EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009O0020
Guideline of the European Central Bank of 31 July 2009 on government finance statistics (recast) (ECB/2009/20)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 31 ta’ Lulju 2009 dwar l-istatistika finanzjarja tal-gvern (abbozzata mill-ġdid) (BĊE/2009/20)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 31 ta’ Lulju 2009 dwar l-istatistika finanzjarja tal-gvern (abbozzata mill-ġdid) (BĊE/2009/20)
ĠU L 228, 1.9.2009, p. 25–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2014; Imħassar b' 32013O0023
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32005O0005 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32013O0023 |
1.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/25 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-31 ta’ Lulju 2009
dwar l-istatistika finanzjarja tal-gvern
(abbozzata mill-ġdid)
(BĊE/2009/20)
(2009/627/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ), b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3,
Wara li ġie kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv mehmuż mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1),
Wara li ġie kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (2),
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2005/5 tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-ħtiġijiet ta’ rappurtar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali fil-qasam ta’ l-istatistiċi finanzjarji tal-gvern (3) ġiet emendata diversi drabi. Billi issa hemm bżonn ta’ iktar emendi għal din il-Linja Gwida, għandha tiġi abbozzata mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza u t-trasparenza. |
(2) |
Biex twettaq ħidmietha, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għandha bżonn ta’ statistika finanzjarja tal-gvern (GFS) komprensiva, jiġifieri li tkopri t-tranżazzjonijiet kollha inklużi dawk fejn il-gvern ġenerali jaġixxi bħala aġent għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, u affidabbli għall-analiżi ekonomika u monetarja. |
(3) |
Il-proċeduri stabbiliti f’din il-Linja Gwida ma jaffettwawx ir-responsabbiltajiet u l-kompetenzi fil-livell tal-Istati Membri u tal-Komunità. |
(4) |
Hemm bżonn li jiġu stabbiliti proċeduri effiċjenti għall-iskambju ta’ statistika finanzjarja tal-gvern (GFS) fi ħdan is-SEBĊ, sabiex jiġi żgurat li s-SEBĊ jkollha GFS fil-ħin li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħha u li jkun hemm il-kompatibilità bejniethom u t-tbassir tal-istess varjabbli mħejjija mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), irrispettivament minn jekk l-istatistika hijiex ikkompilata mill-BĊNi jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
(5) |
Parti mill-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet statistiċi tas-SEBĊ fil-qasam tal-GFS tiġi kkompilata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mhux mill-BĊNi. Għaldaqstant, uħud mill-ħidmiet li għandhom isiru skont din il-Linja Gwida jeħtieġu kooperazzjoni bejn is-SEBĊ u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (4), jobbliga lill-Istati Membri biex jorganizzaw rwieħhom fil-qasam ta’ l-istatistika, u biex jikkooperaw bis-sħiħ mas-SEBĊ sabiex jiżguraw is-sodisfazzjon ta’ l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 5 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ. |
(6) |
Is-sorsi statistiċi bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 u s-Sistema Ewropea ta’ Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali (iktar ‘il quddiem l-“ESA 95” (5) ma jissodisfawx il-bżonnijiet tal-SEBĊ fir-rigward tal-kopertura u fil-ħin tal-istatistika tal-aġġustament tad-dejn tal-gvern u tad-defiċit-dejn u statistika fuq tranżazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-baġit tal-UE. Għalhekk hemm bżonn ta’ iktar kumpilazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
(7) |
Hemm bżonn li tiġi stabbilita proċedura li biha jkunu jistgħu jsiru l-emendi tekniċi għall-annessi ma’ din il-Linja Gwida b’mod effettiv, sakemm emendi bħal dawn la jbiddlu l-qafas kunċettwali bażi u lanqas jaffettwaw il-piż ta’ rappurtar, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din il-Linja Gwida:
(1) |
“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li adotta l-euro; |
(2) |
“Stat Membru mhux parteċipanti” tfisser Stat Membru li m’adottax l-euro; |
Artikolu 2
Obbligi ta’ rappurtar statistiku tal-BĊNi
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw il-GFS lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), kif speċifikat fl-Anness I, kull sena kalendarja. Id-data għandha tikkonforma mal-prinċipji u mad-definizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 u tal-ESA 95, kif deskritti aktar fid-dettall fl-Anness II.
2. Is-sett tad-data komplet għandu jinkludi l-kategoriji kollha indikati bħala li huma jew ewlenin jew sekondarji fl-Anness I taħt l-istatistika tad-dħul u l-infiq fl-Anness I taħt l-istatistika tad-dħul u l-infiq, statistika ta’ aġġustament tad-defiċit-dejn u statistika tad-dejn. Settijiet ta’ data parzjali jinkludu għallinqas il-kategoriji ewlenin taħt statistika dwar id-dħul u l-infiq, statistika ta’ aġġustament dwar id-defiċit-dejn, jew statistika dwar id-dejn.
3. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw skont id-definizzjonijiet metodoloġiċi stabbiliti għas-setturi u s-subsetturi fit-Taqsima 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida u għal dan li ġej fit-Taqsima 2 tagħha:
(a) |
“statistika ta’ dħul u infiq” li tinkludi l-istatistika li tinsab fit-Tabelli 1A, 1B u 1Ċ tal-Anness I; |
(b) |
“statistika ta’ aġġustament defiċit-dejn” li tinkludi l-istatistika li tinsab fit-Tabelli 2A u 2B tal-Anness I; |
(c) |
“statistika tad-dejn” li tinkludi l-istatistika li tinsab fit-Tabelli 3A u 3B tal-Anness I. |
4. Id-data għandha tkopri l-perjodu minn 1995 sas-sena li magħha għandha x’taqsam it-trażmissjoni (sena t-1).
5. Id-data dwar defiċit/bilanċ, dejn, dħul, infiq u l-prodott domestiku gross (PDG) nominali għandha tkun akkompanjata b’raġunijiet għal reviżjonijiet meta l-ammont ta’ bidla għad-defiċit/bilanċ ikkawżat mir-reviżjonijiet ikun għallinqas 0,3 % tal-PGD jew l-ammont ta’ bidla għad-dejn, dħul, infiq jew PDG nominali kkawżat minn reviżjonijiet ikun għallinqas 0,5 % tal-PDG.
Artikolu 3
Obbligi ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE
1. Fuq il-bażi tad-data rrapportata mill-BĊNi, il-BĊE għandu jamministra l-“bażi ta”data tal-GFS’, li tinkludi ż-żona tal-euro u aggregati tal-UE. Il-BĊE għandu jqassam il-bażi ta’ data tal-GFS lill-BĊNi.
2. Il-BĊNi għandhom jimmarkaw l-informazzjoni statistika tagħhom billi jindikaw lil min din tista’ tkun magħmula disponibbli. Il-BĊE għandu jqis dan l-immarkar meta jqassam il-bażi ta’ data tal-GFS.
Artikolu 4
Rappurtar fil-ħin
1. Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw settijiet kompluti ta’ data darbtejn fis-sena, qabel il-15 ta’ April u qabel il-15 ta’ Ottubru.
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess settijiet parzjali ta’ data, bejn iż-żewġ rapporti deskritti fil-paragrafu wieħed, meta jkun hemm informazzjoni ġdida disponibbli. Meta jiġi rrapportat sett parzjali ta’ data li jkopri l-kategoriji ewlenin biss, il-BĊNi jistgħu jipprovdu wkoll stimi tal-kategoriji sekondarji.
3. Il-BĊE għandu jqassam il-bażi ta’ data tal-GFS lill-BĊNi għallinqas darba fix-xahar, mhux aktar tard mill-jum ta’ xogħol ta’ wara tal-BĊE wara li l-BĊE jiffinalizza d-data għall-pubblikazzjoni.
Artikolu 5
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
1. Fejn is-sorsi ta’ wħud jew tad-data u tal-informazzjoni kollha deskritta fl-Artikolu 2 huma awtoritajiet nazzjonali kompetenti li mhumiex il-BĊNi, il-BĊNi għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jistabbilixxu ma’ dawk l-awtortitajiet, il-mezzi adattati ta’ kooperazzjoni sabiex tiġi żgurata struttura permanenti ta’ trażmissjoni ta’ data sabiex jiġu sodisfatti l-istandards u l-ħtiġijiet tekniċi tas-SEBĊ, sakemm l-istess riżultat ma jkunx diġà ntlaħaq fuq il-bażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali.
2. Meta, waqt din il-kooperazzjoni, BĊN ma jkunx jista’ jikkonforma mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 4 minħabba li l-awtorità nazzjonali kompetenti ma tkunx ipprovdiet lill-BĊN bl-informazzjoni meħtieġa, il-BĊE u l-BĊN għandhom jiddiskutu ma’ dik l-awtorità kif din l-informazzjoni tista’ ssir disponibbli.
Artikolu 6
Standards ta’ trażmissjoni u ta’ kodifikazzjoni
Il-BĊNi u l-BĊE għandhom jużaw l-istandards speċifikati fl-Anness III sabiex jittrasmettu u jikkodifikaw id-data deskritta fl-Artikoli 2 u 3. Din il-ħtieġa ma timpedixxix l-użu ta’ xi mezzi oħra ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni statistika lill-BĊE bħala soluzzjoni ta’ rikorrenza miftiehma.
