R0390R(01) | (ES) | |||
Repealed by | 32009R0810 | Tħassir | artikolu 2 | 05/04/2010 |
28.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 131/1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 390/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ April 2009
li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet dilomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni tal-bijometrika inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċezzjoni l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62 (2) b) ii) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Biex ikunu żgurati l-verifika u l-identifikazzjoni affidabbli tal-applikanti huwa meħtieġ li d-data bijometrika tiġi pproċessata fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (3) u li jiġi pprovdut qafas legali għall-ġbir ta’ dawn l-identifikaturi bijometriċi. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-VIS teħtieġ forom ġodda ta’ organizzazzjoni għar-riċezzjoni ta’ applikazzjonijiet għal viżi. |
(2) |
L-integrazzjoni tal-identifikaturi bijometriċi fil-VIS hija pass importanti lejn l-użu ta’ elementi ġodda, li jistabbilixxu rabta aktar affidabbli bejn id-detentur tal-viża u l-passaport sabiex jiġi evitat l-użu ta’ identitajiet foloz. Għalhekk, il-preżentazzjoni personali tal-applikant –mill-inqas għall-ewwel applikazzjoni– għandha tkun waħda mir-rekwiżiti bażiċi għall-ħruġ ta’ viża bir-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi fil-VIS. |
(3) |
L-għażla tal-identifikaturi bijometriċi ssir fir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-“Regolament VIS”) (4). |
(4) |
Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-istandards għall-ġbir ta’ dawn l-identifikaturi bijometriċi billi jirreferi għad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO). M’humiex meħtieġa aktar speċifikazzjonijiet tekniċi sabiex tkun żgurata l-interoperabbiltà. |
(5) |
Kull dokument, data jew identifikatur bijometriku rċevut minn Stat Membru waqt li tkun għaddejja applikazzjoni għal viża għandu jitqies bħala dokument konsulari taħt il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24 ta’ April 1963 u għandu jiġi ttrattat b’mod adegwat. |
(6) |
Sabiex tkun iffaċilitata r-reġistrazzjoni tal-applikanti u biex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-Istati Membri, jeħtieġ li jiġu previsti possibbiltajiet organizzattivi ġodda minbarra l-qafas eżistenti ta’ rappreżentanza. L-ewwel nett għandu jiżdied tip speċifiku ta’ rappreżentanza limitat għall-ġbir ta’ applikazzjonijiet u r-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi mal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari (5). |
(7) |
Għandhom jiddaħħlu għażliet oħra bħalma huma l-kolokazzjoni, iċ-ċentri komuni għall-applikazzjonijiet, konsli onorarji u koperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi. Għandu jiġi stabbilit qafas legali adatt għal dawn l-għażliet, filwaqt li jittieħed kont b’mod partikolari ta’ kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-qafas legali, għandhom jiddeterminaw it-tip ta’ struttura organizzattiva li ser jużaw f’kull wieħed mill-pajjizi terzi. Id-dettalji dwar dawk l-istrutturi għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni. |
(8) |
Meta jkunu qed jorganizzaw il-koperazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jiġu ggwidati lejn l-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjoni tagħhom. |
(9) |
Huwa meħtieġ li jsiru provvedimenti għal sitwazzjonijiet li fihom l-Istati Membri jiddeċiedu li, sabiex jiffaċilitaw il-proċedura, jikkoperaw ma’ fornitur estern tas-servizzi għall-ġbir ta’ applikazzjonijiet. Tali deċiżjoni tista’ tittieħed jekk, f’ċirkostanzi partikolari jew għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni lokali, il-koperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn fil-forma ta’ rappreżentanza limitata, kolokazzjoni jew Ċentru Komuni għall-Applikazzjonijiet ma tkunx adatta għall-Istat Membru konċernat. Tali arranġamenti għandhom jiġu stabbiliti konformement mal-prinċipji ġenerali għall-ħruġ ta’ viżi, u b’rispett lejn ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (6). Barra dan, għandu jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġi evitat il-visa shopping waqt l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ tali arranġamenti. |
(10) |
L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ fornituri esterni tas-servizzi abbażi ta’ strument legali li għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet preċiżi tagħhom, dwar l-aċċess dirett u totali għall-kwartieri tagħhom, l-informazzjoni għall-applikanti, il-kunfidenzjalità u dwar iċ-ċirkostanzi, kondizzjonijiet u proċeduri għas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-koperazzjoni. |
(11) |
Dan ir-Regolament, billi jippermetti lill-Istati Membri jikkoperaw ma’ fornitur estern tas-servizzi għall-ġbir tal-applikazzjonijiet filwaqt li jistabbilixxi l-prinċipju “waqfa waħda” għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, joħloq deroga mir-regola ġenerali dwar il-preżenza personali (kif previst fil-Parti III, punt 4, tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni). Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-applikant jissejjaħ għal intervista personali u huwa wkoll mingħajr preġudizzju għal strumenti legali futuri li jirregolaw dawn il-kwistjonijiet. |
