Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0194

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 194/2009 tal- 11 ta’ Marzu 2009 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika

    ĠU L 67, 12.3.2009, p. 50–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/07/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/194/oj

    12.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 67/50


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 194/2009

    tal-11 ta’ Marzu 2009

    li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    (1)

    Fit-13 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż (“avviż ta’ inizjazzjoni”) li ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), l-inizjazzjoni ta’ proċediment kontra s-sussidju (“investigazzjoni AS” jew “l-investigazzjoni”) fir-rigward l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika (“Stati Uniti” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

    (2)

    Fl-istess jum, il-Kummissjoni ddikjarat, permezz ta’ avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ biodiesel li joriġina mill-Istati Uniti u nediet investigazzjoni separata (“proċediment AD”).

    (3)

    L-investigazzjoni AS tnediet wara lment li tressaq fid-29 ta’ April 2008 mill-Bord Ewropew tal-Biodiżil (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f'dan il-każ ta’ aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ biodiżil. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ sussidju tal-imsemmi prodott u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed biex tkun ġustifikata l-inizjazzjoni ta’ investigazzjoni AS.

    (4)

    Qabel l-inizjazzjoni tal-proċedura u bi qbil mal-Artikolu 10(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tal-Istati Uniti li kienet irċeviet ilment dokumentat kif suppost li jallega li importazzjonijiet sussidjati ta’ biodiżil li joriġinaw fl-Istati Uniti kienu qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità. Il-Gvern tal-Istati Uniti ġie mistieden għal konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni rigward il-kontenut tal-ilment u li wieħed jasal għal soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku. Il-Gvern tal-Istati Uniti aċċetta l-offerta għall-konsultazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet saru sussegwentement fit-2 ta’ Ġunju 2008. Matul il-konsultazzjonijiet, l-ebda parti ma rnexxielha tasal għal konklużjoni miftiehma b'mod reċiproku. Madankollu, ittieħdet nota tal-kummenti li saru mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti li enfasizzaw li għal xi wħud mill-programmi statali fl-ilment, ma kienx dejjem ċar mit-tagħrif disponibbli fl-ilment li kien hemm benefiċċji kumpensatorji għall-produtturi/esportaturi tal-biodiżil fl-Istati Uniti. Wara li ġie eżaminat it-tagħrif disponibbli, ġie deċiż li l-iskemi statali jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni anki jekk dawn huma mniżżla fl-avviż ta’ bidu. Il-programm ta’ Florida dwar l-għoti għat-teknoloġija tal-enerġija li tiġġedded, il-programm ta’ Texas dwar riċerċa u żvilupp għal teknoloġija ġdida, il-programm ta’ Washington dwar libertà fl-enerġija tal-istat (it-tieni parti), il-fond ta’ Alabama għall-iżvilupp tar-riċerka u l-fossili alternattivi, il-kreditu ta’ taxxa ta’ North Dakota għat-tagħmir ta’ bejgħ u s-self għall-infrastruttura tar-refuelling u vetturi bi fjuwil alternattiv.

    (5)

    Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-esportaturi/produtturi fil-Istati Uniti, lill-importaturi, lill-fornituri, lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet li kien magħruf li huma kkonċernati, lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, lill-produtturi Komunitarji li għamlu l-ilment u lil produtturi Komunitarji oħrajn li kien magħruf li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ġew mismugħa.

    1.1.   It-teħid ta’ kampjuni ta’ esportaturi fl-Istati Uniti

    (6)

    Minħabba l-għadd li jidher li huwa kbir ta’ esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub fl-avviż ta’ bidu għad-determinazzjoni ta’ sussidju skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

    (7)

    Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, l-esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti ntalbu jippreżentaw irwieħhom sa 15-il jum mid-data ta’ bidu tal-investigazzjoni u jipprovdu tagħrif bażiku dwar l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku tagħhom, l-attivitajiet preċiżi tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni, it-taħlit u l-kummerċ ta’ biodiżil u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati tagħhom kollha involuti fil-produzzjoni, it-taħlit u l-kummerċ tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu bejn l-1 ta’ April 2007 u l-31 ta’ Marzu 2008 (“PI”), kif definit ukoll fil-premessa (17) hawn isfel.

    (8)

    Aktar minn 50 kumpanija identifikaw irwieħhom fil-kuntest tal-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni u pprovdew it-tagħrif meħtieġ fi żmien il-perjodu ta’ 15-il jum. Dawn il-kumpaniji kienu responsabbli għal aktar minn 80 % tal-importazzjonijiet totali ta’ biodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerika lejn il-Komunità.

    Għażla tal-kampjun ta’ kumpaniji li kkooperaw fl-Istati Uniti

    (9)

    Skont l-Artikolu 27(1)(b) tar-Regolament bażiku, l-għażla tal-kampjun ġiet ibbażata fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità li jista' jiġi investigat b'mod raġunevoli fiż-żmien disponibbli. Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li talbu li jkunu inklużi fil-kampjun, l-assoċjazzjoni professjonali tal-produtturi tal-biodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerika (Il-Bord Nazzjonali tal-Biodiżil) kif ukoll il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika ġew ikkonsultati dwar il-kampjun propost. Seba' kumpaniji oriġinarjament intgħażlu biex jiffurmaw il-kampun, imsejjes fuq il-kummenti li waslu mill-partijiet interessati. Madankollu, ġie deċiż b'mod provviżorju, li waħda mill-kumpaniji magħżula oriġinarjament fil-kampjun għandha tiġi eskluża minnu biex ikun żgurat paralleliżmu mal-kampjun magħżul fil-proċediment AD li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ biodiżil mill-Istati Uniti. Huwa nnutat li l-kumpanija msemmija kienet biss negozjant tal-biodiżil b'kuntrast mal-kumpaniji l-oħra fil-kampjun li jipproduċu l-biodiżil. Din il-kumpanija, madankollu, qed tiġi eżaminata individwalment, skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, biex jiġi stabbilit għaliha nnifisha dazju kontra s-sussidju. Is-sitt kumpaniji li jikkostitwixxu l-kampjun kienu responsabbli għal 50 % tal-volumi totali tal-esportazzjoni mill-Istati Uniti matul il-PI msejjes fuq statistika tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti u għal 73 % tal-importazzjonijiet ta’ biodiżil mill-kumpaniji li ppreżentaw irwieħhom kif spjegat fil-premessa (8).

    Eżami individwali ta’ kumpaniji li ma ntgħażlux għall-kampjun

    (10)

    Għaxar kumpaniji li ma ntgħażlux fil-kampjun talbu l-kalkolu ta’ marġini individwali bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 27(3) u 15(3) tar-Regolament bażiku. Intbagħtu kwestjonarji lill-kumpaniji kkonċernati. Kumpanija waħda biss wieġbet għall-kwestjonarju fi ħdan il-limitu ta’ żmien stipulat. Iżda l-applikazzjoni ġiet sussegwentement irtirata.

    1.2.   Kampjuni tal-produtturi Komunitarji

    (11)

    Rigward il-produtturi Komunitarji, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, intgħażel kampjun wara konsultazzjoni mal-kwerelant fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ fi ħdan il-Komunità kif imsemmi fil-premessa (164) hawn isfel. Din l-għażla ħolqot ukoll ċerta firxa ġeografika ta’ produtturi fil-Komunità. B'riżultat ta’ dan, 11-il-produttur Komunitarju ntgħażlu fil-kampjun. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-11-il kumpanija magħżula. Madankollu, produttur wieħed oriġinarjament maħsub għall-kampjun kellu jiġi eskluż billi naqas milli jipprovdi tweġiba sodisfaċenti għall-kwestjonarju. Għalhekk, waslu 10 tweġibiet kompluti mill-kumpaniji l-oħra fiż-żmien stipulat. Dawn l-10 produtturi magħżula fil-kampjun tqiesu bħala rappreżentattivi tal-produtturi inġenerali fil-Komunità.

    1.3.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

    (12)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ddikjaraw irwieħhom fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. Il-kwestjonarji għalhekk intbagħtu lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, lis-seba' kumpaniji li ntgħażlu oriġinarjament fil-kampjun tal-kumpaniji tal-Istati Uniti, lill-10 kumpaniji msemmija fil-premessa (10), lill-11-il produttur Komunitarju fil-kampjun, lil 18-il utent kif ukoll lil 90 fornitur tal-materja prima.

    (13)

    It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, mis-seba' kumpaniji oriġinarjament magħżula fil-kampjun tal-kumpaniji mill-Istati Uniti kif ukoll minn kumpanija waħda li talbet eżami individwali, imsemmija fil-premessa (10) hawn fuq, minn 10 produtturi Komunitarji fil-kampjun, minn utent wieħed u minn sitt fornituri tal-materja prima.

    (14)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li hija qieset meħtieġ għal determinazzjoni provviżorja tas-sussidju, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Komunità.

    (15)

    Saru żjarat ta’ verifika fil-post ta’ dawn l-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika li ġejjin:

     

    L-awtoritajiet federali tal-Istati Uniti tal-Amerika:

    Id-Dipartiment tat-Teżor (DOT)

    Id-Dipartiment tal-Agrikoltura (USDA)

    L-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-Kummerċ għall-Istati Uniti tal-Amerika

     

    L-awtorijajiet Statali:

    L-Awtoritjiet tal-Istat ta’ Illinois, Springfield

    L-Awtoritajiet tal-Istat ta’ Missouri, Jefferson City

    L-Awtoritajiet tal-Istat ta’ North Dakota, Bismarck

    Il-Kontrollur tal-Kontijiet Pubbliċi ta’ Texas, Austin

    Id-Dipartiment tal-Agrikoltura ta’ Texas, Austin

    L-Awtoritjiet tal-Istat ta’ Washington, Olympia

    (16)

    Iż-żjajjar ta’ verifika saru wkoll fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

    (a)

    Produtturi li jinsabu fil-Komunità

    Industriji AG tal-Biopetrol, Schwarzheide, il-Ġermanja

    Il-Grupp Diester

    L-Industriji Diester SAS, Pariġi, Franza

    Mannheim Bio Fuel GmbH, Mannheim, Il-Ġermanja

    Natural Energy West GmbH, Neuss, il-Ġermanja

    Novaol Austria Gmb, Bruck an der Leitha, l-Awstrija

    Novaol Srl, Milan, l-Italja

    Il-grupp tal-Ekonomija

    Ecomotion GmbH, Sternberg, il-Ġermanja.

    Daka Biodiesel a.m.b.a, Løsning, id-Danimarka

    GATE Global Alternative Energy Germany GmbH, Wittenberg u Halle, il-Ġermanja

    Neochim SA, Feluy, il-Belġju

    (b)

    Il-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti

    Archer Daniels Midland Company, Decatur, Illinois

    Cargill Inc, Wayzata, Minnesota

    Green Earth Fuels of Houston LLC, Houston, Texas

    Imperium Renewables Inc., Seattle, Washington

    Peter Cremer North America, LP, Cincinnati, Ohio

    Vinmar Overseas Limited, Houston, Texas

    World Energy Alternatives, LLC, Boston, Massachusetts

    (c)

    Importaturi relatati fil-Komunità

    Cremer Energy GmbH, Hamburg, il-Ġermanja.

    Cargill NV, Ghent, il-Belġju

    ADM Europoort BV, Rotterdam, l-Olanda

    ADM Hamburg AG, Hamburg, il-Ġermanja

    ADM International, Rolle, l-Iżvizzera

    1.4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

    (17)

    L-investigazzjoni tas-sussidju u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu minn Jannar 2004 sa tmiem il-PI (“il-perjodu meqjus”).

    2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    2.1.   Il-prodott ikkonċernat

    (18)

    Fl-avviż ta’ bidu, il-prodott li allegatament qed jiġi ssussidjat ġie ddefinit bħala esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili (spiss magħruf bħala “biodiżil”), kemm jekk f'forma pura kif ukoll jekk f'taħlita, użat fil-biċċa l-kbira imma mhux esklussivament bħala fjuwil li jista' jiġġedded li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika (“il-prodott ikkonċernat”) normalment iddikjarat fi ħdan il-kodiċi tan-NM 3824 90 91, ex 3824 90 97, ex 2710 19 41, ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 99.

    (19)

    Skont il-Kodiċi tad-Dħul Intern tal-Istati Uniti (4) (Kodiċi US.), Titolu 26, § 40A, il-punt (d), it-terminu biodiżil huwa definit bħala l-esteri monoalkaliċi ta’ aċidi xaħmija ta’ katina twila ġejjin minn materja ta’ pjanti jew ta’ annimali li jissodisfaw - (a) ir-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni għall-fjuwil u għall-additivi tal-fjuwil stabbiliti mill-Aġenżija ta’ Ħarsien għall-Ambjent skont it-taqsima 211 tal-Att dwar l-Arja Nadifa (42 U.S.C 7545), u, (b) ir-rekwiżiti tas-Soċjetà Amerikana tal-Ittestjar u l-Materjali D6751.

    (20)

    Imsejsa fuq tagħrif tas-suq u tagħrif disponibbli pubblikament (5), it-tipi kollha ta’ biodiżil u t-taħlitiet ta’ biodiżil (taħlita ta’ biodiżil b'diżil minerali kif spjegat fil-premessa (22) isfel), li huma prodotti u mibjugħa fl-Istati Uniti jitqiesu li huma fjuwils tal-biodiżil u huma parti minn pakkett leġiżlattiv li jikkonċerna l-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġija li tiġġedded u l-fjuwils alternattivi.

    (21)

    L-investigazzjoni wriet li l-biodiżil prodott fl-Istati Uniti, huwa prinċipalment “metil esteru tal-aċidi xaħmija” (fatty acid methyl ester(FAME) ġej minn firxa wiesgħa ta’ żjut veġetali li jservu ta’ sustanza użata għall-produzzjoni tal-biodiżil (6). It-terminu “esteru” (ester) jirreferi għat-trans-esterifikazzjoni taż-żjut veġetali, jiġifieri, it-taħlit taż-żejt mal-alkoħol. It-terminu “methyl” jirreferi għall-metanol; l-alkoħol li l-aktar jintuża fil-proċess, għalkemm l-etanol jista' wkoll jintuża fil-proċess ta’ produzzjoni, li jirriżulta f' “etil esteri tal-aċidi xaħmija”. It-trans-esterifikazzjoni hija proċess kimiku relattivament sempliċi iżda dan jeħtieġ l-ogħla standards industrijali biex ikun żgurat biodiżil ta’ kwalità għolja.

    (22)

    L-investigazzjoni kkonfermat li l-biodiżil prodott fl-Istati Uniti huwa ġeneralment imħallat mill-produtturi b'diżil minerali għall-produzzjoni ta’ tipi varji ta’ taħlitiet (hawnhekk imsejħa taħlitiet tal-biodiżil), li mbagħad jinbiegħu fis-suq lil diversi tipi ta’ klijenti. Jidher ukoll li l-biodiżil inbigħ fil-forma pura tiegħu lil kumpaniji indipendenti, li xtrawh jew importawh għat-taħlit mad-diżil minerali. It-taħlit tal-biodiżil mad-diżil minerali huwa operazzjoni relattivament sempliċi li tista' titwettaq pereżempju permezz ta’ taħlit fit-tankijiet fil-post ta’ manifattura qabel jitwassal fit-trakk tanker, jew billi jitħallat hekk kif jintefa' fit-trakk tanker waqt li jiġu miżjuda miegħu l-perċentwali mixtieq ta’ biodiżil u diżil minerali jew taħlit in-line biż-żewġ komponenti jitwasslu simultanjament fit-trakk tanker.

    (23)

    Biex wieħed jidentifika l-bosta tipi ta’ taħlitiet ta’ biodiżil, teżisti sistema rikonoxxuta internazzjonalment magħrufa bħala l-fattur “B”, li jagħti l-ammont eżatt ta’ biodiżil fi kwalunkwe taħlita ta’ biodiżil: pereżempju, taħlita li fiha “X”% ta’ biodiżil tiġi ttikkettjata bħala B“X”, filwaqt li biodiżil pur jissejjaħ B100, jiġifieri biodiżil 100 %. Fl-Istati Uniti, kien fatt komuni li 99 % (7) ta’ biodiżil jitħallat ma’ 1 % ta’ diżil minerali (B99) u jinbiegħ fis-suq. Kuntrarju għad-diżil minerali, il-biodiżil pur għandu jintuża relattivament malajr u ma jistax jiġi maħżun għal aktar minn tlieta sa erba' xhur billi jikkawża ossidazzjoni u ma jibqax tajjeb għall-konsum. It-taħlit ta’ biodiżil mad-diżil minerali jippermetti preservazzjoni itwal tal-fjuwil. Il-1 % ta’ biodiżil fil-B99 huwa tossiku biżżejjed biex jittardja l-formazzjoni ta’ moffa fil-biodiżil.

    (24)

    L-investigazzjoni wriet li filwaqt li l-biodiżil u t-taħlitiet b'livell għoli ta’ biodiżil (8) huma ġeneralment maħsuba biex jinbigħu fis-suq tal-Istati Uniti għal aktar taħlit, it-taħlitiet b'livell baxx ta’ biodiżil (9) huma tipikament prodotti biex jinbigħu għall-konsum fis-suq tal-Istati Uniti. Għalhekk hemm distinzjoni bejn is-suq għal taħlitiet b'livell għoli u s-suq għal taħlitiet b'livell baxx fl-Istati Uniti.

    (25)

    L-ilment kien fih evidenza prima facie li l-biodiżil u ċerti taħlitiet prodotti u mibjugħa fl-Istati Uniti u esportati lejn il-Komunità kienu qed jaffettwaw il-qagħda ekonomika tal-prodotturi ta’ biodiżil fil-Komunità li ressqu l-ilment. Konsistenti mal-karatteristiċi tal-produtturi rilevanti tal-Istati Uniti u tas-suq domestiku d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kienet maħsuba li tkopri l-biodiżil anki meta inkorporat fit-taħlitiet rilevanti ta’ biodiżil. Id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kif imsemmi fl-avviz ta’ bidu u fil-premessa (18) hawn fuq, għandha tiġi ċċarata biex tidentifika l-prodotti li kienu maħsuba li jkunu koperti mill-investigazzjoni.

    (26)

    L-investigazzjoni wriet li l-parti l-kbira mit-taħlitiet ta’ biodiżil mibjugħa għal konsum dirett fl-Istati Uniti huma l-B20, jigifieri taħlitiet b'20 % biodiżil kif spjegat fil-premessa (22) hawn fuq, li jistgħu jintużaw biex ikunu konformi mal-Att ta’ Politika dwar l-Enerġija tal-1992 (EPAct) (10), il-B6, il-B5 u l-B2. Skont tagħrif disponibbli pubblikament, kwalunkwe magna diżil tista' titħaddem b'dawn it-taħlitiet b'bażikament l-ebda bidla waqt li jżommu l-garanzija mill-manifatturi tal-karozzi. Meta użata f'taħlitiet b'livell baxx (bejn it-2 % u l-20 % ta’ biodiżil) il-prestazzjoni tat-taħlita hija simili għal dik tad-diżil minerali. Meta jintuża fjuwil ‘il fuq minn B20 f'magna, l-utent jista' jesperjenza ċertu nuqqas ta’ qawwa, nuqqas ta’ torque u nuqqas ta’ ekonomija ta’ fjuwil u l-garanzija tal-manifatturi tal-karozzi ġeneralment ma tkunx tapplika f'każ ta’ ħsara kkawżata lill-magna.

    (27)

    L-investigazzjoni wriet li l-biodiżil pur u t-taħlitiet b'livell għoli ġeneralment ma jintużawx għall-konsum dirett fl-Istati Uniti. Il-biodiżil pur huwa ġeneralment maħsub biex jitħallat qabel ma jinbiegħ fis-suq. Dawn it-taħlitiet huma fl-aħħar mill-aħħar użati fis-settur tat-trasport bħala fjuwil għall-magni ta’ vetturi tat-toroq li jitħaddmu bid-diżil bħall-karozzi, trakkijiet, karozzi tal-linja u wkoll ferroviji. Il-biodiżil jista' wkoll jintuża bħala fjuwil għat-tisħin f'kaldaruni fid-djar, kummerċjali jew industrijali jew bħala fjuwil għall-ġeneraturi biex jipproduċi l-elettriku. bħalissa qegħdin isiru testijiet biex wieħed jistudja l-possibilità tal-użu tat-taħlitiet ta’ biodiżil fl-inġenji tal-ajru.

    (28)

    Għalhekk, il-prodott ikkonċernat mill-investigazzjoni għandu jkun definit bħala esteri monoalkilitiċi tal-aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, spiss magħruf bħala “biodiżil”, kemm jekk f'forma pura kif ukoll f'taħlitiet, li huma ‘l fuq minn B20. Fi kliem ieħor, il-prodott ikkonċernat ikopri l-biodiżil pur (B100) li joriġina fl-Istati Uniti u t-taħlitiet kollha ‘l fuq minn B20, jiġifieri taħlitiet li fihom aktar minn 20 % biodiżil li joriġina fl-Istati Uniti (‘il-prodott ikkonċernat). Dan il-limitu qed jitqies li huwa xieraq biex jippermetti distinzjoni ċara bejn it-tipi varji ta’ taħlitiet li huma disponibbli fis-suq tal-Istati Uniti.

    (29)

    Instab li t-tipi kollha ta’ biodiżil u l-biodiżil fit-taħlitiet koperti minn din l-investigazzjoni, minkejja d-differenza possibbli fir-rigward tal-materja prima użata għall-produzzjoni, jew varjazzjonijiet fil-proċess tal-produzzjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u jintużaw għall-istess għanijiet. Il-varjazzjonijiet possibbli fil-prodott ikkonċernat ma jbiddlux id-definizzjoni bażika, il-karatteristiċi jew il-perċezzjoni li bosta partijiet għandhom tiegħu.

    (30)

    Il-prodott ikkonċernat jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 3824 90 91, ex 3824 90 97, ex 2710 19 41, ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 99.