Artikolu 7
Kwalità
1. Il-BĊE u l-BĊNi għandhom jimmonitorjaw u jippromwovu l-kwalità tad-data rrapportata lill-BĊE.
2. Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jirrapporta ta’ kull sena lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fuq il-kwalità tal-GFS annwali.
3. Ir-rapport għandu jindirizza, għallinqas, il-kopertura tad-data, kemm tikkonforma mad-definizzjonijiet relevanti, u l-ammont ta’ reviżjonijiet.
Artikolu 8
Proċedura ssimplifikata ta’ emenda
Filwaqt li jqis l-opinjonijiet tal-Kumitat tal-Istatistika, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jkun intitolat jagħmel emendi tekniċi għall-annessi ta’ din il-Linja Gwida, sakemm emendi bħal dawn la jbiddlu l-qafas kunċettwali bażi u lanqas ma jaffettwaw il-piż ta’ rappurtar.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u revoka tal-Linja Gwida BĊE/2005/5
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.
2. Il-Linja Gwida BĊE/2005/5 hija imħassra.
3. Ir-referenzi għal-Linja Gwida BĊE/2005/5 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida.
Artikolu 10
Indirizzati
Din il-Linja Gwida tapplika għall-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.
(2) ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.
(3) ĠU L 109, 29.4.2005, p. 81.
(4) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(5) Li jinsabu fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 2223/96.
ANNESS I
ĦTIĠIJIET TA’ RAPPURTAR TA’ DATA
Il-kategoriji ewlenin jidhru bil-grassett, filwaqt li l-kategoriji oħrajn huma sekondarji. Il-kategoriji jirreferu għas-settur tal-gvern ġenerali sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor. “Dejn li għandu rata ta’ imgħax varjabbli_” tfisser dejn f’dawk l-istrumenti finanzjarji li l-ħlasijiet b’kupuni mhumiex perċentwal predeterminat tal-kapital, iżda jiddependu fuq it-tielet rata ta’ imgħax jew ta’ redditu jew fuq indikatur ieħor.
Statistika tad-dħul u tal-infiq
Tabella 1A
Kategorija |
Nru u relazzjoni lineari |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) |
1 = 2 – 5 |
Dħul totali |
2 = 3 + 4 |
Dħul kurrenti totali |
3 = 11 |
Dħul kapitali totali |
4 = 33 |
Infiq totali |
5 = 6 + 7 |
Infiq kurrenti totali |
6 = 23 |
Infiq kapitali totali |
7 = 35 |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) primarju |
8 = 9 + 10 |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) |
9 = 1 |
Imgħax li jrid jitħallas |
10 = 28 |
Dħul kurrenti totali |
11 = 12 + 15 + 17 + 20 + 22 |
Taxxi diretti |
12 |
li għandhom jitħallsu minn korporazzjonijiet |
13 |
li għandhom jitħallsu minn djar |
14 |
Taxxi indiretti |
15 |
li minnhom taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) |
16 |
Kontribuzzjonijiet soċjali |
17 |
li huma kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem |
18 |
li huma kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati |
19 |
Dħul kurrenti ieħor |
20 |
li huwa imgħax li jrid jiġi rċevut |
21 |
Bejgħ |
22 |
Infiq kurrenti totali |
23 = 24 + 28 + 29 + 31 |
Trasferimenti kurrenti |
24 = 25 + 26 + 27 |
Ħlasijiet soċjali |
25 |
Sussidji li jridu jitħallsu |
26 |
Trasferimenti kurrenti oħra li jridu jitħallsu |
27 |
Imgħax li jrid jitħallas |
28 |
Kumpens tal-impjegati |
29 |
li huma pagi u salarji |
30 |
Konsum intermedju |
31 |
Tfaddil gross |
32 = 11 – 23 |
Dħul kapitali totali |
33 |
li huwa taxxi kapitali |
34 |
Infiq kapitali totali |
35 = 36 + 37 + 38 |
Investiment |
36 |
Akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji |
37 |
Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu |
38 |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) |
39 = 1 = 40 + 41 + 42 + 43 |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern ċentrali |
40 |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern statali |
41 |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern lokali |
42 |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-fondi tas-sigurtà soċjali |
43 |
Partiti tal-memorandum |
|
Kontribuzzjonijiet soċjali attwali |
44 |
Benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus |
45 |
Tabella 1B
Kategorija |
Nru u relazzjoni lineari |
Ħlasijiet minn Stat Membru lill-bagit tal-Unjoni Ewropea |
1 = 2 + 4 + 5 + 7 |
Taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit tal-UE |
2 |
li huma VAT irċevuta mill-baġit tal-UE |
3 |
Kooperazzjoni internazzjonali kurrenti li trid titħallas mill-gvern lill-baġit tal-UE |
4 |
Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE |
5 |
li huma r-raba’ riżorsa proprja tal-UE |
6 |
Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE |
7 |
Infiq tal-UE fl-Istat Membru |
8 = 9 + 10 + 11 + 12 + 13 |
Sussidji li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE |
9 |
Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern |
10 |
Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi |
11 |
Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern |
12 |
Trasferimenti kapitali mħallsa mill-baġit tal-UE lil sezzjonijiet mhux governattivi |
13 |
Dħul nett mill-baġit tal-UE (riċevitur nett +, kontributur nett -) |
14 = 8 – 1 |
Partita tal-memorandum |
|
Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji |
15 |
Tabella 1C
Kategorija |
Nru u relazzjoni lineari |
Infiq fuq il-konsum finali |
1 = 2 + 3 = 4 + 5 + 6 + 7 + 8 + 9 – 10 |
Infiq fuq il-konsum individwali |
2 |
Infiq fuq il-konsum kollettiv |
3 |
Kumpens tal-impjegati |
4 = [1A.29] (1) |
Konsum intermedju |
5 = [1A.31] |
Trasferimenti soċjali mhux fi flus fornuti permezz tal-produtturi tas-suq |
6 |
Konsum ta’ kapital fiss |
7 |
Taxxi fuq il-produzzjoni mħallsa bis-sussidji rċevuti mnaqqsa |
8 |
Bilanċ nett tat-tħaddim |
9 |
Bejgħ |
10 = [1A.22] |
Partita tal-memorandum |
|
Infiq tal-konsum finali bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel |
11 |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) |
12 = [1A.1] |
Imgħax li jrid jitħallas |
13 = [1A.10] |
Imgħax inkluż settlements taħt swaps u ftehim fuq ir-rata forward |
14 |
Proċedura tad-defiċit eċċessiv defiċit (–) jew bilanċ (+) |
15 = 12 + 13 – 14 |
Rikavat mis-sistema ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli universali |
16 |
Dejn |
17 = [Tabella 3A.1] |
Prodott domestiku gross (PDG) bi prezzijiet kurrenti |
18 |
PDG bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel |
19 |
Investiment tal-Gvern bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel |
20 |
Statistika ta’ aġġustament defiċit-dejn
Tabella 2A
Kategorija |
Nru u relazzjoni lineari |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) |
1 = [1A.1] |
Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u dawk li m’humiex |
2 = 1 – 3 |
Tranżazzjonijiet netti f’attiv u passiv finanzjarju |
3 = 4 – 15 |
Tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji (konsolidati) |
4 = 5 + 6 + 7 + 8 + 9 + 13 |
Tranżazzjonijiet f’valuta u f’depożiti |
5 |
Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir u fuq perjodu ta’ żmien twil |
6 |
Tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji |
7 |
Tranżazzjonijiet f’self |
8 |
Tranżazzjonijiet f’ishma u ishma azzjonarji oħra |
9 |
Privatizzazzjoni |
10 |
Injezzjonijiet ta’ ishma azzjonarji |
11 |
Oħrajn |
12 |
Tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra |
13 |
li minnhom taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti imma mhux imħallsin |
14 |
Tranżazzjonijiet f’passiv (konsolidati) |
15 = 16 + 17 + 18 + 19 + 20 + 22 |
Tranżazzjonijiet f’valuta u f’depożiti |
16 |
Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir |
17 |
Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil |
18 |
Tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji |
19 |
Tranżazzjonijiet f’self |
20 |
li huma self mill-bank ċentrali |
21 |
Tranżazzjonijiet f’passiv ieħor |
22 |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (konsolidat) = ħtiega ta’ self tal-ġvern generali |
23 = 16 + 17 + 18 + 20 23 = 25 + 26 + 27 23 = 2 – 1 + 4 – 19 – 22 |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn għal żmien twil |
24 |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta nazzjonali |
25 |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija parteċipanti (2) |
26 |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija mhux parteċipanti |
27 |
Cirkolazzjonijiet oħra |
28 = 29 + 32 |
Effetti tal-valutazzjoni fuq il-passiv |
29 = 30 + 31 |
Qligh u telf ta’ holdings tal-kambju |
30 |
Effetti oħra tal-valutazzjoni – valur nominali |
31 |