(12) |
Sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data, ġie konsultat il-Grupp ta’ Ħidma stabbilit permezz tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE. |
(13) |
Id-Direttiva 95/46/KE tapplika għall-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali konformement ma’ dan ir-Regolament. |
(14) |
L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha sabiex jippreżentaw applikazzjonijiet direttament fil-missjonijiet diplomatiċi jew fl-uffiċċji konsulari tagħhom. |
(15) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura ta’ kwalunkwe applikazzjoni sussegwenti, għandu jkun possibbli li jiġu kkopjati marki tas-swaba’ mill-ewwel inseriment fil-VIS fi żmien 59 xahar. Ladarba dan il-perijodu ta’ żmien ikun għadda, il-marki tas-swaba’ għandhom jerġgħu jinġabru. |
(16) |
Minħabba r-rekwiżit li jinġabru identifikaturi bijometriċi, intermedjarji kummerċjali bħal aġenziji tal-ivvjaġġar m’għandhomx jibqgħu jintużaw aktar għall-ewwel applikazzjoni iżda għall-dawk sussegwenti biss. |
(17) |
L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
(18) |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tliet snin wara li l-VIS tibda topera u kull erba’ snin minn hemm ‘il quddiem. |
(19) |
Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolment, jiġifieri l-organizzazzjoni tar-riċezzjoni u l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet fir-rigward tal-inseriment ta’ data bijometrika fil-VIS u l-introduzzjoni ta’ standards komuni u identifikaturi bijometriċi interoperabbli huwa meħtieġ u xieraq li jiġu stabbiliti regoli għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fil-politika komuni Komunitarja dwar il-viżi, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(20) |
Taħt l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, konformement mal-Artikolu 5 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien perijodu ta’ sitt xhur wara l-jum tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jekk hix ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(21) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (8) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim. |
(22) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jieħux sehem, taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (9). Għalhekk ir-Renju Unit m’huwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u m’huwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
(23) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irland biex tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (10). Għalhekk l-Irlanda m’hijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u m’hijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(24) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (11), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (12). |
(25) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE (13). |
(26) |
Rigward Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor fit-tifisra tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003. |
(27) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jkompli jiżviluppa l-acquis ta’ Schengen jew li huwa diversament relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi lill-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni
L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari huma b’dan emendati kif ġej:
(1) |
Il-Parti II tiġi emendata kif ġej:
|
(2) |
Il-Parti III tiġi emendata kif ġej:
|
(3) |
Il-punt 1 tal-Parti VII jiġi emendat kif ġej: “1. Organizzazzjoni ta’ sezzjonijiet tal-viżi 1.1. Organizzazzjoni tar-riċezzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni tar-riċezzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. Fil-prinċipju, l-applikazzjonijiet għandhom jiġi ppreżentati fil-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari tal-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom:
F’ċirkostanzi partikolari jew għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni lokali, bħal meta:
u fejn il-forom ta’ koperazzjoni msemmijin hawn fuq jirriżultaw mhux adatti għall-Istat Membru konċernat, Stat Membru jista’ jikkopera ma’ fornitur estern tas-servizzi, bħala l-aħħar soluzzjoni possibbli, taħt il-punt 1.4. Mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-applikant jissejjaħ għal intervista personali (kif previst fil-Parti III, punt 4), l-għażla ta’ forma ta’ organizzazzjoni m’għandhiex tirriżulta fil-ħtieġa li l-applikant jidher personalment f’aktar minn post wieħed għal preżentazzjoni ta’ applikazzjoni. 1.2. Forom ta’ koperazzjoni bejn l-Istati Membri