    2.2.   Il-prodott simili

    (31)

    Instab li l-oġġetti prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, li huma koperti b'din l-investigazzjoni, għandhom karatteristiċi u użi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi li huma simili għal ta’ dawk esportati minn dan il-pajjiż lejn is-suq tal-Komunità. Bl-istess mod, il-prodotti manifatturati milll-industrija tal-Komunità u mibjugħa fis-suq tal-Komunità għandhom karatteristiċi u użi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi simili meta mqabbla ma’ dawk esportati lejn il-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat.

    (32)

    Ġie allegat li ċerti utenti, b'mod partikolari fil-Ġermanja, qed jużaw direttament biodiżil pur (B100) bħala alternattiva aktar ekonomika mill-użu ta’ diżil minerali jew mit-taħlitiet tas-soltu użati għall-konsum dirett fis-suq Komunitarju. L-eżami ta’ din l-allegazzjoni wera li l-parti l-kbira ta’ dan il-bejgħ mill-produtturi Komunitarji fis-suq tal-Komunità kienu prinċipalment maħsuba għall-kumpaniji li kienu qed iħalltuh b'diżil minerali. Il-fatt li ċerti sidien ta’ flotot jaqilbu għal B100 huwa pjuttost eċċezzjoni f'livell Komunitarju. Aktar mis-sostituzzjoni ta’ diżil minerali, il-biodiżil huwa prodott komplementari fis-suq Komunitarju.

    (33)

    Dan ma jbiddilx il-fatt li tipi differenti tal-prodott ikkonċernat prodott fl-Istati Uniti u esportat lejn il-Komunità huma interkambjabbli b'dawk prodotti u mibjugħa fil-Komunità mill-produtturi Komunitarji tal-biodiżil. Ma hemm l-ebda differenza sinifikanti fl-użu u fil-perċezzjoni tal-operaturi u tal-utenti fis-suq li hija tali li għandha tbiddel id-definizzjoni tal-prodott simili.

    (34)

    Parti waħda interessata allegat li l-prodott ikkonċernat, b'mod partikolari l-biodiżil pur, għandu karatteristiċi fiżiċi u kimiċi differenti mill-biodiżil prodott fil-Komunità. Filwaqt li l-produzzjoni tal-KE ta’ biodiżil hija msejsa fuq iż-żejt tal-kolza, il-produtturi tal-Istati Uniti jużaw biss iż-żejt tas-sojja. Għalhekk dawn iż-żewġ tipi ta’ prodotti ma jistgħux ikunu interkambjabbli u ma jkunux jistgħu jikkompetu direttament ma’ xulxin fis-suq Komunitarju. Il-parti interessata ġibdet l-attenzjoni partikolarment lejn il-fatt li l-proprjetajiet tal-fluss bil-kiesaħ u l-valuri tal-jodju jkunu differenti.

    (35)

    Il-Kummissjoni investigat dan l-ilment u skopriet dan li ġej:

    a)

    Il-prodott ikkonċernat u l-prodott Komunitarju simili għandhom karatteristiċi bażiċi simili ħafna u jinbiegħu permezz ta’ mezzi ta’ bejgħ simili jew identiċi, jiġifieri lil klijenti simili fis-suq Komunitarju;

    b)

    Il-prodott ikkonċernat u l-prodott Komunitarju simili t-tnejn kienu qed jaqdu l-istess użu finali jew użu finali simili ħafna (ara l-premessa (27) hawn fuq);

    c)

    Fir-rigward tal-proprjetajiet tal-fluss bil-kiesaħ għandu jkun iċċarat li dan jirreferi għall-Cold Filter Plugging Point (CFPP) li hija t-temperatura li fiha fjuwil isodd il-filtru ta’ fjuwil minħabba f'ċerti komponenti fil-fjuwil, li jkunu bdew jikkristallizzaw jew jagħqdu u jsiru ġel. L-investigazzjoni żvelat li s-CFPP tal-prodott simili għal dak Komunitarju huwa aktar baxx minn dak tal-biodiżil esportat mill-Istati Uniti. Madankollu, din hija differenza żgħira li tista' tiġi kkompensata faċilment jew permezz ta’ taħlita ta’ tipi differenti ta’ biodiżil jew bl-użu ta’ additivi fil-biodiżil pur, b'mod partikolari fi żmien ix-xitwa. Id-differenza fis-CFPP prattikament ma tagħmilx differenza fil-parti l-kbira tat-taħlitiet mibjugħin fis-suq Komunitarju.

    d)

    Fir-rigward tal-valur tal-jodju li huwa kejl għall-istabbiltà tal-fluwil kontra l-ossidazzjoni, instab li l-valuri bejn iż-żejt tal-kolza u ż-żejt tas-sojja jikkorrellaw sa ċertu punt: in-numri jvarjaw minn 94 sa 120 għaż-żejt tal-kolza u minn 117 għal 143 għaż-żejt tas-sojja. Filwaqt li s-sustanza ewlenija użata fil-produzzjoni Komunitarja hija ż-żerriegħa tal-kolza, għandu jiġi innotat li kemm il-produtturi tal-Komunità kif ukoll dawk tal-Istati Uniti jużaw ukoll varjetà sħiħa ta’ sustanzi biex jipproduċu l-biodiżil. ta’ sikwit bosta tipi ta’ biodiżil jiġu mħallta biex jinkiseb prodott aktar omoġenju.

    (36)

    Filwaqt li x-“xebħ” ma jkunx jeħtieġ li l-prodotti jkunu identiċi f'kollox skont l-Artrikolu 1(5) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe varjazzjoni minima fit-tipi varji ta’ prodotti mhijiex biżżejjed biex tbiddel is-sejbiet ġenerali ta’ xebħ bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili għall-prodott Komunitarju.

    (37)

    Għalhekk l-ebda differenzi ma nstabu bejn il-varji tipi tal-prodott ikkonċernati u l-prodotti Komunitarji simili mibjugħa fis-suq Komunitarju li għandhom mnejn iwasslu għall-konklużjoni li l-prodotti mibjugħa u prodotti fis-suq Komunitarju mhumiex prodott simili, bl-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħat-tipi tal-prodott ikkonċerna prodott fl-Istati Uniti u esportat lejn il-Komunità. Għalhekk qed jiġi provviżorjament konkluż li t-tipi kollha ta’ biodiżil għandhom jitqiesu li huma l-istess fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament bażiku.

    3.   SUSSIDJU

    3.1.   Introduzzjoni

    (38)

    Fuq il-bażi tat-tagħrif li jinstab fl-ilment u r-risposti lill-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi federali li ġejjin, li allegatament involvew l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:

    Skemi federali

    (a)

    Taxxa tas-sisa/Kreditu mit-taxxa fuq id-dħul

    (b)

    Kreditu fuq id-dħul mill-Produttur iż-Żgħir tal-Agri-biodiżil

    (c)

    L-Istati Uniti Dipartiment tal-Programm tal-Bioenerġija tal-Agrikoltura

    (39)

    Fuq il-bażi tat-tagħrif li jinstab fl-ilment u r-risposti lill-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi statali li ġejjin, li allegatament involvew l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati wkoll:

    Skemi Statali

    a)

    Illinois

    Eżenzjoni mit-taxxa tal-biodiżil f'Illinois

    (b)

    Missouri

    Fond ta’ inċentiv għall-produttur kwalifikat tal-biodiżil f'Missouri

    (c)

    North Dakota

    (i)

    Sħubija ta’ biofjuwils f'North Dakota fl-għajnuna għall-għotja komunitarja ta’ espansjoni Programm

    (ii)

    Kreditu tat-taxxa fuq it-tagħmir ta’ produzzjoni tal-biodiżil f'North Dakota

    (iii)

    Kreditu tat-taxxa fuq id-dħul tal-biodiżil f'North Dakota

    (iv)

    Eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul tat-tagħmir tal-biodiżil f'North Dakota

    (d)

    Texas

    (i)

    Eżenzjoni mit-taxxa fuq it-taħlit ta’ biodjiżil u etanol f'Texas

    (ii)

    Programm ta’ inċentiv għall-produzzjoni ta’ biodiżil u etanol għall-fjuwil f'Texas

    (e)

    Washington

    (i)

    Programm għall-ħelsien ta’ enerġija fl-Istat ta’ Washington

    (ii)

    Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-produzzjoni ta’ biofjuwils fl-Istat ta’ Washington

    (iii)

    Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ biofjuwils fl-Istat ta’ Washington

    (iv)

    Tnaqqis ta’ taxxa fuq il-biofjuwils fl-Istat ta’ Washington

    (40)

    Fir-rigward tal-iskemi tal-istati l-oħra mniżżla fil-punt 3 tal-avviż ta’ bidu, kif spjegat fil-premessa (4) hawn fuq, xi wħud minnhom ġew esklużi mill-investigazzjoni wara konsultazzjonijiet qabel l-istadju ta’ bidu mal-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika. Fir-rigward tal-bqija tal-iskemi statali, il-kumpaniji fil-kampjun u l-kumpanija msemmija fil-premessa (9) li għaddiet minn eżami individwali stqarru li ma kienu rċevew l-ebda benefiċċju skont dan matul il-PI u li l-ebda evidenza ma nstabet li turi l-kuntrarju. Għalhekk ġie deċiż provviżżorjament li ma kienx hemm raġuni għal aktar investigazzjoni ta’ dawn l-iskemi f'din l-investigazzjoni.

    SKEMI FEDERALI

    3.2.   Taxxa tas-sisa/Kreditu mit-taxxa fuq id-dħul

    (a)   Bażi legali

    (41)

    It-Titolu 26, § 40A tal-Kodiċi tal-Istati Uniti (U.S.C) huwa l-bażi legali għal skema ta’ kreditu ta’ taxxa għal dawk li jħalltu l-biodiżil, għall-bejjiegħa bl-imnut u għall-utenti finali. Dan jagħmel tajjeb għall-kreditu fuq fjuwil ta’ biodiżil li ġejjin:

    (i)

    il-kreditu fuq it-taħlit ta’ biodiżil;

    (ii)

    il-kreditu fuq il-biodiżil;

    (iii)

    il-kreditu fuq il-produttur iż-żgħir tal-agri-biodiżil

    (42)

    Il-kreditu ta’ taxxa fuq id-dħul tal-produttur iż-żgħir tal-agri-biodiżil huwa kreditu ta’ taxxa li japplika biss għall-produtturi ż-żgħar tal-agri-biodiżil. Din l-iskema hija ttrattata fil-premessi (64) sa (72) hawn isfel.

    (43)

    It-Taqsima 202(a) tal-Att 2008 dwar l-Estensjoni u t-Titjib u l-Enerġija tistipula li l-krediti ta’ taxxa msemmija fil-premessa (41) hawn fuq jistgħu jinkisbu sal-31 ta’ Diċembru 2009.

    (b)   Eliġibbiltà

    (44)

    Biex tkun eliġibbli għall-kreditu fuq it-taħlit ta’ biodiżil imsemmi f'(i) fil-premessa (41) hawn fuq, kumpanija għandha toħloq taħlita ta’ biodiżil u fjuwil tad-diżil, taħlita li tinbigħ bħala fjuwil jew għall-użu bħala fjuwil. Il-persuna li toħloq l-inċentiv għandha tikseb ċertifikazzjoni mill-produttur jew mill-importatur tal-biodiżil li jidentifika l-prodott u l-perċentwal tal-biodiżil u l-agri-biodiżil fil-prodott. Dan il-kreditu jieħu l-forma ta’ kreditu ta’ taxxa tas-sisa jew, jekk ir-responsabbiltà ta’ taxxa tas-sisa ta’ kumpanija hija inqas mit-total tal-kreditu tat-taxxa tas-sisa, il-kumpanija tista' mbagħad titlob il-kreditu li jkun baqa' bħala kreditu fuq it-taxxa tad-dħul li jitħallas lura. Kreditu fuq it-taxxa tad-dħul li jitħallas lura huwa kreditu fuq it-taxxi tad-dħul tal-persuna li tħallas it-taxxa jew ħlas dirett. Dan jitħallas lura għaliex il-kreditu żejjed jista' jingħata lura lil min iħallas it-taxxa bħala ħlas dirett fi flus kontanti jekk il-kreditu huwa akbar mit-taxxa dovuta mill-individwu.

    (45)

    Il-kreditu fuq il-biodiżil imsemmi fil-punt (ii) fil-premessa (41) hawn fuq huwa kreditu tat-taxxa fuq id-dħul għall-bejjiegħa bl-imnut jew għall-utenti finali ta’ biodiżil (pur) mhux imħallat. Il-kreditu fuq il-biodiżil pur jista' jinkiseb biss mill-persuna li tpoġġi l-gallun ta’ biodiżil pur fit-tank tal-fjuwil ta’ vettura jew li tużah bħala fjuwil. Għandu jkun notat li anki l-produtturi tal-biodiżil li jipproduċu l-biodiżil tagħhom stess, ikunu jistgħu jirċievu dan il-kreditu. Għalhekk biex jitlob il-kreditu, il-produttur tal-biodiżil għandu jkun qed jaġixxi jew ta’ bejjiegħ bl-imnut (li jpoġġi l-gallun ta’ biodiżil fit-tank tal-gass tal-utent finali) jew ta’ utent finali (eż. wieħed li jpoġġi l-biodiżil fil-vettura tiegħu stess).

    (c)   Implimentazzjoni prattika

    (46)

    F'dak li għandu x'jaqsam mal-kreditu ta’ biodiżil fir-rigward ta’ biodiżil mhux imħallat (pur), il-bejjiegħ bl-imnut (jew produttur tal-biodiżil li jaġixxi ta’ bejjiegħ bl-imnut) jew l-utent finali tal-biodiżil mhux imħallat jista' jitlob USD 1,00 għal kull gallun ta’ agri-biodiżil mhux imħallat (pur) jew USD 0,50 għal kull gallun ta’ biodiżil ieħor mhux imħallat (pur) bħala kreditu ta’ taxxa fuq id-dħul mill-kummerċ ġenerali li ma jitħallasx lura. Kreditu min-negozju ġenerali li ma jitħallasx lura huwa kreditu kontra t-taxxa fuq id-dħul ta’ negozju. Dan ma jitħallasx lura għax, jekk il-qligħ tan-negozju huwa akbar mit-taxxa dovuta tiegħu, il-kreditu ż-żejjed ma jistax jitħallas lura lin-negozju bħala ħlas dirett fi flus kontanti.

    (47)

    L-investigazzjoni żvelat li l-ebda waħda mill-kumpaniji fil-kampjun jew il-kumpanija li għaddiet minn eżami individwali kif imsemmi fil-premessa (9) ma użat il-kreditu tal-biodiżil fir-rigward ta’ biodiżil mhux imħallat (pur). Għalhekk, din il-parti tal-iskema (kreditu tal-biodiżil) mhijiex aktar ivvalutata fil-kuntest tal-investigazzjoni attwali.

    (48)

    Il-kumpaniji kollha investigati rċevew dħul mit-taxxi skont il-kreditu tat-taħlita ta’ biodiżil għat-taħlitiet ta’ biodiżil mibjugħa bħala fjuwil.

    (49)

    Il-biodiżil imħallat bi fjuwil tad-diżil minerali huwa intitolat għal taxxa tas-sisa fuq it-taħlit ta’ biodiżil jew kreditu ta’ taxxa fuq id-dħul. Il-kreditu prevalenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien ta’ USD 1 għal kull gallun ta’ agri-biodiżil mhux imħallat (11), jew ta’ USD 0,50 (12) għal kull gallun ta’ biodiżil ieħor mhux imħallat, użat fit-taħlita tal-fjuwil. Għalhekk il-kreditu finali fuq it-taxxa għall-fjuwil imħallat jiddependi fuq il-proporzjon ta’ biodiżil li jkun fih. Ir-rekwiżit minimu, u dak li jitqies bħala l-prassi l-aktar komuni, huwa ż-żieda ta’ 0,1 % ta’ diżil minerali ma’ 99,9 % biodiżil (dan il-prodott imħallat huwa magħruf bħala l-B99 fl-Istati Uniti), billi dan jiżgura li jinkiseb il-kreditu massimu fuq it-taxxa. Il-proporzjon ta’ biodiżil fil-prodott imħallat jikkwalifika għal-kreditu fuq it-taxxa (eż. 100 gallun ta’ B99 għandu jkun fih 99,9 gallun ta’ biodiżil u jkun eliġibbli għal kreditu ta’ USD 99,90 fuq it-taxxa). Il-konverżjoni ta’ biodiżil minn prodott pur (B100) għal prodott imħallat (B99) hija proċess sempliċi. Din timplika ż-żieda ta’ 0,1 % ta’ diżil minerali mal-biodiżil pur u ma tirrikjedix trasformazzjoni ewlenija tal-prodott ikkonċernat. Hija l-attività tat-taħlit li twassal għall-eliġibbiltà għall-kreditu.

    (50)

    Il-produtturi tal-biodiżil jistgħu jitolbu għall-inċentiv meta huma stess ikunu qed iwettqu attività ta’ taħlit. Il-produttur għandu jħallat il-biodiżil pur ma’ fjuwil tad-diżil minerali. Fir-rigward tal-intitolament għall-inċentiv, ma hemm l-ebda differenza bejn il-biodiżil imħallat iddestinat għall-bejgħ domestiku u għall-bejgħ għall-esportazzjoni.

    (51)

    Il-kumpaniji li ma jipproduċux iżda pjuttost jixtru l-biodiżil pur u jħalltuh f'taħlita tal-biodiżil huma wkoll intitolati għall-kreditu fuq it-taxxa. Kumpaniji bħal dawn għandhom jiksbu ċertifikat mill-produttur (u fejn applikabbli kwalunkwe bejjiegħa mill-ġdid li jintervjeni) tal-biodiżil li fih il-produttur jiċċertifika b'mod effettiv li ma kienx talab il-kreditu ta’ taxxa. Dan iċ-ċertifikat huwa trasferibbli waqt li jintitola d-detentur għal USD 1 fi kreditu ta’ taxxa fuq kull gallun pur ta’ biodiżil.

    (52)

    L-inċentiv jista' jintalab bħala kreditu kontra s-sisa jew it-taxxa fuq id-dħul dovuta jew bħala ħlas dirett fi flus kontanti. L-ammont totali tal-inċentiv jibqa' l-istess (USD 1 għal kull gallun) kemm jekk l-inċentiv huwa ddikjarat bħala kreditu ta’ taxxa tas-sisa, kreditu ta’ taxxa fuq id-dħul, ħlas dirett lill-persuna li qed tħallas it-taxxa, kif ukoll kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ dak li ssemma qabel.

    (53)

    Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ħafna mill-kumpaniji rċevew ħlasijiet diretti msejsa fuq il-kwantità ta’ biodiżil imħallat filwaqt li oħrajn irċevew kemm tnaqqis ta’ taxxa (fis-sens li l-kreditu tat-taħlita ta’ biodiżil kien parzjalment użat biex jikkumpensa għal taxxa tas-sisa jew taxxa fuq id-dħul dovuta) kif ukoll ħlas dirett. Għall-kumpaniji kkonċernati, it-taxxi dovuti kienu żgħar meta mqabbla mal-ammont ta’ kreditu mitlub għat-taħlit ta’ biodiżil; għalhekk, il-parti l-kbira tal-inċentiv ingħatat bħala ħlas dirett u ammont iżgħar bħala tnaqqis ta’ taxxa.

    (54)

    L-U.S.C. tistipula li ma għandux jingħata kreditu għat-taħlit ta’ biodiżil sakemm il-kumpanija (min iħallat) li tagħmel it-taħlit tal-biodiżil u d-diżil minerali tikseb ċertifikat (“Ċertifikat għall-Biodiżil”) mill-produttur tal-biodiżil li fih il-produttur jiċċertifika, inter alia, il-kwantità ta’ biodiżil li għalih jirreferi ċ-ċertifikat u jekk il-biodiżil huwiex agri-biodiżil jew tip ieħor ta’ biodiżil. Jekk kumpanija li tipproduċi l-biodiżil sussegwentement tħallat dak il-biodiżil mad-diżil minerali u titlob il-kreditu ta’ taxxa, dik il-kumpanija għandha tipproduċi ċ-Ċertifikat għall-Biodiżil bid-dokumentazzjoni meħtieġa biex tkun tista' tagħmel talba għall-kreditu. Persuna li tirċievi Ċertifikat għall-Biodiżil, u li sussegwentement tbigħ il-biodiżil mingħajr ma tipproduċi taħlita ta’ biodiżil, għandha tipprovdi lix-xerrej b'Ċertifikat għall-Biodiżil flimkien ma’ “stqarrija ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ biodiżil”. Fi kliem ieħor, il-kumpanija li tagħmel it-taħlita u li titlob il-kreditu ta’ taxxa tista' tikseb iċ-Ċertifikat għall-Biodiżil jew direttament mill-produttur tal-biodiżil jew indirettament mingħand bejjiegħ mill-ġdid ta’ biodiżil. Għalhekk, dan iċ-ċertifikat huwa trasferibbli waqt li jintitola lid-detentur għal kreditu ta’ taxxa ta’ USD 1 fuq kull gallun għall-għadd ta’ glalen ta’ biodiżil użati mill-pretendent fil-produzzjoni ta’ kwalunkwe taħlit ta’ biodiżil.

    (55)

    L-investigazzjoni żvelat li kien hemm differenza ċara fil-prezz bejn il-biodiżil pur (B100) u l-biodiżil imħallat (B99). Għalkemm l-unika differenza bejn iż-żewġ tipi ta’ prodotti hija żieda ta’ 0,1 % ta’ fjuwil tad-diżil minerali biex joħloq il-B99, il-bejgħ tal-B100 kien fir-reġjun ta’ USD 1 aktar għal kull gallun milli għal B99. Is-suq tal-biodiżil fl-Istati Uniti kien jidher trasparenti ħafna. L-operaturi ekonomiċi tas-suq tal-biodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerika jafu li min iħallat il-biodiżil jirċievi kreditu ta’ taxxa ta’ USD 1 fuq kull gallun. Għal xi wħud mill-kumpaniji fil-kampjun, il-fatturi għall-bejgħ ta’ B100 fis-suq domestiku kien jindika li l-prezz tal-prodott kif ukoll il-kreditu ta’ min iħallat, jiġifieri l-kreditu kien mibjugħ effettivament lix-xerrej tal-B100. Fuq din il-bażi, qed jitqies li l-biodiżil kollu huwa ssussidjat permezz ta’ dan il-kreditu ta’ taxxa.

