This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0153
Council Regulation (EC) No 153/2009 of 19 February 2009 amending Regulation (EC) No 3/2008 on information provision and promotion measures for agricultural products on the internal market and in third countries
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2009 tad- 19 ta' Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2009 tad- 19 ta' Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi
ĠU L 51, 24.2.2009, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2015; Imħassar b' 32014R1144
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R0003 | Sostituzzjoni | artikolu 9 | 03/03/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32014R1144 |
24.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 153/2009
tad-19 ta' Frar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Għall-partijiet interessati fil-politika ta’ promozzjoni tal-prodotti agrikoli, il-qafas ġuridiku waħdieni stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (2) iffaċilitalhom l-aċċess għas-sistema u l-parteċipazzjoni fiha. Il-proċeduri amministrattivi involuti fit-twettiq ta’ din il-politika tnaqqsu u ġew simplifikati b’mod sinifikanti permezz tal-applikazzjoni tal-qafas ġuridiku waħdieni. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 jipprevedi li fil-każ li ma jkunx hemm programmi biex jiġu attwati fis-suq intern, l-Istati Membri konċernati għandhom il-possibbiltà li jħejju programm. Fejn l-organizzazzjonijiet proponenti ma jixtiqux iressqu programmi biex jiġu attwati f’pajjiżi terzi għal waħda jew iktar mill-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija f’dak ir-Regolament, għandu jkun permess li l-Istati Membri konċernati jħejju programm relevanti. |
(3) |
Partikolarment, l-Istati Membri konċernati għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jwessgħu l-ambitu tal-azzjonijiet li għandhom jiġu koperti minn dawk il-programmi anke billi jfittxu l-għajnuna ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali meta jwettqu dawk il-programmi, speċjalment fil-każ tal-programmi ta’ promozzjoni tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda f’pajjiżi terzi. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendament
L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 9
Il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ nuqqas ta’ programmi ta’ informazzjoni għas-suq intern u fil-pajjiżi terzi
1. Fin-nuqqas ta’ programmi li għandhom jiġu attwati fis-suq intern, għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(b) imressqa taħt l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru konċernat għandu jħejji, abbażi tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5(1), programm u l-ispeċifikazzjoni tiegħu, u jagħżel permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti l-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jkun qiegħed jimpenja ruħu għall-kofinanzjament tiegħu.
2. Fin-nuqqas ta’ programmi li għandhom jiġu attwati f’pajjiżi terzi għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) imressqa taħt l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru konċernat għandu jħejji, abbażi tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5(2), programm u l-ispeċifikazzjoni tiegħu, u jagħżel permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti l-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jimpenja ruħu għall-kofinanzjament tiegħu.
Il-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jkun eventwalment intagħżel mill-Istat Membru jew Stati Membri konċernati jista’ jkun organizzazzjoni internazzjonali, speċjalment meta l-programm jirrigwarda l-promozzjoni tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel f’pajjiżi terzi.
3. L-Istat Membru jew Stati Membri għandhom iressqu l-programm magħżul lill-Kummissjoni konformement mal-paragrafi 1 u 2, flimkien ma’ opinjoni motivata li tinkludi:
(a) |
kemm ikun kunsiljabbli l-programm; |
(b) |
il-konformità tal-programm u tal-korp propost ma’ dan ir-Regolament, u, jekk ikun il-każ, mal-linji gwida applikabbli; |
(c) |
il-valutazzjoni tal-valur għall-flus tal-programm; |
(d) |
l-għażla tal-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm. |
4. Għall-finijiet tal-eżami tal-programmi min-naħa tal-Kummissjoni, għandhom japplikaw l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(1).
5. Konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), il-Kummissjoni tista’ tiddefinixxi limiti aktar baxxi jew ogħla mill-ispiża reali tal-programmi mressqa taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-limiti jistgħu jiġu aġġustati abbażi tan-natura tal-programmi konċernati. Il-kriterji applikati jistgħu jiġu ddeterminati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ŘÍMAN
(1) L-Opinjoni tal-5 ta’ Frar 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).