1.3. Rikors għand konsli onorarji Konsli onorarji jistgħu wkoll ikunu awtorizzati li jwettqu xi kompiti jew il-kompiti kollha msemmijin fil-punt 1.5. Għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex ikunu garantiti s-sigurtà u l-protezzjoni tad-data. Fejn il-konslu onorarju ma jkunx impjegat taċ-ċivil ta’ Stat Membru, it-twettiq ta’ dawk il-kompiti għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 19 ħlief għad-dispożizzjonijiet fil-punt C (c) ta’ dak l-Anness. Fejn il-konslu onorarju ma jkunx impjegat taċ-ċivil ta’ Stat Membru, l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li jiġu applikati r-rekwiżiti komparabbli ma’ dawk li jkunu japplikaw kieku l-kompiti jitwettqu mill-missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari. 1.4. Koperazzjoni mal-fornituri esterni tas-servizzi L-Istati Membri għandhom jippruvaw jikkoperaw ma’ fornitur estern tas-servizzi flimkien ma’ Stat Membru wieħed jew aktar mingħajr preġudizzju għall-akkwist pubbliku u r-regoli tal-kompetizzjoni. Il-koperazzjoni mal-fornitur estern tas-servizzi għandha tkun ibbażata fuq strument legali li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 19. L-Istati Membri għandhom, fil-qafas tal-koperazzjoni konsulari lokali, jiskambjaw informazzjoni dwar l-għażla ta’ fornituri esterni tas-servizzi u l-istabbiliment tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-istrumenti legali rispettivi. 1.5. Tipi ta’ koperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi Jista’ jiġi fdat fornitur estern tas-servizzi sabiex iwettaq kompitu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
1.6. Obbligi tal-Istati Membri Fl-għażla tal-fornituri esterni tas-servizzi, l-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jiflu s-solvenza u l-kredibbiltà tal-kumpannija (inklużi l-liċenzji meħtieġa, ir-reġistrazzjoni kummerċjali, l-istatuti tal-kumpannija, il-kuntratti bankarji) u għandhom jiżguraw li m’hemm l-ebda konflitt ta’ interessi. L-Istat jew Stati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur estern tas-servizzi jikkonforma mat-termini u l-kondizzjonijiet assenjati lilhom fl-istrument legali msemmi fil-punt 1.4. L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jibqgħu responsabbli għall-konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data u għandhom jiġu ssorveljati konformement mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (**). Il-koperazzjoni ma’ fornitur estern tas-servizzi m’għandhiex tillimita jew teskludi kwalunkwe responsabbiltà li tirriżulta taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat jew Stati Membri konċernati għal ksur ta’ obbligi fir-rigward tad-data personali ta’ applikanti jew l-ipproċessar ta’ viżi. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni diretta li tista’ tittieħed direttament kontra l-fornitur estern tas-servizzi taħt il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz konċernat. L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jiżguraw li d-data tkun kompletament kriptata, kemm jekk ittrasferita elettronikament jew ittrasferita fiżikament fuq mezz ta’ ħzin elettroniku mill-fornitur estern tas-servizzi lejn l-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri konċernati. F’pajjiżi terzi li jipprojbixxu l-kriptaġġ ta’ data li għandha tiġi ttrasferita elettronikament mill-fornitur estern tas-servizzi għall-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri konċernati, dan jew dawn tal-aħħar m’għandhomx jippermettu li l-fornitur estern tas-servizzi jittrasferixxi data elettronikament. F’dan il-każ, l-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jiżguraw li d-data elettronika tiġi ttrasferita fiżikament f’forma kompletament kriptata fuq mezz ta’ ħzin elettroniku mill-fornitur estern tas-servizzi lejn l-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri konċernati minn uffiċjal konsulari ta’ Stat Membru, jew fejn trasferiment bħal dan ikun jirrikjedi li jittieħdu miżuri sproporzjonati jew mhux raġonevoli, b’mod sigur ieħor, pereżempju bl-użu ta’ operaturi stabbiliti li għandhom esperjenza fit-trasport ta’ dokumenti u data sensittiva fil-pajjiż terz konċernat. Fil-każijiet kollha l-livell ta’ sigurtà għat-trasferiment għandu jiġi adattat għan-natura sensittiva tad-data. L-Istati Membri jew il-Komunità għandhom jippruvaw jilħqu ftehim mal-pajjiżi terzi konċernati bl-għan li titneħħa l-projbizzjoni kontra l-kriptaġġ ta’ data li għandha tiġi ttrasferita elettronikament mill-fornitur estern tas-servizzi lejn l-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri konċernati. L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jagħtu taħriġ lill-fornitur estern tas-servizzi, li jkun jikkorrispondi għall-għarfien meħtieġ biex jiġi offrut servizz adatt u informazzjoni suffiċjenti lill-applikanti. L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jipprevedu l-possibbiltà ta’ verifika tal-marki tas-swaba’ fil-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari f’każijiet ta’ dubji fejn ittieħdu marki tas-swaba’ mill-fornitur estern tas-servizzi. L-eżami ta’ applikazzjonijiet, intervisti fejn adatt, il-proċess ta’ awtorizzazzjoni u l-istampar u t-twaħħil tal-istikers tal-viża għandhom jitwettqu biss mill-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari. Il-fornituri esterni tas-servizzi m’għandux ikollhom aċċess għall-VIS għal kwalunkwe għan. L-aċċess għall-VIS għandu jkun riżervat esklużivament għal persunal tal-missjonijiet diplomatiċi jew l-uffiċċji konsulari li jkun awtorizzat debitament. L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom iwettqu monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-istrument legali, inklużi:
Għal dan il-għan, il-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari tal-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom iwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda fil-kwartieri tal-fornitur estern tas-servizzi. 1.7. Miżata għas-Servizzi Il-fornituri esterni tas-servizzi jistgħu jitolbu miżata għas-servizz barra mill-miżata li għandha tintalab kif stabbilit fl-anness 12. Il-miżata għas-servizzi għandha tkun proporzjonata għall-ispejjeż imġarrba mill-fornitur estern tas-servizzi waqt li jkun qed iwettaq kompitu wieħed jew aktar imsemmijin fil-punt 1.5. Din il-miżata għas-servizzi għandha tkun speċifikata fl-istrument legali msemmi fil-punt 1.4. Fil-qafas ta’ koperazzjoni konsulari lokali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżata għas-servizz li tintalab lill-applikant tirrifletti b’mod debitu s-servizzi offruti mill-fornitur estern tas-servizzi u tkun adattata għaċ-ċirkostanzi lokali. Barra minn hekk, huma għandu jkollhom l-għan li jarmonizzaw il-miżata applikata għas-servizzi. Il-miżata għas-servizzi m’għandhiex taqbeż nofs l-ammont tal-miżata għall-viża stabbilita fl-Anness 12, irrispettivament mill-eżenzjonijiet possibbli mill-miżata għall-viża kif previst mill-Anness 12. L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha sabiex jippreżentaw applikazzjonijiet direttament fil-missjonijiet diplomatiċi jew l-uffiċċji konsulari tagħhom. 1.8. Informazzjoni Il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom juru lill-pubbliku ġenerali informazzjoni preċiża dwar il-mezzi kif jinkiseb appuntament u kif tiġi ppreżentata applikazzjoni. 1.9. Kontinwità ta’ servizz Fil-każ ta’ terminazzjoni tal-koperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn jew kwalunkwe tip ta’ fornitur estern tas-servizzi, l-Istati Membri għandhom jassiguraw il-kontinwità ta’ servizz sħiħ. 1.10. Deċiżjoni u pubblikazzjoni L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kif bi ħsiebhom jorganizzaw ir-riċezzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet f’kull rappreżentanza konsulari. Il-Kummissjoni ser tiżgura pubblikazzjoni xierqa. L-Istati Membru għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’kopja tal-istrument legali msemmi fil-punt 1.4. |
(4) |
Il-Punt 5.2 tal-Parti VIII jiġi emendata kif ġej:
|
(5) |
Jiżdied l-Anness li ġej: “ANNESS 19 Lista ta’ rekwiżiti minimi li għandhom ikunu inklużi fl-istrument legali fil-każ ta’ koperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi
|
Artikolu 2
Rappurtar
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, tliet snin wara li l-VIS tibda topera u kull erba’ snin minn hemm ‘il quddiem, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-implimentazzjoni tal-ġbir u l-użu ta’ identifikaturi bijometriċi, l-adegwatezza tal-istandard magħżul tal-ICAO, il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-esperjenza mal-fornituri esterni tas-servizzi b’referenza speċifika għall-ġbir ta’ data bijometrika, l-implimentazzjoni tar-regola tad-59 xahar għall-ikkupjar tal-marki tas-swaba’ u l-organizzazzjoni tar-riċezzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll, abbażi tal-Artikolu 17 (12), (13) u (14) u tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament tal-VIS, il-każijiet fejn il-marki tas-swaba’ fil-fatt ma setgħux jiġu pprovduti, jew ma kinux meħtieġa jingħataw għal raġunijiet legali, imqabbla man-numru ta’ każijiet fejn il-marki tas-swaba’ jittieħdu. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar każijiet fejn persuna li fil-fatt ma setgħetx tipprovdi marki tas-swaba’ ġiet miċħuda minn viża. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, minn proposti adatti biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
L-ewwel rapport għandu wkoll jindirizza l-kwistjoni tal-kredibbiltà suffiċjenti għall-għanijiet ta’ identifikazzjoni u verifika tal-marki tas-swaba’ ta’ tfal taħt l-età ta’ 12-il sena, u b’mod partikolari kif il-marki tas-swaba’ jevolvu mal-età, abbażi tar-riżultati ta’ studju mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri konformement mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
P. NEČAS
(1) ĠU C 321, 29.12.2006, p. 38.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-5 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5.
(4) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(5) ĠU C 326, 22.12.2005, p. 1.
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(7) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(8) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(9) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(10) ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.
(11) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(12) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.
(13) ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.