    (d)   Konklużjoni

    (56)

    Il-kreditu ta’ taħlit ta’ biodiżil għandu jitqies bħala inċentiv fiskali kemm jekk jingħata bħala ħlas fi flus kontanti kif ukoll jekk le jew jekk ikollu jitnaqqas mit-taxxa dovuta.

    (57)

    Din l-iskema hija meqjusa bħala sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(i) u l-Artikolu (2)(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika f'forma ta’ għotjiet diretti (pagamenti fi flus kontanti) u ta’ dħul maħfur li kieku normalment kien ikun mistħoqq (kumpens għat-taxxa). L-għotjiet jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuhom.

    (58)

    L-iskema hija limitata għall-kumpaniji li huma involuti fl-industrija tal-biodiżil u għalhekk titqies bħala waħda speċifika skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk kompensatorja.

    (e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (59)

    Il-kreditu ta’ taħlit ta’ biodiżil ingħata b'referenza għall-kwantitajiet ta’ biodiżil użat f'taħlita, jiġifieri USD 1 għal kull gallun billi l-kumpaniji kollha kkonċernati użaw agri-biodiżil. L-ammont ta’ benefiċċju fil-PI ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ USD 1 għal kull gallun ta’ biodiżil pur mibjugħ matul il-PI, kemm jekk mibjugħ bħala biodiżil pur (B100) kif ukoll jekk mibjugħ bħala taħlita. Biex jiġi stabbilit il-benefiċċju, tqieset iż-żieda ta’ diżil minerali fit-taħlita meta ġie kkalkolat l-ammont tas-sussidju.

    (60)

    Wieħed mill-produtturi tal-biodiżil fil-kampjun irċieva benefiċċji b'mod indirett skont din l-iskema billi uża sistema ta’ factoring biex isarraf il-kreditu ta’ biodiżil li kien intitolat għalih. It-taħlit ingħata lill-kumpanija mhux relatata li ddikjarat il-kreditu u mbagħad ħallset flus kontanti lill-kumpanija kkonċernata wara li tnaqqset miżata ta’ factoring.

    (61)

    L-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat matul il-PI.

    (62)

    Il-prodotti nnegozjati ġew esklużi mill-kalkolu ta’ hawn fuq.

    (63)

    L-ammont ta’ sussidji kumpensatorji miksuba skont din l-iskema, espress ad valorem, għall-kumpaniji investigati, kien ivarja minn 28,4 % sa 41,1 %.

    3.3.   Kreditu ta’ taxxa fuq id-Dħul għall-Produttur iż-Żgħir ta’ Agribiodiżil

    (a)   Bażi legali

    (64)

    It-Titolu 26, U.S.C., §40A jipprovdi wkoll għal kreditu ta’ taxxa fuq id-dħul għall-produttur iż-żgħir tal-agri-biodiżil.

    (b)   Eliġibbiltà

    (65)

    Din l-iskema hija disponibbli biss għall-produtturi żgħar ta’ agri-biodiżil pur. Kull min iħallat jew jinnogozja u jixtri iżda ma jipproduċix biodiżil mhuwiex eliġibbli għall-kreditu. Produttur żgħir huwa kwalunkwe persuna li l-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha ma taqbiżx is-60 miljun gallun ta’ agri-biodiżil fis-sena. Il-produttur iż-żgħir ta’ agri-biodiżil jista' jitlob kreditu ta’ taxxa li ma jitħallasx lura ta’ USD 0,10 fuq id-dħul min-negozju ġenerali għal kull gallun ta’ agri-biodiżil prodott. Il-produzzjoni kkwalifikata ta’ produttur ma tistax taqbeż il-15-il miljun gallun fi kwalunkwe sena taxxabbli. Biex il-produttur ikun jista' jitlob il-kreditu, l-agri-biodiżil ikun irid jintuża bħala fjuwil, mibjugħ għall-użu bħala fjuwil, jew użat biex joħloq taħlita ta’ biodiżil u fjuwil tad-diżil li jintuża bħala fjuwil jew mibjugħ għall-użu bħala fjuwil.

    (c)   Implimentazzjoni prattika

    (66)

    Talbiet għall-kreditu ta’ taxxa fuq id-dħul min-negozju ġenerali li ma jitħallasx lura jsiru kull sena meta l-pretendent jiddikjara t-taxxa tiegħu fuq id-dħul. Il-kreditu għall-kull gallun ta’ biodiżil prodott mill-pretendent matul is-sena taxxabbli rilevanti, sa massimu ta’ 15-il gallun, jikkumpensa għat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji min-naħa tal-pretendent. Jekk it-taxxa dovuta mill-pretendent hija inqas mill-ammont ta’ kreditu mitlub, l-ammont żejjed jista' jiżdied mas-snin sussegwenti ta’ taxxa.

    (67)

    Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, waħda mill-kumpaniji fil-kampjun għamlet użu mill-iskema. Il-kumpanija użat il-kreditu biex tnaqqas it-taxxa fuq id-dħul dovuta minnha.

    (d)   Konklużjoni

    (68)

    Din l-iskema qed titqies bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika f'forma ta’ dħul maħfur li kieku normalment kien ikun mistħoqq. L-inċentivi huwa ta’ benefiċċju għall-kumpaniji li jirċevuhom.

    (69)

    L-iskema hija limitata għal kumpaniji li jipproduċu l-biodiżil u għalhekk titqies bħala waħda speċifika skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku u saħansitra kompensatorja.

    (e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (70)

    L-ammont ta’ sussidju ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-ammont ta’ tnaqqis ta’ taxxa fuq id-dħul għas-sena ta’ taxxa fiskali li tintemm matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (71)

    L-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie mbagħad allokat fuq il-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat matul il-PI.

    (72)

    Il-kumpanija kkonċernata kisbet sussidji minn din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ 0,4 %.

    3.4.   Id-Dipartiment tal-Istati Uniti tal-Programm dwar il-Bioenerġija mill-Agrikoltura

    (a)   Bażi legali

    (73)

    Id-Dipartiment tal-Istati Uniti tal-Programm dwar il-Bioenerġija mill-Agrikoltura (“USDA”) kien oriġinalment awtorizzat u ffinanzjat mill-Korporazzjoni ta’ Kreditu fuq Merkanzija (Commodity Credit Corporation - “CCC”) tal-USDA taħt l-awtorità ġenerali tagħha skont it-Taqsima 5 tal-Att dwar il-Karta tas-CCC, ikkodifikat fil-Kodiċi tal-Istati Uniti (it-Titolu 15, il-Kapitolu 15, is-Subkapitolu II, it-Taqsima 714c(e)). Dan l-istatut jistabbilixxi l-għanijiet esklussivi li għalihom is-CCC hija awtorizzata mil-liġi biex tuża s-setgħat ġenerali tagħha. Speċifikament, l-iskema kienet imsejsa fuq l-awtorità fit-Taqsima 5(e) tal-Att, li tawtorizza s-CCC li:

    Iżżid il-konsum domestiku tal-merkanzija agrikola (għajr għat-tabakk) billi tespandi jew tgħin fil-firxa ta'swieq domestiċi jew billi tiżviluppa jew tgħin fl-iżvilupp ta’ swieq ġodda u addizzjonali, faċilitajiet għall-kummerċjalizzazzjoni, u l-użu għal merkanzija bħal din.

    (74)

    Is-CCC ippubblikat regola finali li stabbilixxiet regolamenti għall-iskema, li kienu kkodifikati fil-Kodiċi ta’ Regolamenti Federali bħala 7 C.F.R. § 1424.

    (75)

    Kif maħsub oriġinarjament, is-CCC użat il-finanzjament tat-Taqsima 5(e) għall-iskema sas-sena fiskali 2002 biss (13). Madankollu, fl-2002, il-Kungress tal-Istati Uniti speċifikament awtorizza u ffinanzja l-kontinwità tal-iskema sas-sena fiskali 2006, din inkluża.

    (76)

    L-iskema tħaddmet mill-1 ta’ Diċembru 2000 sa Ġunju 2006. Kienet amministrata mill-Aġenzija għas-Servizz tal-Farms (Farm Service Agency – FSA) tal-USDA.

    (b)   Eliġibbiltà

    (77)

    Meta l-programm kien qed jitħaddem, il-produtturi kummerċjali kollha tal-bioenerġija kienu eliġibbli biex jieħdu sehem. Il-produtturi kellhom jipprovdu evidenza tal-produzzjoni, kif ukoll evidenza tax-xirja u l-użu tal-merkanzija agrikola relatata ma’ dik il-produzzjoni. B'mod partikolari, il-produtturi tal-biodiżil kienu meħtieġa jipproduċu u jbigħu l-biodiżil kummerċjalment.

    (78)

    L-istatut kien jiddefinixxi l-“biodiżil” bħala esteru monoalkilitiku li jilħaq standard xieraq tas-Soċjetà Amerika għall-Ittestjar u l-Materji. Biex ikun eliġibbli, produttur kellu jilħaq ċerti rekwiżiti fir-rigward taż-żamma tar-rekords u biex jipprovdi tagħrif meħtieġ, kif ukoll biex jagħti permess lis-CCC li tivverifika tagħrif bħal dan. Ir-regoli rilevanti stabbilixxew id-dettali tal-proċeduri li għandhom jissegwew għar-reġistrazzjoni tal-programm, għall-applikazzjonijiet għall-proċeduri ta’ ħlasijiet u ta’ rapportar li r-reċipjenti kellhom isegwu biex ikunu eliġibbli għall-ħlas.

    (79)

    L-istatut tal-2002 stabbilixxa li l-merkanzija eliġibbli li setgħet tintuża biex tipproduċi l-bioenerġija (jew il-biodiżil jew l-etanol ta’ kwalità ta’ fjuwil) kienet tinkludi:

    Qamħ, qamħirrum, sorgu tal-qamħ, xgħir ħafur, ross, żrieragħ tas-sojja, żerriegħa tal-ġirasol, żerriegħa tal-kolza, kanola, għosfor, żerriegħa tal-kittien, mustarda, krambe, żerriegħa tal-ġunġlien, u żerriegħa tal-qoton;

    Merkanzija ċelluloża, bħas-siġra tal-luq ibrida jew il-paniko verga (switch grass);

    Xaħmijiet, żjut, grass (kemm jekk riċiklati kif ukoll le) ġejjin minn prodotti agrikoli; produzzjoni

    Kwalunkwe prodott sekondarju mill-annimali, għajr xaħmijiet żjut u grassijiet, li huwa maħsub li jintuża biex jipproduċi l-bioenerġija.

    (80)

    Skont l-awtoritajiet tal-Istati Unit tal-Amerika, il-parti l-kbira tal-produtturi tal-biodiżil li rċevew inċentivi skont din l-iskema użaw iż-żrieragħ tas-sojja.

    (81)

    Il-produtturi kummerċjali kollha tal-biodiżil kienu eliġibbli biex jieħdu sehem, sakemm dawn segwew il-proċeduri ta’ applikazzjoni u ta’ rappurtar deskritti hawn fuq. Il-gvern ma eżerċita l-ebda diskrezzjoni għajr li żgura li l-kriterji ta’ eliġibbiltà ntlaħqu.

    (c)   Implimentazzjoni prattika

    (82)

    Għal kull sena fiskali l-produtturi tal-biodiżil setgħu jirreġistraw għall-iskema billi jressqu l-formoli rilevanti. Wara r-reġistrazzjoni, il-produtturi tal-biodiżil ressqu applikazzjonijiet kull tliet xhur għall-ħlasijiet ta’ inċentivi. Il-produtturi tal-biodiżil kellhom jipprovdu dokumentazzjoni tax-xiri nett tal-merkanzija eliġibbli u tal-produzzjoni netta ta’ biodizil matul il-perjodi rilevanti.

    (83)

    L-iskema pprovdiet ħlasijiet lill-produtturi tal-biodiżil imsejsa fuq kombinazzjoni tal-produzzjoni bażi tagħhom ta’ biodiżil u taż-żieda fil-produzzjoni ta’ biodiżil fil-perjodu korrispondenti tas-sena fiskali ta’ qabel. Għas-sena fiskali 2006, il-kumpaniji rċevew inċentivi miż-żieda fil-produzzjoni tal-biodiżil biss. Imsejsa fuq il-produzzjoni ta’ biodiżil ta’ kull reċipjent u fuq iż-żieda fil-produzzjoni ta’ biodiżil minn merkanzija agrikola eliġibbli, l-USDA kkalkula l-ammont ta’ ħlasijiet kif stipulat fir-regolamenti.

    (84)

    Billi l-iskema ntemmet f'Ġunju 2006, l-ebda waħda mill-kumpaniji fil-kampjun jew il-kumpanija msemmija fil-premessa (9) li għaddiet eżami individwali ma rċeviet inċentivi skont din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Meta l-iskema kienet għadha qed titħaddem, tlieta mill-kumpaniji fil-kampjun irċevew ħlasijiet fil-perjodu mill-2002 sal-2006. Kumpanija waħda rċeviet ħlasijiet diretti mill-FSA. Kumpanija oħra rċeviet ħlasijiet indiretti skont din l-iskema, billi kumpanija li bbenefikat minn din l-iskema għaddiet xi ammonti li rċeviet lil kumpanija fil-kampjun bħala ftehim dwar il-qsim tal-qligħ minħabba f'arranġamenti ta’ tolling bejn iż-żewġ kumpaniji. Kumpanija terza rċeviet biss ammont żgħir fis-sena fiskali 2006.

    (d)   Konklużjoni

    (85)

    Instab li ngħataw inċentivi skont din l-iskema lil ċerti produtturi tal-biodiżil tul għadd ta’ snin imsejsa fuq il-produzzjoni tagħhom ta’ biodiżil u kien jidher biċ-ċar li kien hemm kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Istati Uniti f'forma ta’ għotjiet li kienu speċifiċi għall-industrija tal-biodiżil. Is-sussidji, madankollu, qed jitqiesu li kienu rikorrenti u li kienu jitniżżlu kull sena partikolari; minħabba f'hekk, l-ebda benefiċċju ma ngħata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (86)

    Instab ukoll li l-iskema kienet introdotta mill-ġdid għas-sena fiskali 2009 (Ottubru 2008-Settembru 2009). Madankollu, meta wieħed iqis li l-perjodu ta’ investigazzjoni kien minn April 2007 sa Marzu 2008, ma hemm l-ebda raġuni li jiġu kkumpensati xi benefiċċji li jistgħu jinġemgħu skont l-iskema introdotta mill-ġdid.

    SKEMI TAL-ISTAT

    Introduzzjoni

    Erbgħa mill-iskemi tal-istat li ġew investigati ma ntużaw minn l-ebda kumpanija fil-kampjun u lanqas mill-kumpanija li kellha eżami individwali. F'dawn iċ-ċirkostanzi, dawn l-iskemi ma ġewx analizzati aktar. Dawn l-iskemi huma: Eżenzjoni mit-taxxa fuq it-tagħmir tal-biodiżil f'North Dakota; Programm għal-libertà ta’ enerġija fl-Istat ta’ Washington; L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut fuq il-biofjuwils fl-Istat ta’ Washington u t-tnaqqis ta’ taxxa fuq il-biofjuwils fl-Istat ta’ Washington

    3.5.   Eżenzjoni mit-taxxa tal-biodiżil f'Illinois

    (87)

    Fl-Istat ta’ Illinois, “it-taxxa fuq il-bejgħ” hija magħmula minn żewġ taxxi separati iżda komplementari. Bejjiegħ bl-imnut ta’ proprjetà personali tanġibbli (14) jġorr ir-responsabbiltà ta’ Retailers' Occupation Tax – (“ROT”) u x-xerrej ta’ proprjetà personali tanġibbli jġorr ir-responsabbiltà korrispondenti ta’ Taxxa tal-Użu.

    (88)

    Il-bażi legali għar-ROT hija 35 Statut Kompilati ta’ Illinois (“ILCS”), il-Kapitolu 120, it-Taqsima 2 filwaqt li l-bażi għat-Taxxa tal-Użu hija 35 ILCS, il-Kapitolu 105, it-Taqsima 3-45. Skont id-dispożizzjonijiet ta’ qabel, “taxxa hija imposta fuq persuni attivi fil-kummerċ ta’ bejgħ ta’ proprjetà personali tanġibbli bl-imnut…”. Id-dispożizzjonijiet tal-aħħar jiddikjaraw li l-bejjiegħa “għandhom jiġbru t-taxxa mill-utenti billi jżidu t-taxxa mal-prezz ta’ bejgħ tal-proprjetà tanġibbli, meta mibjugħa għall-użu, …”.

    (89)

    Ir-rata tar-ROT matul il-PI kienet ta’ 6.25 % tal-irċevuti grossi minn bejgħ ta’ proprjetà personali tanġibbli li jsir bil-ħsieb ta’ negozju, flimkien ma’ kwalunkwe taxxa lokali applikabbli fil-kontej ta’ Illinois (35 ILCS, il-Kapitolu 120, it-Taqsimiet 2-10).

    (90)

    Ir-rata ta’ Taxxa tal-Użu matul il-PI kienet ta’ 6,25 % mill-prezz ta’ bejgħ jew mill-valur ġust tas-suq, jekk ikun hemm, tal-proprjetà personali tanġibbli, flimkien ma’ kwalunkwe taxxa lokali applikabbli fil-kontej ta’ Illinois (35 ILCS, il-Kapitolu 105, it-Taqsima 3-10).

    (91)

    Tabilħaqq, kumpanija li tiġbor it-Taxxa tal-Użu fuq il-bejgħ tagħha għandha tħallas din it-taxxa bħala ROT lid-Dipartiment tad-Dħul ta’ Illinois.

    (a)   Bażi legali

    (92)

    Fir-rigward tal-impożizzjoni tar-ROT fuq il-biodiżil u t-taħlitiet ta’ biodiżil, 35 ILCS, il-Kapitolu 120, it-Taqsimiet 2-10 jistipula li l-qligħ mill-bejgħ li sar fi jew wara l-1 ta’ Lulju 2003 u fi jew qabel il-31 ta’ Diċembru 2013,

    (i)

    għal taħlitiet li ma fihomx inqas minn 1 % u mhux aktar minn 10 % biodiżil, għandu jkun suġġett għat-taxxa fuq 80 % tal-qligħ, u

    (ii)

    għal 100 % biodiżil u taħlitiet ta’ biodiżil li fihom aktar minn 10 % iżda mhux aktar minn 99 % ta’ biodiżil, ma għandux ikun suġġett għar-ROT.

    (93)

    Fir-rigward tal-impożizzjoni tat-Taxxa tal-Użu fuq il-biodiżil u t-taħlitiet ta’ biodiżil, l-istess eżenzjonijiet parzjali/totali japplikaw bħal dawk għar-ROT hawn fuq (35 ILCS, il-Kapitolu 105, it-Taqsimiet 3-10).

    (94)

    L-eżenzjonijiet mir-ROT u mit-Taxxa tal-Użu huma stipulati wkoll fil-leġizlazzjoni msemmija hawn fuq għall-qligħ minn bejgħ ta’ prodotti oħra.

    (b)   Eliġibbiltà

    (95)

    Kull persuna li tbigħ jew tixtri l-fjuwil tal-biodiżil hija eliġibbli li titlob l-eżenzjonijiet imsemmija fil-premessi (92) u (93) hawn fuq.

    (c)   Implimentazzjoni prattika

    (96)

    Id-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjoni msemmija fil-premessi (92) u (93) hawn fuq jistipulaw li t-Taxxa tal-Użu ma tinġabarx fuq bejgħ fl-imnut ta’ biodiżil/taħlitiet ta’ biodiżil. Bis-saħħa tal-fatt li l-bejgħ bl-imnut tal-biodiżil/ta' taħlitiet ta’ biodiżil huwa eżenti mit-Taxxa tal-Użu, il-kumpaniji li jbigħu l-biodiżil/it-taħlitiet tal-biodiżil (inklużi l-produtturi/dawk li jħalltu) lill-bejjiegħa bl-imnut mhumiex suġġetti għall-ħlas tar-ROT fuq il-bejgħ tagħhom ta’ biodiżil/taħlitiet ta’ biodiżil.

    (d)   Konklużjonijiet

    (97)

    Huwa ċar li l-eżenzjoni mit-Taxxa tal-Użu u mir-ROT hija inizjata mill-bejgħ bl-imnut ta’ biodiżil/taħlitiet ta’ biodiżil. F'dan ir-rigward il-benefiċċju mill-eżenzjonijiet huwa għalhekk tal-konsumaturi tal-prodott. F'dawn iċ-ċirkostanzi, skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament bażiku, l-ebda dazju kumpensatorju ma jista' jingħata bl-għan li jagħmel tajjeb għal dan is-sussidju billi dan ma ngħatax, direttament jew indirettament, għall-manifattura, għall-produzzjoni, għall-esportazzjoni jew għat-trasport tal-prodott ikkonċernat.

    (98)

    Waħda mill-kumpaniji li kooperaw fil-kampjun ma ġabritx it-Taxxa tal-Użu fuq il-bejgħ tagħha ta’ biodiżil/taħlitiet ta’ biodiżil lill-bejjiegħa bl-imnut u għalhekk ma ħallsitx ir-ROT fuq dan il-bejgħ. Madankollu, fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessa (97) hawn fuq, l-ebda benefiċċju kompensatorju ma huwa qed jitqies li akkumula għal din il-kumpanija.

    3.6.   Fond ta’ inċentiv għall-produttur kwalifikat tal-biodiżil f'Missouri

    (a)   Bażi legali

    (99)

    Fl-2002, skont il-Liġi tal-Istat ta’ Missouri (“RSMo”) (il-Kapitolu 142, it-Taqsima 142.031), ġie stabbilit il-Fond ta’ Inċentiv għall-Produttur Kwalifikat tal-Biodiżil f'Missouri (“il-Fond”). L-għan ta’ dan il-Fond huwa li “…jipprovdi sussidji ekonomiċi lill-produtturi kwalifikati tal-biodiżil…”.

    (100)

    Kull sena fiskali (li tibda mill-1 ta’ Lulju ta’ sena waħda sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara) id-Dipartiment ta’ Miżuri tal-Agrikoltura jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Produtturi Kwalifikati tal-Biodiżil f'Missouri (Missouri Qualified Biodiesel Producers - “MQBP”) il-flejjes kollha approprjati lill-Fond mil-leġiżlatura ta’ Missouri u li daħlu fil-liġi mill-Gvern ta’ Missouri.

    (b)   Eliġibbiltà

    (101)

    Bħal fil-bidu tal-PI (l-1 ta’ April 2007), MQBP kienet faċilità li tipproduċi l-biodiżil u

    (i)

    kienet irreġistrata mal-Aġenzija ta’ Ħarsien għall-Ambjent tal-Istati Uniti (United States Environmental Protection Agency “USEPA”) produzzjoni

    (ii)

    kienet mill-inqas wieħed u ħamsin fil-mija tappartjeni lill-produtturi agrikoli li kienu residenti tal-Istat ta’ Missouri u li kienu jaħdmu b'mod attiv fil-produzzjoni agrikola għal għanijiet kummerċjali;

    jew

    (iii)

    mill-inqas 80 fil-mija tal-materja prima għall-produzzjoni użata mill-faċilità oriġinat fl-Istat ta’ Missouri. Materja prima għall-produzzjoni tfisser prodott agrikolu f'Missouri kif definit fit-Taqsima 348.400 RSMo. Din id-definizzjoni tal-aħħar tinkludi, inter alia, prodotti agrikoli u veġetali, jew fl-istat naturali jew ipproċessat tagħhom, li kienu ġew prodotti, ipproċessati, jew inkella li kellhom il-valur miżjud magħhom fl-Istat ta’ Missouri.

    (102)

    Dawn il-kriterji ta’ eliġibbiltà ġew emendati, effettivament mit-28 ta’ Awwissu 2007, billi l-punt (iii) ġie sostitwit b'dan li ġej u biż-żieda ta’ kundizzjoni oħra ((iv) kif jidher hawn taħt):

    (iii)

    mill-inqas tmenin fil-mija tal-materja prima għall-produzzjoni użata mill-faċilità oriġinat fl-Istat ta’ Missouri. Materja prima għall-produzzjoni tfisser prodott agrikolu, ortikulturali, vitikulturali, veġetali, akkwakulturali, jew prodott ġej mill-bhejjem, mill-forestrija jew mit-tjur kemm fl-istat naturali kif ukoll fl-istat ipproċessat tiegħu.

    (iv)

    li jkollu dawn kollha li ġejjin:

    li kien irreġistra mad-Dipartiment tal-Agrikoltura f'Missouri sal-1 ta’ Settembru 2007;

    li kien beda l-kostruzzjoni tal-faċilità qabel l-1 ta’ Novembru 2007; produzzjoni

    li kien beda l-produzzjoni ta’ biodiżil qabel l-1 ta’ Marzu 2009.

    (c)   Implimentazzjoni prattika

    (103)

    Biex jakkwista għoti mill-fond, MQBP għandu jkollu fil-pussess tiegħu, inter alia, liċenzja. Liċenżja tinħareġ lil MQBP meta dan ikun laħaq il-kriterji msemmija hawn fuq u meta jipprovdi tagħrif addizzjonali lill-Istat tad-Dipartiment tal-Agrikoltura f'Missiouri (Missouri Department of Agriculture - “MDA”) inkluż in-numru tal-USEPA tal-kumpanija, in-numru ta’ identifikazzjoni tas-sid federali, eċċ. Il-liċenzja tibda tgħodd mid-data minn meta t-tagħrif mitlub jasal u jiġi approvat mill-MDA u tiskadi meta l-MQBP jkun irċieva 60 xahar ta’ għotjiet jew meta ma jkunx aktar konformi mad-dispożizzjonijet ta’ eliġibbiltà.

    (104)

    Ladarba tinħareġ liċenzja, MQPB jista' japplika għal għoti ta’ inċentiv għall-produttur billi jitlob formola ta’ applikazzjoni għal għotjiet ta’ xahar mill-MDA, Fond ta’ Inċentiv għall-Produttur Kwalifikat tal-Biodiżil. Biex wieħed jikseb għoti ta’ inċentiv għall-produttur għal xahar partikolari, MQBP għandu jimla l-formola ta’ applikazzjoni preskritta għall-għotjiet.

    (105)

    L-MQBP għandu jressaq il-formola kompluta ta’ applikazzjoni għall-għotjiet lill-MDA mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-aħħar jum tax-xahar li għalih qed tintalab l-għotja. Applikazzjonijiet li jitressqu wara dan il-limitu ta’ żmien huwa awtomatikament rifjutati.

    (106)

    L-ammont ta’ kull għotja tax-xahar huwa kkalkolat billi l-ewwel jiġi ddeterminat l-għadd ta’ glalen ta’ biodiżil kwalifikat prodott minn prodotti agrikoli f'Missouri fix-xahar ta’ qabel tas-sena fiskali, kif ċertifikat mill-MDA. Dan in-numru mbagħad jiġi mmoltiplikat bil-kreditu għal kull gallun stabbilit fit-Taqsima 142.031, RSMo (liġi tal-Istat) u fit-Titolu 2 tal-Kodiċi tar-Regolamenti tal-Istat (“CSR”) 110-2.010. Kull MQBP għandu jkun eliġibbli għal għotja totali fi kwalunkwe sena fiskali ugwali għal USD 0,30 għal kull gallun għall-ewwel 15-il miljun gallun ta’ biodiżil ikkwalifikat prodott minn prodotti agrikoli f'Missouri fis-sena fiskali, flimkien ma’ USD 0,10 għal kull gallun għal 15-il miljun gallun li jmiss ta’ biodiżil ikkwalifikat prodott minn prodotti agrikoli f'Missouri fis-sena fiskali. Biodiżil kwalifikat bħal dan prodott minn MQBP li jaqbeż it-30 miljun gallun f'sena fiskali ma għandux jiġi applikat mal-komputazzjoni ta’ għoti.

    (107)

    Jekk il-flejjes disponibbli mhumiex biżżejjed biex iħallsu l-għotja massima tax-xahar permessa mil-liġi lill-MQBP kollha, il-flejjes disponibbli jiġu mqassma biex kull MQBP jirċievi sehem mill-flus proporzjonali għall-produzzjoni eliġibbli ta’ biodiżil tal-MQBP kollha għal dak ix-xahar.

    (108)

    L-MDA jagħmel mill-aħjar biex iħallas l-għotjiet kollha għal xahar partikolari fi żmien 30 jum mill-wasla u l-approvazzjoni tal-formola ta’ applikazzjoni għall-għotjiet.

    (d)   Konklużjonijiet

    (109)

    Din l-iskema hija meqjusa bħala sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern tal-Istat ta’ Missouri (15) taħt forma ta’ għotjiet diretti. L-għotjiet jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuhom.

    (110)

    L-iskema hija limitata għall-produtturi tal-biodiżil u għalhekk titqies bħala waħda speċifika skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk kompensatorja.

    (e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (111)

    Wieħed mill-esportaturi fil-kampjun li koooperaw ibbenefika minn din l-iskema fil-PI. L-ammont ta’ għotjiet li waslu fil-PI ġie allokat fuq il-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat matul il-PI. L-ammont ta’ sussidji kompenstorji miksuba taħt din l-iskema, espressi ad valorem, għal din il-kumpanija kien ta’ 3,8 %.

    3.7.   Sħubija ta’ biofjuwils f'North Dakota fl-għajnuna lill-Programm ta’ għotjiet komunitarji ta’ espansjoni (PACE)

    (112)

    L-iskema PACE ta’ Biofjuwils, li bdiet tgħodd minn Lulju 2007, kienet preċeduta mis-sħubija tal-Biodiżil fl-għajnuna lill-iskema ta’ għotjiet komunitarji ta’ espansjoni (“Biodiżil PACE” li kienet tgħodd minn Lulju 2005 sa Ġunju 2007).

    (a)   Bażi legali

    (113)

    L-iskema Biodiżil PACE ġiet stabbilita bil-leġiżlatura ta’ North Dakota permezz tal-istabbiliment tal-Kodiċi Ċentinarju ta’ North Dakota ((“N.D.C.C.”) 6-09.17 “Sħubija ta’ Biodiżil ta’ Għajnuna lill-Espansjoni Komunitarja fl-2005”. Taħt dan il-Kodiċi, ġiet stabbilita sħubija ta’ biodiżil għall-għajnuna lil-fond ta’ espansjoni komunitarja (“il-fond”).

    (114)

    Fl-2007, wara li għaddiet il-Polza tas-Senat Nru 2180, il-Kodiċi Ċentinarju ta’ North Dakota 6-09.17 msemmi hawn fuq ġie emendat u l-iskema Biodiżil PACE ġiet modifikata minn Lulju 2007 u ssemmiet mill-ġdid bħala l-iskema Biofjuwils PACE.

    (b)   Eliġibbiltà

    (115)

    Skont l-iskema Biodiżil PACE, faċilità tal-produzzjoni tal-biodiżil kienet eliġibbli għall-finanzjament mill-fond.

    (116)

    “Faċilità ta’ produzzjoni tal-biodizil” ġiet definita bħala “korporazzjoni, kumpanija b'responsabbiltà limitata, sħubija, individwu jew assoċjazzjoni involut/a fil-produzzjoni ta’ fjuwil tad-diżil li fiha mill-inqas ħamsa fil-mija biodiżil li jilħaq l-ispeċifikazzjoni adottata mis-soċjetà Amerikana għall-ittestjar u l-materja”.

    (117)

    Il-finanzjament ħa l-forma ta’ interest rate buy down (tnaqqis fir-rata ta’ interess imposta) fuq is-self magħmul minn istituzzjoni finanzjarja ewlenija (kummerċjali) flimkien mal-Bank ta’ North Dakota. Il-bank imsemmi l-aħħar huwa istituzzjoni statali f'North Dakota. Ir-reċipjenti tas-self setgħu jgawdu minn tnaqqis fir-rata ta’ interess minn 5 % ‘l isfel mir-rata uffiċjali. Faċilità individwali ta’ produzzjoni tal-biodiżil setgħet tikkwalifika għal massimu totali ta’ USD 400 000 ta’ fondi b'interess imnaqqas għal kull self.

    (118)

    L-iskema PACE Biofjuwils, kienet stabbilita biex tixtri t-tnaqqis tar-rata ta’ interessi fuq self għall-faċilitajiet għall-produzzjoni ta’ biodiżil u etanol, għall-operazzjonijiet relatati mal-bhejjem, għall-bejjiegħa bl-imnut tal-biofjuwil u għall-faċilitajiet tat-trattament tal-frott taċ-ċereali. Il-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-biodiżil li jilħqu l-kriterji rilevanti huma eliġibbli għal din l-iskema.

    (c)   Implimentazzjoni prattika

    (119)

    Il-flejjes fil-fond jintużaw biex titnaqqas ir-rata ta’ interessi ta’ min jissellef fuq self li jkun sar minn sellief lokali u mill-Bank ta’ North Dakota (BND), li huwa entità pubblika li jappartjeni lill-Istat ta’ North Dakota. Is-self huwa ttrattat permezz ta’ istituzzjoni lokali ta’ self – bank, tfaddil u self, unjoni ta’ kreditu jew servizzi ta’ kreditu għall-farms – li jirrikjedu s-sehem tal-BND. L-istituzzjonijiet lokali ta’ self jistgħu jkunu istituzzjonijiet pubbliċi jew privati Flimkien ma’ min jisellef, is-sellief u l-BND jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet tas-self, inkluża r-rata ta’ interessi. Is-sellief ewlieni mbagħad jitlob li l-fond jintuża biex jikseb tnaqqis fir-rata ta’ interessi. Il-proċess ta’ applikazzjoni jsir minn sellief ewlieni (tipikament bank privat) lill-BND.

    (120)

    Kumpanija tħallas il-pagamenti mill-ġdid ta’ interessi mnaqqsa lis-sellief ewlieni. Is-sellief ewlieni mbagħad jirċievi mill-BND (mill-fond) id-differenza bejn il-ħlas mill-ġdid li normalment isir fuq il-bażi ta’ rata ta’ interessi “normali” u tal-ammont imnaqqas imħallas mill-kumpanija.

    (121)

    L-implimentazzjoni kemm tal-Biodiżil PACE kif ukoll tal-Biofjuwils PACE hija kif spjegat fiż-żewġ premessi ta’ qabel.

    (d)   Konklużjonijiet

    (122)

    Fir-rigward tal-Biodiżil PACE u l-Biofjuwils PACE, hemm kontribuzzjoni finanzjarja mill-awtoritajiet tal-Istat ta’ North Dakota billi l-awtoritajiet iressqu l-ħlas lil mekkaniżmu ta’ finanzjament (is-sħubija tal-biodiżil fl-għajnuna lill-fond ta’ espansjoni komunitarja jew is-sħubija ta’ biofjuwils fl-għajnuna lill-fond ta’ espansjoni komunitarja. L-imsemmi fond jintuża biex jiffinanzja parti mill-ħlasijiet mill-ġdid ta’ interessi dovuti minn kumpanija fuq self. Il-finanzjament ta’ eliġibbiltà miż-żewġ skemi huwa limitat għal, inter alia, manifatturi tal-biodiżil. F'dawn iċ-ċirkostanzi, iż-żewġ skemi huma speċifiċi skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku. Jeżisti benefiċċju lill-kumpaniji li jiddisponu minn din l-iskema fil-forma ta’ ħlasijiet mill-ġdid ta’ interessi mnaqqsa.

    (e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (123)

    Kumpanija għamlet użu mill-benefiċċji skont il-Biodiżil PACE fil-PI. Madankollu, il-benefiċċju lill-kumpanija tqies bħala negliġibbli billi kien inqas minn 0,1 %.

    3.8.   Kreditu tat-taxxa fuq it-tagħmir ta’ produzzjoni tal-biodiżil f'North Dakota

    (a)   Bażi legali

    (124)

    Il-bażi legali tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji għal North Dakota tinsab fil-Kostituzzjoni ta’ North Dakota fl-Artikolu X, §3, u N.D.C.C. §57-38-30. Il-kreditu ta’ taxxa taħt din l-iskema, li huwa disponibbli għal attrezzar mill-ġdid ta’ tagħmir tal-biodiżil, huwa msejjes fuq N.D.C.C. §57-38-30.6.

    (b)   Eliġibbiltà

    (125)

    Min iħallas it-taxxa għandu jkun korporazzjoni suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul ta’ North Dakota.

    (c)   Implimentazzjoni prattika

    (126)

    Il-kreditu ta’ taxxa fuq id-dħul huwa applikat fir-rigward tat-taxxa dovuta fl-ammont ta’ 10 fil-mija kull sena għal ħames snin ta’ spejjeż diretti li jitħallsu mill-persuna li tħallas it-taxxa wara l-31 ta’ Diċembru 2002. L-ispejjeż huma l-ispejjeż diretti tal-persuna li qed tħallas it-taxxa biex tadatta jew iżżid it-tagħmir għall-attrezzar mill-ġdid ta’ faċilità eżistenti jew għall-adattament ta’ faċilità ġdida fl-istat bl-għan ta’ produzzjoni jew ta’ taħlit tal-fjuwil tad-diżil li fih mill-inqas 2 % volum ta’ fjuwil tal-biodiżil.

    (d)   Konklużjonijiet

    (127)

    Din l-iskema hija limitata għal persuni taxxabbli li jimpenjaw rwieħhom fl-adattament jew fiż-żieda ta’ tagħmir għall-attrezzar mill-ġdid ta’ faċilità eżistenti jew għall-adattament ta’ faċilità ġdida fl-istat bl-għan ta’ produzzjoni jew ta’ taħlit tal-fjuwil tad-diżil li fih mill-inqas 2 % volum ta’ fjuwil tal-biodiżil. L-iskema hija għalhekk speċifiċi skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku. Din l-iskema titqies bħala sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku billi d-dħul tal-gvern li kieku normalment huwa dovut (taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji) huwa maħfur jew mhux miġbur. It-taxxa dovuta mnaqqsa tal-kumpanija hija benefiċċju.

    (e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (128)

    Kumpanija waħda għamlet użu minn din l-iskema fil-PI. Madankollu, il-benefiċċju lill-kumpanija tqies bħala negliġibbli billi kien inqas minn 0,1 %.

    3.9.   Kreditu tat-taxxa fuq id-dħul tal-biodiżil f'North Dakota

    (a)   Bażi legali

    (129)

    Il-kreditu ta’ taxxa għat-taħlit ta’ fjuwil ta’ biodiżil huwa msejjes fuq l-N.D.C.C. §57-38-01.22.

    (b)   Eliġibbiltà

    (130)

    Il-persuna li qed tħallas it-taxxa għandha tkun soġġetta għat-taxxa fuq id-dħul f'North Dakota u jkollha liċenzja attwali mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi tal-Istat bħala fornitur tal-fjuwil li jħallat il-fjuwil tal-biodiżil skond l-N.D.C.C. §57-43.2-05(1).

    (c)   Implimentazzjoni prattika

    (131)

    Persuna li tħallas it-taxxa hija intitolata għal kreditu fir-rigward tat-taxxa dovuta ta’ USD 0,05 għal kull gallun ta’ fjuwil ta’ biodiżil imħallat, sakemm il-biodiżil ikun fih volum ta’ mill-inqas 5 % (B5).

    (d)   Konklużjonijiet

    (132)

    Din l-iskema titqies bħala sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku billi d-dħul tal-gvern li kieku normalment huwa dovut (taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji) huwa maħfur jew mhux miġbur. It-taxxa dovuta mnaqqsa tal-kumpanija hija benefiċċju.

    (e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (133)

    Kumpanija waħda għamlet użu minn din l-iskema fil-PI. Madankollu, il-benefiċċju lill-kumpanija tqies bħala negliġibbli billi kien inqas minn 0,1 %.

    3.10.   Eżenzjoni mit-taxxa fuq it-taħlit ta’ biodjiżil u etanol f'Texas

    (134)

    Skont il-Kodiċi ta’ Texas, il-muturi li jaħdmu bil-fjuwil inkluż fjuwil tad-diżil huma suġġetti għal taxxa tas-sisa tal-Istat. It-taxxa tal-istat imħallsa fuq il-fjuwil tad-diżil għandha bil-liġi tiżdied mal-prezz ta’ bejgħ f'kull bejgħ sussegwenti biex it-taxxa titħallas fl-aħħar mill-aħħar mill-persuna li qed tuża jew tikkonsma l-fjuwil. Il-biodiżil huwa trattat bħala prodott separat skont il-liġi tal-Istat ta’ Texas. Mhuwiex prodott taxxabbli. Dan jimplika li l-produtturi tal-biodiżil ma għandhomx għalfejn jiġbru t-taxxa mingħand ix-xerrej f'isem u biex iħallsu lill-Awtorità tat-Taxxa tal-Istat. Ġie konkluż li l-produtturi tal-biodiżil ma jirċevux benefiċċju mill-eżenzjoni ta’ taxxa ta’ Texas fuq it-taħlit ta’ biodiżil u etanol u li, sakemm il-liġi ta’ Texas li tiddeċiedi li ma tintaxxax xi prodott partikolari jkun ta’ benefiċċju għal kulħadd fl-istat, benefiċċju bħal dan li jinġema' jmur għand il-konsumatur aħħari. F'dawn iċ-ċirkostanzi, din l-iskema ma titqiesx bħala kompensatorja.

    3.11.   Programm ta’ inċentiv għall-produzzjoni ta’ biodiżil u etanol għall-fjuwil f'Texas

    (a)   Bażi legali

    (135)

    Il-Kapitolu 16 tal-Kodiċi tal-Agrikoltura f'Texas Regoli għall-Etanol tal-Fjuwil u l-Programm ta’ inċentiv għall-Biodiżil; u Linji gwida għall-Etanol tal-Fjuwil u l-Programm ta’ Inċentiv għall-Biodiżil.

    (b)   Eliġibbiltà

    (136)

    L-iskema kienet tipprovdi għotijiet għal kumpaniji eliġibbli li jipproduċu l-etanol u l-biodiżil. Produttur li jkun qed ifittex li jirċievi għoti kien mitlub iressaq applikazzjoni li tistabbilixxi li:

    (1)

    l-impjant huwa kapaċi jipproduċi etanol tal-fjuwil jew biodiżil;

    (2)

    il-produttur għamel investiment sostanzjali fl-impjant: produzzjoni

    (3)

    l-impjant huwa struttura permanenti f'Texas.

    (c)   Implimentazzjoni prattika

    (137)

    L-iskema stabbilixxiet li l-produttur li ħallas miżata ta’ 3,2 ċenteżmi għal kull gallun ta’ biodiżil prodott f'impjant reġistrat kien intitolat li jirċievi 20 ċenteżmu għal kull gallun ta’ biodiżil prodott f'kull impjant reġistrat sal-10 anniversarju mid-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-impjant.

    (138)

    Impjant reġistrat kien meħtieġ iressaq rapporti kull xahar dwar il-produzzjoni flimkien ma’ rapport kull tliet xhur iċċertifikat minn Kontabilista Pubbliku Ċċertifikat. Meta r-rapport ta’ kull tliet xhur kien jitressaq, l-impjant kien iħallas miżata ta’ 3,2 ċenteżmi għal kull gallun. L-ammont ta’ din il-miżata mħallsa mbagħad kien jiġi mmoltiplikat b'5,25 b'tali mod li kien imbagħad jitħallas inċentiv ta’ 20 ċenteżmu lill-impjant. Il-limitu ta’ produzzjoni biex wieħed jibbenefika mill-inċentiv kien tal-ewwel 18-il miljun gallun annwali għal kull impjant.

    (139)

    L-iskema saret effettiva f'Settembru 2003 iżda l-ewwel ħlasijiet taħt din l-iskema ma sarux qabel Ġunju 2006 billi l-ebda fond ma kien ġew approprjat sas-sena fiskali minn Settembru 2005 sa Awwissu 2006. Din l-iskema ma baqgħetx titħaddem wara l-31 ta’ Awwissu 2007, billi l-Leġiżlatura ta’ Texas ma baqgħetx tiffinanzja l-iskema mill-approprjazzjonijiet tal-biennju 2008-2009 (Settembru 2007 sa Awwissu 2009). F'termini legali, l-iskema għadha teżisti f'Texas. Barra minn hekk, ġie stabbilit li waħda mill-kumpaniji kkonċernati gawdiet benefiċċji taħt din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (d)   Konklużjoni

    (140)

    Din l-iskema hija meqjusa bħala sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern tal-Istat ta’ Texas taħt il-forma ta’ għotjiet diretti. L-għotjiet iservu ta’ benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuhom skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. L-iskema hija limitata, inter alia, għall-produtturi tal-biodiżil u għalhekk titqies bħala waħda speċifika skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk kompensatorja.

    (e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (141)

    Kumpanija waħda użat din l-iskema fil-PI. L-ammont ta’ sussidju ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-ammont ta’ ħlasijiet li waslu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-miżati li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ħlasijiet li waslu biex wieħed jasal għall-ammont tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku.

    (142)

    L-ammont ta’ sussidju mbagħad ġie allokat fuq il-bejgħ totali tal-biodiżil li sar mill-kumpanija kkonċernata matul il-PI bħala d-denominatur xieraq.

    (143)

    Il-kumpanija kkonċernata kisbet sussidji minn din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ 0,3 %.

    3.12.   Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-produzzjoni ta’ biofjuwils fl-Istat ta’ Washington

    (144)

    L-Istat ta’ Washington jipprovdi tnaqqis ta’ taxxa mill-Business and Occupation tax – (“it-taxxa B&O”) u eżenzjoni mit-taxxa mit-taxxa fuq il-proprjetà u mit-taxxa tas-sisa fuq iċ-ċnus.

    (145)

    L-Istat ta’ Washington ma għandux sistema ta’ taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji. Il-kumpaniji pjuttost iħallsu Business and Occupation tax (“taxxa B&O”) li hija imposta fuq attivitajiet ta’ manifattura. Ir-rata ta’ taxxa normali imposta fuq l-attivitajiet ta’ manifattura hija ta’ 0,484 % sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ Washington.

    (146)

    Fir-rigward tat-taxxa fuq il-proprjetà, ir-rata applikabbli hija determinata minn ħafna ġurisdizzjonijiet li jirkbu fuq xulxin u din tvarja fost il-ġurisdizzjonijiet ta’ taxxi lokali fi ħdan l-Istat ta’ Washington. Madankollu, il-medja mifruxa mal-istat kollu hija ta’ madwar 1,2 % tal-valur ġust tas-suq.

    (147)

    It-taxxa tas-sisa fuq iċ-ċnus hija taxxa imposta minflok it-taxxa fuq il-proprjetà meta proprjetà eżenta, bħal proprjetà pubblika ta’ port, tintuża minn entità mhux eżenta, bħal pereżempju minn negozju għall-qligħ. Ir-rata hija ta’ 12,84 % tal-prezz tal-kiri kuntrattwali.

    (a)   Bażi legali

    (148)

    Skont il-Kodiċi Reveduta ta’ Washington (Revised Code of Washington - RCW) il-Kapitolu 82.04.260(1)(e), ir-rata ta’ taxxa B&O għall-manifatturi ta’ biofjuwils puri, inkluż il-biodiżil, tnaqqset minn 0,484 % għal 0,138 %. Din ir-rata mnaqqsa tgħodd sal-1 ta’ Lulju 2009.

    (149)

    Fir-rigward tal-eżenzjonijiet tat-taxxa fuq il-proprjetà u tat-taxxa tas-sisa fuq iċ-ċnus, l-RCW il-Kapitolu 84.36.635 u l-RCW il-Kapitolu 82.29A.135 jistipulaw li proprjetà ta’ vera u personali li tikkwalifika hija eżenta mit-taxxa fuq il-proprjetà u t-taxxa tas-sisa fuq iċ-ċnus.

    (b)   Eliġibbiltà

    (150)

    It-tliet tipi ta’ taxxi mnaqqsa/eżenzjonijiet imsemmija hawn fuq japplikaw għall-manifatturi tal-biofjuwil. It-tnaqqis/eżenzjonijiet huma disponibbli fl-Istat kollu, mingħajr ebda limitu għajr għar-rekwiżit tal-eliġibbiltà.

    (151)

    Fir-rigward tal-eliġibbiltà għat-tnaqqis tat-taxxa B&O, kif imsemmi hawn fuq, il-manifatturi tal-biodiżil huma eliġibbli.

    (152)

    Fir-rigward tal-eżenzjonijiet tat-taxxa fuq il-proprjetà u tat-taxxa tas-sisa fuq iċ-ċnus, kif imsemmi hawn fuq, il-proprjetà ta’ vera u personali li tikkwalifika hija eżenta mit-taxxa fuq il-proprjetà u t-taxxa tas-sisa fuq iċ-ċnus. Il-proprjetà vera u personali li tikkwalifika għandha tkun użata l-ewwel u qabel kollox għall-manifattura tal-biofjuwils puri. Proprjetà li tikkwalifika tinkludi bini, makkinarju u tagħmir, proprjetà oħra personali u art assoċjati mal-manifattura ta’ biofjuwils, iżda mhux art li tintuża għat-tkabbir tal-uċuħ tar-raba. Il-bini u t-tagħmir għandhom ikunu ġodda u ma jistgħux ikunu eżistew qabel Lulju 2003.

    (c)   Implimentazzjoni prattika

    (153)

    Biex tiddisponi mir-rata mnaqqsa tat-taxxa B&O li hija applikabbli għall-manifatturi tal-biodiżil, kumpanija eliġibbli għandha sempliċiment tirrapporta l-valuri tal-bejgħ ta’ tali prodotti fuq il-formola tat-taxxa rilevanti.

    (154)

    L-applikazzjoni għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà u mit-taxxa tas-sisa fuq iċ-ċnus għandha ssir sal-1 ta’ Novembru ta’ kull sena. L-applikazzjoni għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà ssir permezz tal-assessur tal-kontea lokali. L-applikazzjoni għall-eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa fuq iċ-ċnus issir permezz tad-Dipartiment tad-Dħul.

    (d)   Konklużjonijiet

    (155)

    Din l-iskema hija meqjusa bħala sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern tal-Istat ta’ Washington billi dħul tal-gvern li kieku normalment huwa dovut (taxxa B&O) huwa maħfur jew mhux miġbur. It-taxxa dovuta mnaqqsa ta’ kumpanija li tagħmel użu minn din l-iskema tagħti benefiċċju. Ir-rata tat-taxxa B&O imnaqqsa applikabbli għall-manifatturi tal-biofjuwils hija speċifika billi hija limitata għall-manifatturi tal-biofjuwil, inkluż il-biodiżil, u ċerti attivitajiet oħra speċifiċi u għalhekk titqies li hija kompensatorja.

    (156)

    L-ebda waħda mill-kumpaniji ma użat il-benefiċċji li jaqgħu taħt l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-ebda konklużjoni ma ttieħdet dwar l-eżenzjoni mit-taxxa. Kumpanija waħda użat il-benefiċċji li jaqgħu taħt l-eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa fuq iċ-ċnus iżda l-ammont ta’ benefiċċju kien ta’ inqas minn 0,1 % u għalhekk meqjus bħala negliġibbli. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-ebda konklużjoni ma ttieħdet dwar l-eżenzjoni mit-taxxa.

    (e)   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (157)

    Kumpanija waħda użat il-benefiċċji taħt l-iskema tat-tnaqqis tat-taxxa B&O matul il-PI. L-ammont ta’ sussidju ġie kkalkulat permezz tal-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa tat-taxxa B&O lill-valur tal-bejgħ tal-biodiżil prodott mill-kumpaniji fil-PI. L-ammont ta’ sussidju, meta espress bħala perċentwal tal-volum totali tal-bejgħ tal-biodiżil fil-PI kien ta’ 0,7 %.

    3.13.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

    (158)

    L-ammont ta’ sussidji kumpensatorji bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-kumpaniji investigati jvarja bejn 29,1 % u 41,1 %.

    (%)

    Skema

    Kumpanija

    Kreditu Ggħat-taħlita ta' biodiżil

    Kreditu tat-taxxa fuq ta' fjuwil tal- Produttur iż-Żgħir tal-biodiżil

    Fond ta' inċentiv ta' fjuwil tal- produtturi ta' biodiżil Missouri

    Programm ta' inċentiv għall- produzzjoni ta' fjuwil tal-ta' biofjuwils biodiżil f'Texas

    Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-produzzjoni ta' biofjuwils fl-Istat ta' Washington

    Total

    Archer Daniels Midland Company

    31,3

     

    3,8

     

     

    35,1

    Cargill Inc.

    34,1

    0,4

     

     

     

    34,5

    Green Earth Fuels of Houston LLC

    38,7

     

     

    0,3

     

    39,0

    Imperium Renewables Inc.

    28,4

     

     

     

    0,7

    29,1

    Peter Cremer North America LP

    41,0

     

     

     

     

    41,0

    Vinmar Overseas Limited

    41,1

     

     

     

     

    41,1

    World Energy Alternatives LLC

    37,6

     

     

     

     

    37,6

    (159)

    Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġini tas-sussidju għall-kumpaniji li jikkooperaw u li mhux inklużi fil-kampjun, kalkolat fuq il-bażi tal-marġini medju tas-sussidju b'piż differenzjat stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li jikkooperaw, huwa ta’ 36,0 %.

    (160)

    Fir-rigward tal-esportaturi l-oħra kollha fl-Istati Uniti, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet il-livell ta’ kooperazzjoni. Sar tqabbil magħmul bejn il-kwantitajiet ta’ esportazzjonijiet totali indikati fir-risposti tat-teħid ta’ kampjuni li waslu mill-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw u l-importazzjonijiet totali mill-Istati Uniti kif jirriżulta mill-istatistiċi ta’ esportazzjoni tal-Istati Uniti. Instab li l-perċentwal tal-kooperazzjoni kien ta’ 81 %. Fuq din il-bażi, il-livell ta’ kooperazzjoni tqies li hu gћoli. Għalhekk tqies bħala xieraq li jiġi stipulat il-livell ta’ sussidju għall-produtturi esportaturi li ma kooperawx fil-livell tal-ogħla sussidjar misjub għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw biex tkun żgurata l-effettività tal-miżuri.

    4.   L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    4.1.   Il-produzzjoni u l-kwalità ta’ produtturi fil-Komunità

    (161)

    It-tagħrif kollu disponibbli, inkluż it-tagħrif ipprovdut fl-ilment u fid-dejta miġbura mill-produtturi Komunitarji qabel u wara l-inizjazzjoni tal-investigazzjoni ntuża biex tiġi stabbilita l-produzzjoni Komunitarja totali u l-appoġġ għall-investigazzjoni.

    (162)

    Minn dan it-tagħrif instab li l-produzzjoni ġenerali Komunitarja kienet ta’ madwar 5 400 000 tunnellata matul il-PI. Tliet kumpaniji li jappartjenu lill-istess grupp instabu li kienu relatati mal-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti u l-grupp kien ukoll huwa nnifsu qed jimporta kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat mill-esportaturi relatati fl-Istati Uniti. Għalhekk, dawn il-kumpaniji ġew esklużi mill-kunċett ta’ produzzjoni Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku. B'konsegwenza ta’ dan, il-volum ta’ produzzjoni li fuqu ġiet stabbilita l-pożizzjoni kien fil-medda bejn l-4 200 000 u l-4 600 000 tunnellata.

    (163)

    Ġie stabbilit li l-kumpaniji li appoġġjaw l-ilment u li qablu li jikkooperaw fl-investigazzjoni rrappreżentaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni Komunitarja ta’ biodiżil matul il-PI indikat fil-premessa (162). Il-kumpanija msemmija fil-premessa (165) hawn taħt li naqqset milli tikkoopera mal-investigazzjoni ma tqisitx bħala waħda li appoġġjat l-ilment. Għaldaqstant ġie konkluż li l-ilment u l-investigazzjoni huma appoġġjati minn proporzjon ewlieni ta’ produzzjoni Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku.

    4.2.   It-teħid ta’ kampjuni

    (164)

    Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi Komunitarji, ġie deċiż li wieħed jirrikorri għat-teħid ta’ kampjuni biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ħsara materjali. Intbagħtu formoli ta’ kampjuni lill-produtturi potenzjali kollha tal-prodott simili fil-Komunità. Inizjalment aktar minn 40 kumpanija pprovdiet tagħrif sinifikanti għall-formoli tal-kampjuni u dawn qablu li jikkooperaw mal-proċediment. It-tliet kumpaniji msemmija fil-premessa (162) ma tqisux għall-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni għar-raġjunijiet imsemmija f'din il-premessa.

    (165)

    Mill-bqija tal-kumpaniji ntgħażel kampjun ta’ 11-il kumpanija fuq il-bażi tal-akbar volum ta’ produzzjoni u bejgħ rappreżentattiv fi ħdan il-Komunità, kif indikat fil-premessa (11) hawn fuq. Produttur wieħed oriġinalment maħsub għall-kampjun kellu jiġi eskluż billi naqas milli jikkoopera mal-investigazzjoni. L-10 kumpaniji fil-kampjun li baqgħu qed jitqiesu bħala rappreżentattivi għall-produzzjoni kollha Komunitarja.

    (166)

    Minn issa ‘l quddiem it-termini “industrija Komunitarja” jew “produtturi Komunitarji fil-kampjun” jirreferu għal dawn l-10 produtturi tal-kampjun.

    5.   ĦSARA

    (167)

    Kif imsemmi fil-premessa (17) hawn fuq, l-eżami tax-xejriet li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu minn Jannar 2004 sal-aħħar tal-PI. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja kienet prattikament għadha tibda fl-2004. Għalhekk tqies li jkun aktar xieraq li ssir analiżi msejsa fuq ix-xejriet għall-perjodu 2005 lill-PI (“il-perjodu analizzat”). Dan it-tagħrif miġbur li jirrelata mal-2004 huwa madankollu ppreżentat ukoll fl-evalwazzjoni li ssegwi.

    5.1.   Il-konsum Komunitarju

    Tabella 1

    Konsum Komunitarju

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Tunnellati

    1 936 034

    3 204 504

    4 968 838

    6 644 042

    6 608 659

    Indiċi 2005=100

    60

    100

    155

    207

    206

    (168)

    Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni Komunitarju kollu fis-suq Komunitarju tal-produtturi Komunitarji kollha, kif aċċertat fil-premessa (162) hawn fuq, li minnu għandhom jitnaqqsu l-esportazzjonijiet u jingħaddu l-importazzjonjiet mill-pajjiż ikkonċernat minn din l-investigazzjoni u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra.

    (169)

    F'dak li għandu x'jaqsam mal-volumi ta’ importazzjonijiet mill-Istati Uniti, kienu disponibbli s-sorsi ta’ tagħrif li ġejjin:

    id-dejta tal-Eurostat għall-kodiċi differenti tan-NM li taħthom il-prodott kien ikklassifikat;

    l-istatistika ta’ esportazzjoni tal-Istati Uniti;

    tagħrif ieħor statistikali ta’ natura kunfidenzjali dwar l-importazzjonijiet mogħti minn partijiet interessati.

    (170)

    Madankollu, l-analiżi ta’ dan it-tagħrif wriet li d-dejta tal-Eurostat ma setgħetx tintuża bl-għan li tevalwa l-konsum billi sal-aħħar tal-2007 ma kien hemm l-ebda kodiċi NM distint disponibbli għall-klassifikazzjoni doganali tat-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu kklassifikati taħt għadd ta’ kodiċijiet li kien fihom ukoll dejta ta’ importazzjoni ta’ prodotti oħra. Għalhekk, kien jidher aktar xieraq li tintuża l-istatistika dwar l-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti għall-istabbiliment ta’ ċifri kredibbli ta’ importazzjonijiet u ta’ konsum u ta’ xejriet ta’ importazzjonijiet. Permezz tal-użu ta’ dan is-sors ta’ tagħrif, tqies iż-żmien meħtieġ għall-ġarr bil-baħar biex il-prodotti jaslu mill-Istati Uniti fil-Komunità u għalhekk l-istatistika dwar l-esportazzjonijiet ġiet aġġustata b'xahar biex tikkunsidra dan il-perjodu ta’ żmien.

    (171)

    Fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra u l-esportazzjonijiet tal-produtturi Komunitarji, minħabba l-limitazzjoni fir-rigward tal-użu tad-dejta tal-Eurostat deskritta hawn fuq, l-investigazzjoni qagħdet fuq id-dejta rrapportata fl-ilment.

    (172)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, instab li l-konsum Komunitarju tal-biodiżil żdied b'107 % bejn l-2005 u l-2007 u mbagħad naqqas kemxejn fil-PI b'punt wieħed ta’ perċentwal. B'mod ġenerali, il-konsum żdied b'aktar mid-doppju fil-perjodu ta’ żmien analizzat.

    (173)

    Iż-żieda fid-domanda kienet prinċipalment minħabba fl-inċentivi li ttieħdu mill-Istati Membri biex jippromwovu l-użu tal-biofjuwils wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2003 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-biokarburanti jew karburanti oħra rinovabbli għat-trasport (16) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tifforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (17).

    5.2.   Volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem tas-suq

    Tabella 2

    L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Tunnellati

    2 634

    11 504

    50 838

    730 922

    1 137 152

    Indiċi 2005=100

    23

    100

    442

    6 354

    9 885

    Is-sehem tas-suq

    0,1  %

    0,4  %

    1,0  %

    11,0  %

    17,2  %

    Indiċi 2005=100

    25

    100

    250

    2 750

    4 300

    Sors: Statistiċi tal-esportazzjoni mill-Istati Uniti.

    (174)

    Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Stati Uniti żdiedu b'mod sinifikanti minn madwar 11 500 tunnellata fl-2005 għal madwar 1 137 000 tunnellata waqt il-PI.

    (175)

    Matul il-perjodu analizzat, l-importazzjonijiet sussidjati mill-Istati Uniti kontinwament żiedu s-sehem tagħhom fis-suq Komunitarju minn 0,4 % fl-2005 sa 17,2 % fil-PI. Għalhekk kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet sussidjati kemm f'termini assoluti kif ukoll f'termini relattivi meta mqabbla mal-konsum Komunitarju matul dak il-perjodu.

    (176)

    Splash and dash huwa terminu użat mill-operaturi tal-biodiżil biex jiddeskrivu xejra li biha l-biodiżil li allegatament huwa ta’ oriġini barranija jitwassal bil-baħar lill-Komunità wara li jkun għadda mill-Istati Uniti fejn jitħallat ma’ bażikament qatra (0,01 % tat-taħlita finali) tad-diżil konvenzjonali biex min iħallat jieħu sussidju fl-Istati Uniti.

    (177)

    Il-partijiet fl-Istati Uniti ddikjaraw li splash and dash jispjega l-konċentrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti lejn is-suq Komunitarju, billi din kienet allegatament tirrappreżenta 40 % tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti matul il-PI. Dawn il-partijiet qalu wkoll li minħabba li l-investigazzjoni tnediet kontra l-importazzjonijiet ta’ biodiżil li oriġinaw fl-Istati Uniti, il-kwantitajiet ikkonċernati mill-isplash and dash setgħu jiġu sseparati mill-analiżi ta’ ħsara u ttrattati bħala importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra.

    (178)

    Min-naħa l-oħra, l-kwerelant argumenta li l-importazzjonijet splash and dash, jekk kien hemm, kienu jirrappreżentaw l-aktar 10 % mill-volumi ta’ esportazzjonijiet tal-Istati Uniti, u għalhekk ma jkunux sinifikanti u ma jbiddlux is-sejbet li kwantitajiet kbar ta’ importazzjonijiet sussidjati mill-Istati Uniti daħlu fis-suq Komunitarju, b'mod partikolari matul il-PI.

    (179)

    L-investigazzjoni wriet li l-istatistika ta’ esportazzjoni tal-Istati Uniti ma tippermettix li wieħed jiddistingwi bejn kwalunkwe biodiżil esportat skont il-proċess allegat splash and dash u l-esportazzjonijiet l-oħra tal-Istati Uniti rreġistrati fil-kapitolu tagħhom dwar l-“Esportazzjonijiet”. Fl-istess statistika bilkemm instabu kwantitajiet li jridu jiġu ddikjarati skont il-kapitolu dwar “l-Esportazzjonijiet mill-Ġdid”. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti stqarrew ukoll li l-kwantitajiet kollha inklużi fil-kapitolu dwar l-“Esportazzjonijiet” huma prodotti meqjusa li joriġinaw fl-Istati Uniti.

    (180)

    Barra minn hekk, bosta mill-kumpaniji investigati fl-Istati Uniti ddikjaraw li ma kienx possibbli li ssir distinzjoni bejn il-kwantitatjiet esportati lejn il-Komunità jew mibjugħa fis-suq domestiku, il-kwantitjiaet prodotti jew miġjuba mill-Istati Uniti, u dawk esportati skont il-proċess splash and dash.

    (181)

    Ukoll, instab fil-każ tal-kumpaniji investigati fl-Istati Uniti li l-esportazzjonijiet kollha ta’ biodiżil kienu ddikjarati, kemm mal-esportazzjoni mill-esportaturi tal-Istati Uniti kif ukoll mal-importazzjoni mill-importaturi relatati fil-Komunità, bħala biodiżil li joriġina mill-Istati Uniti.

    (182)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq u wara li jitqies, b'mod partikolari, li l-esportazzjonijiet splash and dash, jekk ikun hemm, ġew dikjarati b'oriġini mill-Istati Uniti u meqjusa bħala li joriġinaw fl-Istati Uniti mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, tqies li ma kien hemm l-ebda raġuni li dawn jiġu ttrattati bħal importazzjonijiet li mhumiex mill-Istati Uniti.

    5.3.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati u l-waqgħa fil-prezz

    5.3.1.   Il-prezz tal-bejgħ għal kull unità

    Tabella 3

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Il-prezzijiet f'EUR/tunnellata

    463

    575

    600

    596

    616

    Indiċi 2005=100

    81

    100

    104

    104

    107

    Sors: Statistika tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti u tweġibiet tal-kwestjonarju tal-esportaturi tal-Istati Uniti fil-kampjun.

    (183)

    L-istatistika ta’ esportazzjoni tal-Istati Uniti intużat ukoll biex jiġu stabbiliti x-xejriet tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw fl-Istati Uniti, b'mod partikolari għall-2007 u għall-PI. Biex ikun rifless il-livell ta’ prezzijiet fuq il-fruntiera tal-Komunità, il-prezzijiet medji ta’ esportazzjoni ġew aġġustati bl-ispejjeż rilevanti tal-merkanzija u tal-assigurazzjoni. Għandu jiġi nnotat li għal perjodi aktar bikrin tal-perjodu analizzat, jiġifieri l-2005 u l-2006, u wkoll l-2004, l-istatistika ta’ esportazzjoni tal-Istati Uniti ma kinetx affidabbli bis-sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-valuri ta’ bejgħ billi l-prezzijiet medji mkejla ta’ esportazzjoni nstabu li kienu għolja b'mod sproporzjonat meta mqabbla mal-prezzijiet rapportati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-prezz medju ta’ esportazzjoni tal-Istati Uniti għal dawn is-snin kien imsejjes fuq it-tweġibiet tal-kwestjonarju pprovdut mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fl-Istati Uniti tal-Amerika.

    (184)

    Il-prezzijiet medji għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika kienu jvarjaw matul il-perjodu meqjus u b'mod ġenerali wrew żieda ta’ 7 % bejn l-2005 u l-PI.

    5.3.2.   Waqgħa fil-prezz

    (185)

    Għall-finijiet tal-analiżi ta’ waqgħa fil-prezz, il-medja differenzjata tal-prezzijiet ta’ bejgħ għal produtturi Komunitarji fil-kampjun imposti fuq klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju, aġġustati fuq livell ta’ prezzijiet tal-fabbrika, tqabblu mal-medja differenzjata tal-prezzijiet korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti, stabbiliti fuq bażi ta’ CIF għall-produtturi esportaturi fil-kampjun fl-Istati Uniti. Ġie applikat aġġustament fejn xieraq għad-dazji doganali, għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni u għad-differenzi fis-sustanzi (ara l-premessa li jmiss) użati fil-produzzjoni ta’ biodiżil.

    (186)

    L-investigazzjoni identifikat tipi differenti tal-prodott ikkonċernat b'mod partikolari msejjes fuq is-sustanza użata fil-proċess ta’ produzzjoni. Filwaqt li s-sustanza prinċipali użata fil-Komunità hija ż-żerriegħa tal-kolza, il-produtturi tal-Istati Uniti jużaw sustanzi oħra bħaż-żrieragħ tas-sojja, l-kanola, l-palma, eċċ. Billi s-sustanza hija bla dubju l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, tqies li għandu jsir aġġustament għad-differenza fis-sustanza. Dan l-aġġustament għalhekk ġie kkalkolat li jikkorrispondi mal-valur tas-suq tad-differenza bejn it-tipi rilevanti tal-prodott ikkonċernat meta mqabbel mat-tipi ta’ prodotti li huma prodotti miż-żerriegħa tal-kolza. B'dan il-mod kemm il-medja differenzjata tal-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija Komunitarja kif ukoll il-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet ikkonċernati tqabblet fuq l-istess bażi ta’ sustanza, prinċiplament iż-żerriegħa tal-kolza.

    (187)

    Fuq il-bażi tal-metodoloġija ta’ aktar ‘il fuq, id-differenza bejn il-prezzijiet tal-Istati Uniti u dawk Komunitarji, espressa bħala perċentwali tal-prezz medju differenzjat tal-industrija Komunitarja barra mill-fabbrika, jiġifieri l-marġni tal-waqgħa fil-prezzijiet, instab li kien ivarja bejn 18,9 % u 33,0 %.

    5.4.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja

    (188)

    Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li kienu sussidjati fuq l-industrija Komunitarja kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi rilevanti kollha stabbiliti għall-industrija Komunitarja matul il-perjodu analizzat.

    5.4.1.   Il-kapaċità ta’ produzzjoni, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

    Tabella 4

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Il-kapaċità ta' produzzjoni

    (tunnellati)

    529 000

    920 000

    1 306 572

    2 189 910

    2 520 508

    Indiċi 2005=100

    58

    100

    142

    238

    274

    Produzzjoni

    (tunnellati)

    475 710

    813 657

    1 214 054

    1 832 649

    2 016 573

    Indiċi 2005=100

    58

    100

    149

    225

    248

    Kapaċità ta' utilizzazzjoni

    90  %

    88  %

    93  %

    84  %

    80  %

    Indiċi 2005=100

    102

    100

    106

    95

    91

    Sors: Twegibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun.

    (189)

    B'konformità maż-żieda fil-konsum, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun żiedet kontinwament matul il-perjodu analizzat. Din żdiedet bi 42 % bejn l-2005 u l-2006 segwita minn żieda oħra ta’ 68 % fl-2007 u żieda oħra ta’ 15 % bejn l-2007 u l-PI. Din immarkat żieda ġenerali ta’ 174 % matul il-perjodu analizzat. Iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni rriżultat minn investimenti ġodda b'antiċipazzjoni ta’ żieda fid-domanda.

    (190)

    Tabilħaqq it-tkabbir tal-industrija Komunitarja fil-kapaċità tal-produzzjoni trid tidher fl-isfond ta’ mira tal-konsum Komunitarju ta’ biofjuwils u ta’ fjuwils oħra li jiġġeddu ta’ 5,75 %, stipulata bid-Direttiva 2003/30/KE, li hija kkalkolata fuq il-bażi tal-kontenut tal-enerġija tal-petrol u d-diżil kollu għall-għanijiet ta’ trasport, li tpoġġa fis-suq Komunitarju sal-31 ta’ Diċembru 2010. Barra minn hekk, f'Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew irrikonoxxa mira ta’ rabta minima ta’ 10 % li għandha tintlaħaq mill-Istati Membri kollha fit-tqassim ta’ biofjuwils fil-konsum ġenerali tat-trasport Komunitarju ta’ petrol u diżil sal-2020 (18). Din il-mira taf iżżid il-konsum Komunitarju tal-biofjuwils għal madwar 33 miljun tunnellata ta’ żejt sa dik is-sena. Il-kapaċità ta’ produzzjoni fil-Komunità kollha fl-2006 kienet stmata li laħħqet biss is-sitt miljun tunnellata. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, wieħed jifhem għalfejn il-produtturi Komunitarji investew f'kapaċitajiet addizzjonali b'antiċipazzjoni ta’ żieda fid-domanda.

    (191)

    Il-produzzjoni tal-prodott simili mill-industrija Komunitarja żdiedet ukoll kontinwament biex laħqet żieda ġenerali ta’ 148 % matul il-perjodu analizzat.

    (192)

    Minħabba fil-pass relattivament aktar bil-mod fiż-żieda ta’ produzzjoni tal-volumi fir-rigward taż-żieda tal-kapaċità tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-użu tal-industrija Komunitarja niżlet b'9 % matul il-perjodu analizzat.

    5.4.2.   Il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet medji ta’ kull unità fil-Komunità

    Tabella 5

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Il-volumi tal-bejgħ

    (tunnellati)

    476 552

    810 168

    1 194 594

    1 792 502

    1 972 184

    Indiċi 2005=100

    59

    100

    147

    221

    243

    Is-sehem tas-suq

    24,6  %

    25,3  %

    24,0  %

    27,0  %

    29,8  %

    Indiċi 2005=100

    97

    100

    95

    107

    118

    Prezzijiet medji

    (EUR/tunnellata)

    655

    759

    900

    892

    933

    Indiċi 2005=100

    86

    100

    119

    118

    123

    Sors: Twegibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun.

    (193)

    B'konformità mal-evoluzzjoni tal-konsum, il-volum ta’ bejgħ li sar mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdied kontinwament, b'reġistrazzjoni ta’ żieda ġenerali ta’ 143 % matul il-perjodu analizzat. Matul l-istess perjodu l-industrija Komunitarja żiedet ukoll is-sehem tagħha fis-suq b'4,5 punti perċentwali.

    (194)

    Il-prezzijiet medji ta’ bejgħ tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdied bi 23 % matul il-perjodu analizzat. Iż-żieda fil-prezzijiet kienet ġustifikata fid-dawl taż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima u ta’ inputs oħrajn.

    5.4.3.   It-tkabbir

    (195)

    It-tkabbir tal-industrija Komunitarja huwa rifless fl-indikaturi tal-volum bħall-produzzjoni u l-bejgħ iżda b'mod partikolari, fis-sehem tas-suq. Minkejja konsum li qed jissaħħaħ bil-kbir fis-suq Komunitarju matul il-perjodu analizzat, it-tkabbir tas-sehem fis-suq tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun kien wieħed relattivament modest. B'mod partikolari bejn l-2006 u l-PI, il-produtturi Komunitarji fil-kampjun għamlu qliegh ta’ biss 5,8 punti perċentwali fis-sehem tas-suq. Matul l-istess perjodu, l-importazzjonijiet sussidjati rnexxielhom jakkwistaw ‘il fuq minn 16-il punt perċentwal tas-sehem fis-suq. Il-fatt li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mit-tkabbir tas-suq kellu impatt ġenerali negattiv fuq il-qagħda ekonomika tagħha. Bosta fatturi ta’ ħsara bħall-produzzjoni, l-utilità ta’ kapaċità tal-produzzjoni, il-produttività, il-bejgħ, il-politika tal-investimenti, id-dħul fuq l-investimenti, intlaqtu serjament.

    5.4.4.   Ħażniet

    Tabella 6

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Ħażniet

    (tunnellati)

    11 195

    14 663

    34 123

    55 410

    58 566

    Indiċi 2005=100

    76

    100

    233

    378

    399

    Sors: Twegibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun.

    (196)

    Matul il-perjodu analizzat il-ħażniet tal-biodiżil żdiedu b'madwar 200 %. Dan it-tkabbir fl-inventarji seħħ matul il-perjodu analizzat u segwa b'mod aktar aċċentwat it-tkabbir fil-volumi ta’ produzzjoni tal-industrija Komunitarja matul l-istess perjodu. Madankollu qed jitqies li minħabba li l-biodiżil ma jistax jinħażen għal aktar minn sitt xhur (fuq medja l-perjodu ta’ ħażna huwa biss ta’ madwar tliet xhur), id-dejta relatata mal-ħażniet għandha biss valur limitat fl-evalwazzjoni tal-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja.

    5.4.5.   Il-profittabilità, l-investimenti, il-qligħ fuq l-investimenti, il-likwidità u l-ħila li jiżdied il-kapital

    Tabella 7

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Qliegħ

    9,3  %

    18,3  %

    18,0  %

    5,7  %

    5,7  %

    Indiċi 2005=100

    51

    100

    98

    31

    31

    Investimenti f' EUR 000

    19 497

    70 885

    237 115

    140 014

    131 358

    Indiċi 2005=100

    28

    100

    335

    198

    185

    Ir-redditu mill-investimenti

    92  %

    114  %

    108  %

    23  %

    23  %

    Indiċi 2005=100

    80

    100

    95

    20

    20

    Likwidità f' EUR 000

    24 113

    131 211

    213 560

    167 042

    180 602

    Indiċi 2005=100

    18

    100

    163

    127

    138

    Sors: Twegibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun.

    (197)

    Il-qliegħ tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun ġie stabbilit billi l-qligħ nett tal-bejgħ tal-prodott simili qabel it-taxxa fis-suq Komunitarju ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Matul il-perjodu analizzat il-qliegħ tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun naqas minn qliegħ ta’ 18,3 % fl-2005 għal 5,7 % fil-PI. Dan jirrappreżenta nuqqas ta’ 12,6 punti perċentwal matul il-perjodu analizzat.

    (198)

    Il-livell ta’ investimenti fil-produzzjoni ta’ biodiżil li saru mill-produtturi Komunitarji fil-kampjun żdied b’235 % bejn l-2005 u l-2006. Din iż-żieda kienet relatata mal-espansjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni b'antiċipazzjoni ta’ żieda fid-domanda fil-Komunità. F'dan ir-rigward qed tinġibed l-attenzjoni li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-investimenti huma ppjanati għal mill-inqas sentejn qabel impjant tal-biodiżil isir wieħed li jitħaddem bis-sħiħ. L-istess produtturi komplew jinvestu fl-2007 u matul il-PI iżda b'pass ħafna aktar bil-mod. Dan il-perjodu jaħbat maż-żieda ta’ importazzjonijiet sussidjati fis-suq Komunitarju.

    (199)

    Id-dħul tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun, li jesprimi r-rizultat qabel it-taxxa bħala perċentwal tal-valur medju nett tal-kontijiet fil-ftuħ u l-għeluq tal-assi involuti fil-produzzjoni tal-biodiżil kellu xejra negattiva f'dak li għandu x'jaqsam mal-qliegħ. It-tnaqqis attwali kien madankollu aktar drammatiku waqt li naqas b'91 punt perċentwali matul il-perjodu ta’ analiżi. Qed jitqies li d-deterjorazzjoni tad-dħul fuq l-investimenti hija indikazzjoni ċara tad-deterjorazzjoni tal-qagħda ekonomija fl-industrija Komunitarja.

    (200)

    Ix-xejra tal-likwidità, li hija l-ħila tal-industrija għall-awtofinanzjament tal-attivitajiet, uriet żieda ta’ 38 % matul il-perjodu analizzat. Minkejja l-waqgħa fil-qliegħ matul l-istess perjodu, dan l-indikatur juri xejra pożittiva prinċipalment minħabba fiż-żieda fl-ispejjeż tad-deprezzament li huma inklużi fl-istabbiliment tal-livell tal-likwidità. Raġuni oħra kienet li l-waqgħa fil-qliegħ f'termini assoluti, matul il-perjodu meqjus ma kienx daqshekk aċċentwat daqs il-waqgħa fil-valur totali. Bejn l-2006 u l-PI, madankollu, il-likwidità wriet żieda ta’ 15 % li jfisser reċessjoni serja matul il-parti tal-aħħar tal-perjodu analizzat meta l-importazzjonijiet sussidjati kienu aktar preżenti fis-suq Komunitarju.

    5.4.6.   L-impjieg, il-produttività u l-pagi

    Tabella 8

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Impjieg – Ekwivalenti għall-full time (FTE)

    61

    182

    278

    462

    506

    Indiċi 2005=100

    34

    100

    153

    254

    278

    Produttività

    (tunnellati/FTE)

    7 798

    4 470

    4 367

    3 967

    3 985

    Indiċi 2005=100

    174

    100

    98

    89

    89

    Pagi EUR/FTE

    62 374

    59 395

    54 290

    55 433

    55 555

    Indiċi 2005=100

    105

    100

    91

    93

    94

    Sors: Twegibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun.

    (201)

    B'konformità maż-żieda fil-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ, l-impjiegi fl-industrija Komunitarja żdiedu b'178 % fil-perjodu analizzat. ta’ min jinnota li l-industrija tal-biodiżil hija industrija kapitali intensiva li ma teħtieġx forza kbira tax-xogħol fil-proċess ta’ produzzjoni.

    (202)

    Il-pagi medji niżlu b'6 % matul il-perjodu analizzat. Dan huwa spjegat permezz tal-fatt li l-forza tax-xogħol addizzjonali mħaddma mill-industrija Komunitarja għall-espansjoni tal-produzzjoni lejn tmiem il-perjodu analizzat kienet teħtieġ inqas kwalifiki.

    (203)

    Bejn l-2005 u l-PI, il-produzzjoni naqqset bi 11 %.

    5.4.7.   Id-daqs tal-marġini attwali ta’ sussidju u l-irkupru mis-sussidju ta’ qabel

    (204)

    Il-marġini tas-sussidju għall-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti ġew speċifikati aktar ‘il fuq fit-taqsima dwar is-sussidju u huma ferm aktar minn de minimis. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati, l-impatt tal-marġini attwali tas-sussidju ma jistax jitqies bħala wieħed negliġibbli.

    5.4.8.   Produtturi fil-Komunità li mhumiex inklużi fil-kampjun

    (205)

    L-analiżi tad-dejta li tappartjeni lis-suq Komunitarju ssuġġeriet li l-produtturi Komunitarji għajr dawk inklużi fil-kampjun u dawk imsemmija fil-premessa (162) tilfu s-sehem konsiderevoli fis-suq matul il-perjodu analizzat fuq il-bejgħ tal-biodiżil prodott minnhom stess fis-suq Komunitarju. It-telf fis-sehem tas-suq ta’ dawn il-produtturi huwa stmat li huwa ‘l fuq minn 20 punt perċentwali matul il-perjodu analizzat.

    (206)

    Minn dan it-tagħrif ipprovdut mill-kwerelant, jidher li ħafna minn dawn il-kumpaniji jew waqfu jew naqqsu l-attività tagħhom tal-biodiżil u ma kinux kapaċi jikkooperaw b'mod xieraq mal-investigazzjoni.

    (207)

    Barra minn hekk, għadd ta’ kumpaniji li ressqu tagħrif fil-qafas tal-eżerċizzju tal-kampjuni indikaw li kellhom inaqqsu l-produzzjoni u l-persunal minħabba fl-importazzjonijiet irħas mill-Istati Uniti. Kien hemm kummenti simili minn produtturi oħra li kienu lesti li jibdew il-produzzjoni iżda li kellhom jittardjaw id-dħul tagħhom fis-suq minħabba fiż-żieda ta’ importazzjonijiet irħas mill-Istati Uniti, b'mod partikolari matul il-PI.

    (208)

    Id-dejta ta’ hawn fuq relatata mal-produtturi mhux inkluża fil-kampjun taf issaħħaħ il-konklużjonijiet rigward il-ħsara li sofrew il-produtturi Komunitarji fil-kampjun.

    5.5.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

    (209)

    Fil-kuntest ta’ domanda li qed tikber, l-investigazzjoni wriet li l-qagħda tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun marret għall-aħjar fir-rigward tal-indikaturi tal-volum bħall-produzzjoni (+ 150 %), il-kapaċità tal-produzzjoni (+ 174 %) u l-volum tal-bejgħ (+ 143 %) matul il-perjodu analizzat. Il-produtturi Komunitarji fil-Kampjun żiedu wkoll is-sehem tagħhom fis-suq minn 25,3 % fl-2005 għal 29,8 % matul il-PI, jiġifieri żieda modesta ta’ 4,5 punti perċentwali. L-impjiegi u l-investimenti żdiedu wkoll fid-dawl taż-żieda fid-domanda għall-biodiżil fis-suq Komunitarju matul dan il-perjodu. Madankollu, minħabba li l-volum tal-produzzjoni ma segwiex it-tkabbir tas-suq, l-utilità tal-kapaċità tal-produzzjoni waqgħet b'9 % u l-produttività naqqset bi 11 % matul il-perjodu analizzat.

    (210)

    L-indikaturi ewlenin relatati mal-qagħda finanzjarja tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun marru għall-agħar matul il-perjodu analizzat. Il-qliegħ niżel minn madwar 18 % fl-2005 u l-2006 għal inqas minn 6 % matul il-PI. Minkejja l-ħila li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess, b'mod partikolari minħabba fiż-żieda fil-likwidità, id-dħul fuq l-investimenti naqas b'mod drammatiku bi 80 % matul il-PI.

    (211)

    L-investigazzjoni wriet ukoll li l-produtturi Komunitarji fil-kampjun esperjenzaw żieda qawwija fl-ispejjeż tagħhom bejn l-2005 u l-2007 (+ 36 %) u bejn l-2005 u l-PI (+ 42 %), minħabba fiż-żidiet fil-prezzijiet tas-sustanzi (prinċipalment iż-żerriegħa tal-kolza u ż-żejt tas-sojja), li jirrappreżentaw viċin it-80 % tal-ispejjeż totali tal-biodiżil. Dawn iż-żidiet fl-ispejjeż ma setgħux jingħaddew kollha lill-klijenti fis-suq Komunitarju.

    (212)

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ‘il fuq, jista’jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja b'mod ġenerali batiet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku.

    6.   IL-KAWŻALITÀ

    6.1.   Introduzzjoni

    (213)

    Skont l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 8(7) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk l-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw fl-Istati Uniti kkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja ta’ tali grad li tista' tiġi kklassifikata bħala materjali. Fatturi oħra magħrufa għajr l-importazzjonijiet sussidjati, li jistgħu fl-istess waqt ikunu qed jagħmlu ħsara lil-industrija tal-Komunità, ġew eżaminati wkoll biex jiżguraw li xi ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma tiġix attribwita lill-importazzjonijiet sussidjati.

    6.2.   Effett tal-importazzjonijiet sussidjati

    (214)

    L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet sussidjati bi prezzijiet baxxi mill-Istati Uniti żdiedu b'mod sinifikanti fir-rigward ta’ volum, jiġifieri b'100 darba, matul il-perjodu analizzat. Dan irriżulta f'żieda sinifikanti ta’ 16,8 punti perċentwali fis-sehem tagħhom tas-suq, minn 0,4 % fl-2005 għal 17,2 % fil-PI. Biex wieħed jagħraf is-sinifikat tal-impatt li kellha l-waqgħa tal-importazzjonijiet sussidjati mill-Istati Uniti fuq il-Komunità, ta’ min jinnota li nkisbet żieda fis-sehem tas-suq ta’ 16,8 punti perċentwali f'perjodu ta’ 15-il xahar.

    (215)

    Fl-istess ħin, minkejja ż-żieda sinifikanti fil-konsum, l-industrija Komunitarja, fis-suq tal-qalba, irnexxielha biss tiggwadanja madwar 4,5 punti perċentwali tas-sehem fis-suq matul il-perjodu analizzat. L-investigazzjoni wriet li dan kien esklussivament għad-detriment ta’ produtturi Komunitarji oħra li waqfu jipproduċu jew li naqsu l-produzzjoni fil-perjodu analizzat.

    (216)

    Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet sussidjati żdiedu b'7 % bejn l-2005 u l-PI, iżda kienu aktar baxxi sew minn dawk tal-industrija Komunitarja matul l-istess perjodu. Għalhekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati naqsu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja b’ marġini medju ta’ waqgħa fil-prezz ta’ 25 % matul il-PI.

    (217)

    Il-pressjoni eżerċitata mill-waqgħa tal-importazzjonijiet sussidjati bi prezz baxx fuq is-suq Komunitarju ma permettitx lill-industrija Komunitarja li tistabbilixxi l-prezzijiet ta’ bejgħ tagħha f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq u maż-żidiet fl-ispejjeż. Tabilħaqq, fil-PI l-prezzijiet medji ta’ sustanzi użati mill-industrija Komunitarja biex tipproduċi l-biodiżil, kienu 25 % ogħla milli fl-2006. L-industrija Komunitarja setgħet biss tgħaddi lill-klijenti tagħha żieda fil-prezz limitata għal 4 % filwaqt li l-ispejjeż totali tagħha żdiedu b'20 % matul l-istess perjodu. ta’ min jinnota li l-prezz tas-sustanza ewlenija użata mill-produtturi tal-Istati Uniti, jiġifieri ż-żejt tas-sojja, żdied sew ukoll matul l-istess perjodu. Madankollu, kif jidher fil-premessa (211) hawn fuq, dawn iż-żidiet fl-ispejjeż ma kinux riflessi fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati.

    (218)

    Biex aktar turi r-rabta kawżali bejn il-waqgħa tal-importazzjonijiet sussidjati bi prezzijiet baxxi mill-Istati Uniti u l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja, il-qagħda fis-suq Komunitarju fil-perjodu 2005 sal-2006, meta l-importazzjonijiet sussidjati ma kinux preżenti, tqabblet mal-qagħda prevalenti fis-suq bejn l-2006 u l-PI, meta seħħet il-waqgħa tal-importazzjonijet sussidjati bi prezzijiet baxxi.

    (219)

    Mill-perjodu bejn l-2005 u l-2006, meta l-importazzjonijiet sussidjati kienu nieqsa mis-suq Komunitarju, il-konsum żdied b'madwar 1,8 miljun tunnellata. Il-produtturi kollha fil-Komunità setgħu jħejju l-pjanijiet kummerċjali tagħhom b'perspettiva ta’ suq b'saħħtu u li dejjem jikber. F'dan il-perjodu l-prezzijiet żdiedu b'19 % u l-industrija Komunitarja kisbet qliegħ li kien iwassal sa 18,3 %. Fl-2007 u matul il-PI, il-qagħda tbiddlet drastikament. L-importazzjonijiet sussidjati bi prezzijiet baxxi mill-Istati Uniti bdew deħlin fis-suq. Għalkemm is-suq kompla jespandi b'1,6 miljun tunnellata, kienu l-importazzjonijiet sussidjati mill-Istati Uniti li wasslu għall-parti l-kbira ta’ din iż-żieda tas-suq (‘il fuq minn miljun tunnellata). L-industrija Komunitarja ggwadanjat biss sehem tas-suq modest, l-ispejjeż tagħha ewlenin għall-produzzjoni tal-biodiżil żdiedu b'mod sinifikanti b'madwar 25 % iżda l-prezz medju tal-bejgħ żdied b'madwar 4 % biss fl-istess perjodu. Skont dan, il-qagħda tagħha ekonomija u finanzjarja ġenerali ddeterjorat matul il-PI billi l-qligħ naqas sew għal inqas minn 6 % fuq id-dħul.

    (220)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet sussidjati mill-Istati Uniti bi prezzijiet baxxi, li naqqsu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja matul il-PI u li żdiedu drastikament fil-volum, kellhom rwol determinanti fid-dannu li sofriet l-industrija Komunitarja, li huwa rifless b'mod partikolari fid-deterjorament tal-qagħda finanzjarja negattiva tagħha matul il-PI.

    6.3.   L-effett ta’ fatturi oħrajn

    6.3.1.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

    Tabella 9

    Pajjiżi terzi oħra

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    L-importazzjoni totali

    (tunnellati)

    0

    30 000

    55 000

    144 596

    147 812

    Indiċi

    0

    100

    183

    482

    493

    Is-sehem tas-suq

    0  %

    0,9  %

    1,1  %

    2,2  %

    2,2  %

    Indiċi 2005=100

    0

    100

    122

    244

    244

    Sors: Tagħrif provdut mill-kwerelant.

    (221)

    Il-volumi ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma setgħux jigu evalwati bi preċiżjoni fl-investigazzjoni għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (171) hawn fuq. Għalhekk, id-dejta tat-tabella hawn fuq hija msejsa fuq estimi pprovduti mill-kwerelant.

    (222)

    L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex ikkonċernati minn din l-investigazzjoni żdiedu minn madwar 30 000 tunnellata fl-2005 għal 147 812-il tunnellata matul il-PI. Dan irriżulta f'żieda moderata fis-sehem tas-suq ta’ 1,3 punti perċentwali matul l-istess perjodu. Ġie għalhekk provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma setgħu kienu xejn aktar għajr kontribut negliġibbli għad-dannu mġarrab mill-industrija Komunitarja.

    6.3.2.   L-iżvilupp tad-domanda

    (223)

    Fid-dawl tat-tkabbir sinifikanti tad-domanda matul il-perjodu meqjus u l-perjodu analizzat, il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja matul il-PI ma tistax tiġi attribwita lit-tnaqqis negliġibbli fid-domanda (-0,5 %) osservata fis-suq Komunitarju bejn l-2007 u l-PI.

    6.3.3.   Deċiżjonijiet ta’ Politika Pubblika

    (224)

    Parti waħda interessata allegat li l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ taxxi fuq l-enerġija fil-Ġermanja għall-biodiżil (19), għandha mnejn tinfluwenza b'mod negattiv il-qagħda ekonomika tal-produtturi Komunitarji li jfornu dak l-Istat Membru partikolari.

    (225)

    L-investigazzjoni żvelat li tabilħaqq il-biofjuwils puri użati l-Ġermanja ilhom jibbenefikaw minn inċentiva ta’ taxxa mill-1999 li tnaqqset mill-1 ta’ Awwissu 2006. Madankollu, fl-1 ta’ Jannar 2007 ġie introdott rekwiżit mandatorju għat-taħlit (20) li stabbilixxa l-kwota ta’ biodiżil għal 4,4 % kkalkolata fuq il-bażi tal-kontenut tal-enerġija tal-petrol u d-diżil kollu mqiegħed fis-suq Ġermaniż għall-għanijiet tat-trasport. L-operaturi li jonqsu milli jilħqu din il-kwota jkollhom iħallsu multa ta’ EUR 0,60 għal kull litru ta’ biodiżil nieqes mill-kwota. Fil-biċċa l-kbira dan ir-rekwiżit mandatorju tat-taħlit jidher li kkumpensa għat-telf ta’ bejgħ allegat u li kien ta’ kontrobilanċ fit-tnaqqis tal-inċentivi. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-volumi ta’ bejgħ tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun li jfornu s-suq Ġermaniż telgħu bi 68 % bejn l-2006 u l-PI.

    (226)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jitqies li d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-awtoritajiet pubbliċi fil-Komunità ma jistgħux ikissru r-rabta każwali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja.

    6.3.4.   Kapaċità batuta ta’ produzzjoni tal-produtturi Komunitarji

    (227)

    Parti interessata allegat li, mħeġġa mill-miżuri ta’ politika pubblika għall-promozzjoni tal-produzzjoni tal-biodiżil, ħafna kumpaniji fil-Komunità ddeċidew li jinvestu fil-kapaċitajiet espansivi ta’ produzzjoni eżistenti u f'impjanti ġodda. Din il-parti allegat li l-kapaċità ta’ produzzjoni għall-biodiżil fil-Komunità kienet tilħaq il-11,5 miljun tunnellata matul il-PI. Hija allegat ukoll li, billi l-iżvilupp ta’ konsum ma laħaqx l-istenniji, parti sinifkanti mill-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet għażżiena u kellha mnejn tibqa' hekk anki mingħajr l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti. Minħabba f'dan, l-ispejjeż fissi relattivi kellhom effett negattiv fuq il-qligħ u wkoll fuq id-dħul fuq l-investimenti u fuq il-likwidità tal-produtturi Komunitarji.

    (228)

    F'dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-investigazzjoni ffukat fuq il-qagħda tal-produtturi Komunitarji. Anki jekk huwa fatt li l-kapaċità ta’ produzzjoni fl-industrija Komunitarja żdiedet (+ 189 %) relattivament aktar mid-domanda (+ 106 %), ta’ min jinnota li l-ispejjeż ewlenin li jiddeterminaw il-produzzjoni tal-biodiżil huma l-ispejjeż varjabbli. Tabilħaqq, kif imsemmi fil-premessa (211) hawn fuq, il-materja prima għall-produzzjoni ta’ biodiżil tirrappreżenta 80 % tal-ispejjeż totali. Meta reġa' ġie eżaminat dan l-ilment, is-sehem tal-ispejjeż fissi fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ biodiżil kien jirrappreżenta biss 6 % tal-ispejjeż ġenerali. Għalhekk, kwalunkwe impatt allegat ta’ żieda fl-ispejjeż fissi, minħabba f'kapaċità mhux użata, ma tistax tispjega d-deterjorazzjoni sinifikanti fil-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja matul il-PI.

    (229)

    Flimkien ma’ dan, ta’ min jinnota li kif imsemmi fit-tabella 4 hawn fuq, ir-rata tal-utilità fil-kapaċità tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun kienet ta’ 80 % matul il-PI. Għalhekk, ma kienx hemm evidenza tal-kapaċità żejda allegata fil-Komunità fil-każ tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun.

    (230)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jitqies li kwalunkwe impatt negattiv li l-kapaċità mhux użata tal-produzzjoni seta' kellha fuq l-industrija Komunitarja ma kinetx tali li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja.

    6.3.5.   Żieda fid-domanda ta’ sustanzi għall-produzzjoni u prezzijiet li dejjem jogħlew

    (231)

    Parti waħda interessata stqarret li ż-żieda fid-domanda għaż-żerriegħa tal-kolza u għaż-żejt tal-kolza wasslu għal prezzijiet għolja ta’ materja prima fil-Komunità. Il-fatt li l-produtturi Komunitarji jistrieħu fuq iż-żejt tal-kolza bħala l-materja prima ewlenija għandu mnejn jispjega għalfejn dawn setgħu sofrew aktar minn produtturi oħra li jużaw iż-żjut veġetali bħaż-żejt tas-sojja jew iż-żejt tal-palm biex jipproduċu l-biodiżil.

    (232)

    Qabel kollox ġie nnutat li l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi Komunitarji fil-kampjun ma kinux biss qed jistrieħu fuq iż-żejt tal-kolza għall-produzzjoni tagħhom ta’ biodiżil iżda wkoll fuq żjut veġetali oħra (is-sojja, il-palm, il-ġirasol) u xi drabi x-xaħam tal-annimali.

    (233)

    Barra minn hekk, huwa tabilħaqq rikonoxxut fil-premessa (211) hawn fuq li l-industrija Komunitarja ħabbtet wiċċha ma’ żieda sinifikanti fl-ispejjeż tagħha għal materja prima (sustanzi għall-produzzjoni) matul il-perjodu analizzat. Madankollu, dan l-iżvilupp għandu jidher fl-isfond ta’ żieda ġenerali fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli madwar id-dinja u qed jiġi nnotat f'dan ir-rigward li ż-żieda fil-prezz taż-żejt tas-sojja (is-sustanza ewlenija użata mill-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat) kienet aktar enfasizzata matul l-istess perjodu. Għalhekk, it-tipi kollha ta’ biodiżil ġew affettwati miż-żieda fil-prezz tas-sustanzi għall-produzzjoni.

    (234)

    F'suq irregolat minn kompetizzjoni effettiva, għandu jkun mistenni li l-produtturi jkunu jistgħu jirkupraw iż-żidiet fil-prezzijiet u jgħadduhom lis-suq. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li kienet il-pressjoni eżerċitata mill-waqgħa tal-importazzjonijiet sussidjati bi prezz baxx fuq is-suq Komunitarju li ma permettitx lill-industrija Komunitarja li tistabbilixxi l-prezzijiet ta’ bejgħ tagħha f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq u maż-żidiet fl-ispejjeż. Kif imsemmi wkoll is-sustanza ewlenija użata mill-produtturi tal-Istati Uniti, jiġifieri ż-żejt tas-sojja, wera żieda enfasizzata fil-prezz fil-perjodu analizzat. Madankollu, dawn iż-żidiet fl-ispejjeż fl-Istati Uniti ma ġewx riflessi fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati fis-suq Komunitarju.

    (235)

    F’dan l-isfond iż-żieda fil-prezz tal-materja prima ma tistax tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja.

    6.3.6.   Żvilupp fil-prezz tad-diżil minerali

    (236)

    Parti interessata waħda stqarret li minħabba f'korrelazzjoni qawwija bejn il-prezzijiet tad-diżil minerali u l-prezzijiet tal-biodiżil, iż-żieda fil-prezzijiet tal-biodiżil, li kienet aktar immarkata miż-żieda tal-prezzijiet tad-diżil minerali, speċjalment fil-Ġermanja, kellha mnejn tikkawża waqgħa fil-bejgħ għall-produtturi li jfornu s-suq ta’ dan l-Istat Membru.

    (237)

    Qabel kollox ta’ min jinnota li l-parti inkwistjoni ma pprovdiet l-ebda tagħrif biex tissostanzja t-talba tagħha. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie ssuġġerit minn din il-parti, l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja kienet żiedet il-bejgħ u s-sehem tagħha tas-suq matul il-perjodu analizzat. Flimkien ma’ dan, billi l-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat huma kkwotati fuq bażi dinjija, il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat kellu jkun affettwat bl-istess mod bħall-bejgħ tal-biodiżil prodott fil-Ġermanja.

    (238)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, dan l-argument kellu jiġi rrifjutat.

    6.3.7.   L-importanza tal-lokalità tal-impjanti tal-biodiżil fil-Komunità

    (239)

    Parti interessata waħda stqarret li l-lokalità ta’ kwalunkwe produttur tal-biodiżil għandha tkun element importanti fir-rigward tal-kompetittività u użat lill-Ġermanja bħala eżempju biex turi li l-lokalitajiet imdawwrin bl-art tal-produtturi tal-biodiżil ikollhom iġarrbu spejjeż għolja tat-trasport billi l-kljienti l-kbar kollha, b'mod partikolari r-raffineriji u l-faċilitajiet ta’ taħlit tagħhom jinsabu fuq il-kosta.

    (240)

    L-investigazzjoni wriet li kwantità żgħira biss ta’ produtturi tal-industrija Komunitarja kienet tinsab f'lokalitajiet imdawwra bl-art. Barra minn hekk, għal ċerti produtturi nstab li ċerti raffineriji kienu jinsabu wkoll f'lokalitajiet imdawwra bl-art viċin dawn il-produtturi. Għal oħrajn l-investigazzjoni żvelat li kwalunkwe żvantaġġ għall-produtturi tal-biodiżil imdawwra bl-art fir-rigward tal-fatt li jinsabu ‘l bogħod mill-klijenti tagħhom (dawk li jħalltu, ir-raffineriji) kien ikkumpensat billi dawn kienu qrib l-imtieħen tat-tagħsir u/jew qrib il-fornituri tas-sustanzi għall-produzzjoni.

    (241)

    Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, l-ilment li l-lokalitajiet ta’ impjanti mdawwra bl-art qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja ġie rrifjutat.

    6.3.8.   Produtturi relatati mal-esportaturi tal-Istati Uniti

    (242)

    Ta' min jinnota li l-impatt tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tat-tliet kumpaniji msemmija fil-premessa (162) tqies fl-analiżi tal-effett tal-importazzjonijiet sussidjati mill-Istati Uniti li saret fil-premessi (214) sa (220) hawn fuq. Safejn huwa kkonċernat il-bejgħ tagħhom ta’ biodiżil prodott minnhom stess, l-investigazzjoni ma wrietx prezzijiet jew imġiba differenti minn dik tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun, b'mod partikolari matul il-PI.

    6.4.   Konklużjoni dwar kawżalità

    (243)

    L-analiżi ta’ hawn fuq wriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijet sussidjati bi prezzijiet baxxi li joriġinaw fl-Istati Uniti bejn l-2005 u l-PI. FL-istess ħin, instab li dawn l-importazzjonijiet kienu qed ibaxxu l-prezz tal-industrija Komunitarja b'mod sinifikanti matul il-PI.

    (244)

    Is-sejbiet varji tal-investigazzjoni u l-analiżi li twettqu, għall-perjodu 2005 u 2006 meta mqabbla mal-perjodu 2007 tal-PI, wrew li kien hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn il-waqgħa ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-Istati Uniti u d-deterjorazzjoni tal-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja, b'mod partikolari matul il-PI.

    (245)

    Skont l-analiżi ta’ hawn fuq, li għamlet distinzjoni b’mod xieraq u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin dwar il-qagħda tal-industrija Komunitarja mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet sussidjati mill-Istati Uniti kkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku.

    7.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

    7.1.   Kumment preliminari

    (246)

    Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar is-sussidju dannuż, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex ikun konkluż li mhux fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Id-determinazzjoni tal-interess Komunitarju kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija Komunitarja, l-importaturi, il-fornituri ta’ materja prima, u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

    7.2.   Interess tal-industrija Komunitarja

    7.2.1.   L-effetti tal-impożizzjoni jew tan-nuqqas ta’ impożizzjoni tal-miżuri fuq l-industrija Komunitarja

    (247)

    Kif issemma aktar ‘il fuq, l-industrija Komunitarja batiet minn dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw fl-Istati Uniti. In-nuqqas ta’ miżuri x'aktarx iwassal għal kontinwazzjoni tax-xejra negattiva tal-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja Il-qagħda tal-industrija Komunitarja kienet b'mod partikolari mmarkata b'nuqqas ta’ qliegħ ta’ 12,6 punti perċentwali bejn l-2005 u l-PI minħabba f'żidiet mhux suffiċjenti fil-prezz. Tabilħaqq, fid-dawl tax-xejra ‘l isfel fil-qligħ, huwa probabbli ħafna li l-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja se tiddeterjora aktar fin-nuqqas ta’ kwalunkwe miżura. Dan fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal qtugħ fil-produzzjoni u għal aktar għeluq tal-postijiet tal-produzzjoni, li għalhekk jheddu l-impjiegi u l-investimenti fil-Komunità.

    (248)

    Qed jitqies li l-impożizzjoni tal-miżuri għandha mnejn trodd il-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Għandu jitqies li x-xejra ‘l isfel fil-qliegħ tal-industrija Komunitarja hija r-riżultat tad-diffikultà li għandha biex tikkompeti mal-importazzjonijiet sussidjati, bi prezzijiet baxxi li joriġinaw fl-Istati Uniti. L-impożizzjoni tal-miżuri kontra s-sussidju x'aktarx li jpoġġu l-industrija Komunitarja fil-pożizzjoni li żżomm il-qligħ f'livelli meqjusa bħala meħtieġa għal din l-industrija b'kapital intensiv.

    (249)

    Fl-aħħar nett, huwa mistenni li l-miżuri jkunu effettivi biex jagħtu lill-industrija Komunitarja l-opportunità li tirkupra mis-sussidju dannuż li nstab matul l-investigazzjoni.

    7.3.   L-interess ta’ importaturi/negozjanti indipendenti fil-Komunità

    (250)

    Madwar 25 importatur/negozjant indipendenti fil-Komunità ġew ikkuntattjati mat-tnedija. Madankollu, l-ebda kooperazzjoni ma waslet minn dawn il-partijiet.

    (251)

    F'dawn iċ-ċirkostanzi, ma kienx possibbli provviżorjament li jiġi aċċessat bi preċiżjoni l-impatt possibbli tal-miżuri fuq l-importaturi.

    7.4.   Interess tal-utenti

    (252)

    Il-kumpaniji magħrufa kollha tal-utenti involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tad-diżil minerali, u involuti wkoll fit-taħlit obbligatorju tad-diżil minerali mal-biodiżil ġew ikkuntattjati u ntbagħtulhom kwestjonarji mat-tnedija.

    (253)

    Kumpanija waħda biss li tużah uriet kooperazzjoni. Dan l-utent ressaq rispons għall-kwestjonarju li fih stqarr li huwa favur it-tmiem tal-flussi ta’ importazzjonijiet irħas mill-Istati Uniti, minħabba li joħolqu tgħawwiġ fil-kompetizzjoni Komunitarja li jikkawża ħsara lill-kumpaniji risponsabbli għall-manifattura u għall-bejgħ tad-diżil, billi ċerti kompetituri li ma jżommux lura milli jixtru dan il-prodott irħis għandhom vantaġġ kompetittiv inġust meta mqabbbla ma’ dawk li jastjenu milli jixtru. Qed jingħad ukoll li l-miżuri għandhom mnejn jippermettu t-tnedija mill-ġdid tal-fabbrika ta’ produzzjoni tal-esteri (b'mod partikolari l-Ġermanja) u/jew għandhom jippermettu l-kontinwazzjoni tal-proġetti ta’ ħolqien ta’ fabbriki ġodda għall-esterifikazzjoni fil-Komunità. Billi l-esteru Ewropew huwa tradizzjonalment magħmul miż-żerriegħa tal-kolza (materja prima ta’ kwalità superjuri għall-palm jew għas-sojja użati fil-produzzjoni tal-B99), iż-żieda fl-għadd ta’ produtturi fl-Ewropa tkun għalhekk tfisser aktar prodotti ta’ kwalità aħjar li għandu mnejn jirriżulta f'waqgħa fil-prezzijiet tal-esteru, għall-benefiċċju finali tal-konsulatur.

    (254)

    Assoċjazzjoni waħda tal-utenti, li tirrappreżenta l-interessi tal-Baħħara fi Stat Membru wieħed stqarret li l-impożizzjoni ta’ miżuri għandu mnejn ikollha effetti mhux mixtieqa fuq l-attività tal-membri tagħha. Hija allegat li d-diżil huwa responsabbli għal 20 sa 25 % tal-ispejjeż tas-settur tat-trasport u li meta jitqies il-qliegħ baxx tas-settur (0-5 %), il-prezz tad-diżil huwa determinanti għas-sopravivenza ta’ eluf ta’ kumpaniji. Madankollu, dawn l-allegazzjonijiet ma setgħux jiġu vverifikati billi ma waslu l-ebda tweġibiet għall-kwestjonarju tal-utenti mill-membri individwali tal-assoċjazzjoni inkwistjoni.

    (255)

    F'dawn iċ-ċirkostanzi, ġie konkluż provviżorjament li, fuq il-bażi tat-tagħrif provdut, l-effett tal-miżuri kompensatorji għandu mnejn jidher imħallat u għalhekk ma jista' jkun hemm l-ebda konklużjoni ċara rigward l-eżistenza ta’ raġunijiet konvinċenti, fl-interess tal-utenti, biexdawn ma jadottawx miżuri f'dan il-każ partikolari.

    7.5.   L-interess tal-fornituri tal-materja prima

    (256)

    Sitt fornituri wieġbu għall-kwestjonarju. Erbgħa appoġġjaw l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra s-sussidju billi stqarrew li, jekk ma għandhomx jiġu imposti miżuri kontra s-sussidju, il-preżenza fit-tul ta’ żmien tal-industrija Komunitarja tkun qiegħda f'riskju. Jekk jiġri hekk, jaf ikun hemm impatt negattiv ċar fuq is-sitwazzjoni tagħhom.

    (257)

    Tnejn oħra li kienu relatati mal-produtturi esportaturi tal-biodiżil fl-Istati Uniti, stqarrew li miżuri possibbli ma jkunux ta’ impatt sinifikanti billi għandhom mnejn jirriżultaw f'bidla fil-flussi tal-kummerċ (bidla mill-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux koperti mill-miżuri).

    (258)

    Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal, jista' jiġi konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri għandu mnejn ikollha effett ġeneralment pożittiv fuq il-qagħda tal-fornituri tal-materja prima.

    7.6.   Il-kompetizzjoni u l-effetti li jfixklu l-kummerċ

    (259)

    Parti waħda interessata allegat inkoerenza tal-proċediment preżenti mad-deċiżjonijiet ta’ politika internazzjonali u Komunitarji għall-promozzjoni tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-biofjuwils relatati mal-ħarsien tal-ambjent u mat-tnaqqis tad-dipendenza minn fjuwils minerali.

    (260)

    F'dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku jitlob li għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa li jinqerdu l-effetti ta’ sussidju dannuż li jfixklu l-kummerċ, u li tintradd il-kompetizzjoni effettiva. F'dan l-isfond, ma jistgħux jitqiesu konsiderazzjonijiet ġenerali dwar il-ħarsien tal-ambjent u l-provvista ta’ diżil minerali fl-analiżi u fl-istess ħin ma tistax tkun iġġustifikata l-prassi kummerċjali inġusta.

    (261)

    Rigward is-suq Komunitarju, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra s-sussidju, il-produtturi esportaturi kkonċernati tal-Istati Uniti, sforz tal-pożizzjonijiet ta’ saħħa li għandhom fis-suq, x'aktarx li jkomplu jbiegħu l-prodotti tagħhom, għalkemm bi prezzijiet mhux sussidjati. X'aktarx ukoll li jkun għad hemm numru biżżejjed ta’ kompetituri ewlenin fis-suq Komunitarju, jiġifieri l-produtturi Komunitarji li waqqfu l-produzzjoni temporanjament u oħrajn li ma kinux kapaċi jniedu l-attivitajiet ta’ produzzjoni tagħhom minħabba fl-importazzjonijiet sussidjati. ta’ min jinnota f'dan ir-rigward li, fil-bidu tal-perjodu analizzat, il-bejgħ mill-produtturi Komunitarji mhux rappreżentati f'din l-investigazzjoni kien jgħodd għal mill-inqas 30 % tas-suq Komunitarju u dan is-sehem naqas sew minħabba fl-importazzjoni sussidjata mill-Istati Uniti. Għalhekk huwa probabbli li l-utenti se jibqa' jkollhom l-għażla ta’ fornituri differenti tal-biodiżil. Jekk, madankollu, ma tkun imposta l-ebda miżura, il-ġejjieni tal-industrija Komunitarja tkun fil-periklu. L-għibien tagħha jnaqqas bil-kbir il-kompetizzjoni fis-suq Komunitarju.

    7.7.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

    (262)

    L-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġina fl-Istati Uniti għandha tkun b'mod ċar fl-interess tal-industrija Komunitarja. Għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja tikber u tirkupra mill-ħsara kkawżata mill-importazzjonjiet sussidjati. Jekk, madankollu, l-ebda miżura ma tittieħed, x'aktarx li l-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja tkompli tinqered u aktar operaturi għandhom mnejn joħorġu min-negozju. Barra minn hekk, filwaqt li ma setgħet tintlaħaq l-ebda konklużjoni ċara fir-rigward tal-utenti u l-importaturi, l-impożizzjoni ta’ miżuri kienet ukoll mistennija li tkun fl-interessi tal-fornituri tal-materja prima.

    (263)

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, qed jiġi provviżorjament konkluż li f’dan il-każ ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti ta’ interess Komunitarju kontra l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji.

    8.   PROPOSTA GĦAL MIŻURI PROVVIŻORJI KONTRA S-SUSSIDJU

    8.1.   Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

    (264)

    Minħabba l-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward is-sussidju, id-dannu, il-kawżalità u l-interess Komunitarju, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji kontra s-sussidju biex ma jitħalliex li jkun ikkawżat aktar dannu lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet sussidjati.

    (265)

    Il-livell ta’ kwalunkwe miżura kumpensatorja għandu jkun biżżejjed biex jelimina l-ħsara lill-industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet sussidjati, mingħajr ma jinqabżu l-marġni ta’ sussidju misjuba. Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti dannużi tas-sussidju, tqies li kwalunkwe miżura għandha tħalli lill-industrija Komunitarja tagħmel il-qliegħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġjonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet sussidjati.

    (266)

    Għal dan l-għan, marġini ta’ qliegħ ta’ 15 % fuq id-dħul jista' jitqies bħala livell xieraq mistenni mill-industrija Komunitarja li jista' jinkiseb fin-nuqqas ta’ sussidju ta’ dannu msejjes fuq il-prestazzjoni tal-industrija Komunitarja fuq l-ewwel parti tal-perjodu kkunsidrat (2004, 2005 u 2006) u jista’ jitqies ukoll raġonevoli għall-garanzija tal-investiment ta’ produzzjoni fit-tul għal din l-industrija stabbilita ġdida.

    (267)

    Iż-żieda neċessarja fil-prezz kienet imbagħad determinata fuq il-bażi ta’ tqabbil bejn il-prezz medju tal-importazzjonijiet b'piż differenzjat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-traħħis sostanzjali fil-prezz, u l-prezz ta’ mingħajr ħsara tal-prodott simili mibjugħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Il-prezz ta’ mingħajr ħsara nkiseb bl-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun bil-qliegħ/telf attwali magħmul matul il-PI u biż-żieda tal-marġini ta’ qliegħ imsemmi hawn fuq. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet imbagħad espressa bħala perċentwali tal-valur CIF totali tal-importazzjoni.

    (268)

    Il-kumpanija li kellha l-eżami individwali msemmi fil-premessa (9) hawn fuq naqqset milli tipprovdi tagħrif xieraq fir-rigward tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tagħha lill-Komunità u l-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat tagħha fil-Komunità. Il-kumpanija ntalbet tipprovdi ċertu tagħrif biex tirrettifika n-nuqqasijiet fit-tagħrif imressaq mill-kumpanija fir-rispons tal-kwestjonarju tagħha. Il-Kummissjoni għarrfet ukoll lill-kumpanija li, jekk it-tagħrif mitlub ma jingħatax, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku t-tagħrif nieqes provdut fir-rispons tal-kwestjonarju tagħha jista' ma jitqiesx billi dan kien qed jikkawża diffikultajiet bla bżonn għall-wasla ta’ sejbiet preċiżi għal din il-kumpanija.

    (269)

    Il-kumpanija għarrfet dwar il-konsegwenzi tal-kooperazzjoni parzjali tagħha u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. Madankollu, ma waslet l-ebda tweġiba fiż-żmien limitat stipulat għal dan l-għan.

    (270)

    Għaldaqstant, il-livell ta’ eliminazzjoni ta’ dannu għal din il-kumpanija ġie stipulat b'mod provviżorju fil-livell tal-ogħla marġini ta’ dannu li nstab għall-kumpaniji fil-kampjun.

    8.2.   Miżuri provviżorji

    (271)

    Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, qed jitqies li, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri kumpensatorji provviżorji għandhom jiġu imposti fil-livell tal-marġini tas-sussidju misjub, iżda ma għandhomx ikunu ogħla mill-marġini ta’ dannu kkalkolat skont ir-regola ta’ inqas dazju.

    (272)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju kumpensatorju ġew stabbiliti permezz ta’ qbil bejn il-marġini ta’ eliminazzjoni ta’ dannu u l-marġini ta’ sussidju. Għaldaqstant, id-dazju kumpensatorju propost huwa kif ġej:

    Kumpanija

    Marġini ta’ ħsara

    Marġini ta' sussidju

    Rata tad-dazju kumpensatorju

    Archer Daniels Midland Company

    54,6  %

    35,1  %

    35,1  %

    Cargill Inc.

    58,9  %

    34,5  %

    34,5  %

    Green Earth Fuels of Houston LLC

    39,8  %

    39,0  %

    39,0  %

    Imperium Renewables Inc.

    41,6  %

    29,1  %

    29,1  %

    Peter Cremer North America LP

    69,9  %

    41,0  %

    41,0  %

    Vinmar Overseas Limited

    69,9  %

    41,1  %

    41,1  %

    World Energy Alternatives LLC

    41,7  %

    37,6  %

    37,6  %

    Kumpaniji li kooperaw li ma ddaħħlux fil-kampjuni

    51,4  %

    36,0  %

    36,0  %

    (273)

    Fid-dawl tal-fatt li d-dazju kumpensatorju għandu japplika għal taħlitiet li fihom bil-piż aktar minn 20 % ta’ biodiżil, fi proporzjon mal-kontenut tagħhom ta’ biodiżil, qed jitqies meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li jiddeterminaw id-dazji bħala ammonti fissi fuq il-bażi tal-kontenut tal-biodiżil.

    (274)

    Ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Gћalhekk, jirriflettu l-qagħda misjuba matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju madwar il-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

    9.   ŻVELAR

    (275)

    Is-sejbiet provviżorji ta’ hawn fuq se jkunu żvelati lill-partijiet interessati kollha li se jkunu mistiedna juru fehmiethom bil-miktub u jitolbu smigħ. Il-kummenti tagħhom se jkunu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunke determinazzjoni definittiva. Is-sejbiet provviżorji għandhom mnejn ikollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe sejbiet definittivi.

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B'dan qed jiġi impost dazju kumpensatorju fuq l-importazzjoniet ta’ esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u/jew ta’ nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, magħrufa b'mod komuni bħala '“biodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li jkun fih bil-piż aktar minn 20 % ta’ esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u/jew ta’ nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209820), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009120), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009920), ex 2710 19 41 (kodiċi TARIC 2710194120), 3824 90 91, ex 3824 90 97 (kodiċi TARIC 3824909787), li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika.

    2.   Ir-rata ta’ dazju kumpensatorju provviżorju applikabbli lill-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn isfel, għandha tkun kif ġej:

    Kumpanija

    Rata kumpensatorja tad-dazju

    Euro għal kull tunnellata metrika netta

    Il-kodiċi addizzjonali TARIC

    Archer Daniels Midland Company, Decatur

    237,0

    A933

    Cargill Inc., Wayzata

    213,8

    A934

    Green Earth Fuels of Houston LLC, Houston

    213,4

    A935

    Imperium Renewables Inc., Seattle

    216,8

    A936

    Peter Cremer North America LP, Cincinnati

    211,2

    A937

    Vinmar Overseas Limited, Houston

    211,2

    A938

    World Energy Alternatives LLC, Boston

    211,2

    A939

    Il-kumpaniji mniżżla fl-Anness

    219,4

    ara l-Anness

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    237,0

    A999

    Id-dazju kumpensatorju fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli bħala proporzjon fit-taħlita, bil-piż, tal-kontenut totali ta’ esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (il-kontenut ta’ biodiżil).

    3.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodott li jissemma fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għall-provvista ta’ sigurtà, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

    4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

    Artikolu 2

    1.   Bla ħsara għall-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97, il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, iressqu fehmiethom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni, fi żmien 16-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Skont l-Artikolu 31(4) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

    Artikolu 3

    L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ erba' xhur.

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Catherine ASHTON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.

    (2)  ĠU C 147, 13.6.2008, p. 10.

    (3)  ĠU C 147, 13.6.2008, p. 5.

    (4)  Il-Gvern tal-Istati Uniti pprovda l-Kodiċi komplut ta’ Dħul Intern aġġornat biex jirrifletti l-leġiżlazzjoni tat-taxxa kollha sal-15 ta’ Diċembru 2006 (verżjoni Diċembru 2006), rilevanti għall-PI attwali.

    (5)  Pereżempju (a) Il-gwida tat-trattament u l-użu tal-biodiżil maħruġa f'Settembru 2008 mil-Laboratorju Nazzjonali tal-Enerġija li Tiġġedded (NREL - National renewable energy laboratory), (b) Analiżi taż-żejt tal-biomassa maħruġa f'Ġunju 2004 mill-NREL, (c) Aħbarijiet, tagħrif u speċifikazzjonijiet pubbliċi li jikkonċernaw il-biodiżil maħruġa mis-Soċjetà Amerikana tal-Ittestjar tal-Materjal (ASTM – American Society of Testing Material), (d) Aħbarijiet pubbliċi u tagħrif pubbliku fir-rigward tal-biodiżil maħruġ mill-NBB, (e) fuljetti ta’ fatti maħruġa mid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti skont l-azzjonijiet tal-Ibliet Nodfa, eċċ.

    (6)  Żjut verġni, inklużi esteri ġejjin minn prodotti agrikoli varji bħall-qamħ, fażola tas-sojja, żerriegħa tal-ġirasol, żerriegħa tal-qoton, kanola, crambe, żerriegħa tal-kolza, għosfor, żerriegħa tal-qanneb/kittien, granza tar-ross, żerriegħa tal-mustarda, eċċ, jew xaħam tal-annimali.

    (7)  Fil-fatt 99,9 % billi huwa biżżejjed li wieħed iżid 0,1 % ta’ diżil minerali biex jikseb il-kreditu għat-taħlit fl-Istati Uniti.

    (8)  Bażikament, it-taħlitiet li niżlu għal B50 minn B99.

    (9)  Bażikament, it-taħlitiet li telgħu għal B20 minn B2.

    (10)  Ara l-Att dwar il-Politika tal-Enerġija tal-1992.

    (11)  Fl-U.S.C., it-terminu agri-biodiżil jirreferi għal biodiżil derivat biss minn żerriegħa ta’ żjut veġetali biss, inklużi esteri ġejjin mill-qamħ, mill-fażola tas-sojja, miż-żerriegħa tal-ġirasol, miż-żerriegħa tal-qoton, mill-kanola, mill-krambe, miż-żerriegħa tal-kolza, mill-għosfor, miż-żerriegħa tal-kittien, u żerriegħa tal-mustarda, u mix-xaħam tal-annimali. L-investigazzjoni wriet li aktar minn 98 % tal-biodiżil esportat mill-Istati Uniti lejn il-Komunità fil-PI kien agri-biodiżil.

    (12)  Il-kreditu ta’ USD 0,50 għal kull gallun żdied għal USD 1,00 għal kull gallun bl-Att tal-2008 għall-Estensjoni u t-Titjib fl-Enerġija (fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009).

    (13)  Is-sena fiskali għall-għanijiet tal-Programm dwar il-Bioenerġija kienet tibda mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara.

    (14)  “Proprjetà personali tanġibbli” mhijiex definita fil-leġiżlazzjoni ta’ Illinois iżda titqies bħala proprjetà fiżika.

    (15)  It-terminu “gvern” għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa interpretat skont l-Artikolu 1(3), it-tieni paragrafu, tar-Regolament bażiku li jistipula li “It-terminu «gvern» huwa ddefinit għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament bħala gvern jew kwalunkwe entità pubblika fit-territorju tal-pajjiż tal-oriġini jew ta’ esportazzjoni”.

    (16)  ĠU L 123, 17.3.2003, p. 42.

    (17)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

    (18)  Wara dan ir-rikonoxximent, il-Parlament u l-Kunsill qablu, f'Diċembru 2008, dwar Direttiva għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu li fihom mira ta’ 10 % għall-użu ta’ enerġija li tiġġedded fit-trasport għall-2010, li hija maħsuba li tintlaħaq prinċipalment mill-biofjuwils.

    (19)  L-“Energiesteuergesetz” daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2006 bl-impożizzjoni ta’ taxxa ta’ disa' Euroċenteżmi għal kull litru ta’ B 100.

    (20)  “Biokraftstoffquotengesetz” BGBl. 2006, taqsima I Nru 62 tal-21.12.2006, p. 3180, li timplimenta d-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE.


    ANNESS

    Produtturi esportaturi tal-Istati Uniti li kkooperaw u li mhumiex fil-kampjun

    Isem tal-kumpanija

    Belt

    Il-kodiċi addizzjonali TARIC

    AC & S Inc.

    Nitro

    A941

    Alabama Clean Fuels Coalition Inc.

    Birmingham

    A940

    Amereco

    Phoenix

    A941

    BioPur Inc.

    Bethlehem

    A941

    Central Iowa Energy LLC

    Newton

    A940

    Chesapeake Custom Chemical Corp.

    Ridgeway

    A940

    Delta BioFuels Inc.

    Natchez

    A940

    East Fork Biodiesel LLC

    Algona

    A940

    Ecogy Biofuels LLC

    Tulsa

    A940

    ED&F Man Biofuels Inc.

    New Orleans

    A940

    Freedom Biofuels Inc.

    Madison

    A940

    Freedom Fuels LLC

    Mason City

    A941

    Fuel Bio

    Elizabeth

    A940

    FUMPA Bio Fuels

    Redwood Falls

    A940

    Galveston Bay Biodiesel LP (BioSelect Fuels)

    Houston

    A940

    GeoGreen Fuels LLC

    Houston

    A940

    Griffin Industries Inc.

    Cold Spring

    A940

    Huish Detergents Inc.

    Salt Lake City

    A940

    Incobrasa Industries Ltd.

    Gilman

    A940

    Independence Renewable Energy Corp.

    Perdue Hill

    A940

    Innovation Fuels Inc.

    Newark

    A940

    Integrity Biofuels

    Morristown

    A941

    Iowa Renewable Energy LLC

    Washington

    A940

    Johann Haltermann Ltd.

    Houston

    A940

    Lake Erie Biofuels LLC

    Erie

    A940

    Louis Dreyfus Agricultural Industries LLC

    Wilton

    A940

    Middletown Biofuels LLC

    Blairsville

    A940

    Musket Corporation

    Oklahoma City

    A940

    Natural Biodiesel Plant LLC

    Hayti

    A941

    Nova Biofuels Clinton County LLC

    Clinton

    A940

    Organic Fuels Ltd.

    Houston

    A940

    Owensboro Grain Company LLC

    Owensboro

    A940

    Pacific Biodiesel Inc.

    Kahului

    A941

    Peach State Labs Inc.

    Rome

    A940

    Philadelphia Fry-O-Diesel Inc.

    Philadelphia

    A940

    Piedmont Biofuels Industrial LLC

    Pittsboro

    A941

    Prairie Pride

    Deerfield

    A941

    RBF Port Neches LLC

    Houston

    A940

    REG Ralston LLC

    Ralston

    A940

    Riksch BioFuels LLC

    Crawfordsville

    A940

    Sanimax Energy Inc.

    DeForest

    A940

    Southeast BioDiesel LLC

    Charlotte

    A941

    Soy Solutions

    Milford

    A940

    SoyMor Biodiesel LLC

    Albert Lea

    A940

    Stepan Company

    Northfield

    A941

    Trafigura AG

    Stamford

    A940

    U.S. Biofuels Inc.

    Rome

    A940

    United Oil Company

    Pittsburgh

    A940

    Vitol Inc.

    Houston

    A940

    Western Dubque Biodiesel LLC

    Farley

    A940

    Western Iowa Energy LLC

    Wall Lake

    A940

    Western Petroleum Company

    Eden Prairie

    A940

    Yokaya Biofuels Inc.

    Ukiah

    A941


    Top