Bidliet oħra fil-volum tal-passiv |
32 |
Bidla fid-dejn |
33 = 23 + 28 33 = 2 – 1 + 4 – 19 – 22 + 28 |
Tabella 2B
Kategorija |
Nru u relazzjoni lineari |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn – mhux konsolidati |
1 = 2 + 3 + 4 + 5 + 6 |
Tranżazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passiv) – mhux konsolidati |
2 |
Tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) – mhux konsolidati |
3 |
Tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) – mhux konsolidati |
4 |
Tranżazzjonijiet f’self minn bank ċentrali |
5 |
Tranżazzjonijiet f’self ieħor (passiv) – mhux konsolidati |
6 |
Tranżazzjonijiet konsolidattivi |
7 = 8 + 9 + 10 + 11 |
Tranżazzjonijiet konsolidattivi – valuta u depożiti |
8 = 2 – [2A.16] |
Tranżazzjonijiet konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir |
9 = 3 – [2A.17] |
Tranżazzjonijiet konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil |
10 = 4 – [2A.18] |
Tranżazzjonijiet konsolidattivi – self |
11 = 6 – ([2A.20] – [2A.21]). |
Statistika fuq id-dejn
Tabella 3A
Kategorija |
Nru u relazzjoni lineari |
Dejn |
1 = 2 + 3 + 4 + 5 + 6 =7 + 12 = 13 + 14 + 15 =16 + 17 = 19 + 20 + 22 =24 + 25 + 26 + 27 |
Dejn – valuta u depożiti (passiv) |
2 |
Dejn – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) |
3 |
Dejn – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) |
4 |
Dejn – self minn bank ċentrali (passiv) |
5 |
Dejn – self ieħor (passiv) |
6 |
Dejn miżmum minn residenti tal-Istat Membru |
7= 8 + 9 + 10 + 11 |
Dejn miżmum minn bank ċentrali |
8 |
Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħrajn |
9 |
Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn |
10 |
Dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru |
11 |
Dejn miżmum minn mhux residenti tal-Istat Membru |
12 |
Dejn denominat f’valuta nazzjonali |
13 |
Dejn denominat f’valuta barranija parteċipanti |
14 |
Dejn denominat f’valuta barranija mhux parteċipanti |
15 |
Dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir |
16 |
Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil |
17 |
li minnu rata ta’ imgħax varjabbli |
18 |
Dejn b’maturità reżidwa sa sena |
19 |
Dejn b’maturità reżidwa ta’ iktar minn sena u sa ħames snin |
20 |
li minnu rata ta’ imgħax varjabbli |
21 |
Dejn b’maturità reżidwa ta’ iktar minn ħames snin |
22 |
li minnu rata ta’ imgħax varjabbli |
23 |
Komponent ta’ dejn tal-gvern ċentrali |
24 = [3B.7] – [3B.15] |
Komponent ta’ dejn tal-gvern statali |
25 = [3B.9] – [3B.16] |
Komponent ta’ dejn tal-gvern lokali |
26 = [3B.11] – [3B.17] |
Komponent ta’ dejn tal-fondi tas-sigurtà soċjali |
27 = [3B.13] – [3B.18] |
Partiti tal-memorandum |
|
Maturità reżidwa medja tad-dejn |
28 |
Dejn – bonds ta’ bla kupun |
29 |
Tabella 3B
Kategorija |
Nru u relazzjoni lineari |
Dejn (mhux konsolidat) |
1 = 7 + 9 + 11 + 13 |
Elementi konsolidattivi |
2 = 3 + 4 + 5 + 6 = 8 + 10 + 12 + 14 =15 + 16 + 17 + 18 |
Elementi konsolidattivi – valuta u depożiti |
3 |
Elementi konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir |
4 |
Elementi konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil |
5 |
Elementi konsolidattivi – self |
6 |
Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali |
7 |
li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern |
8 |
Dejn maħruġ mill-gvern statali |
9 |
li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern |
10 |
Dejn maħruġ minn gvern lokali |
11 |
li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern |
12 |
Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali |
13 |
li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern |
14 |
Partiti tal-memorandum |
|
Holdings mill-gvern ċentrali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern |
15 |
Holdings mill-gvern statali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħrajn tal-gvern |
16 |
Holdings mill-gvern lokali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern |
17 |
Holdings mill-fondi tas-sigurtà soċjali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern |
18 |
(1) [x.y] tirreferi għan-numru tal-kategorija y tat-Tabella x.
(2) Li għandha tiġi rrapportata għas-snin ta’ qabel ma l-Istat Membru sar Stat Membru parteċipanti.
ANNESS II
DEFINIZZJONIJIET METODOLOĠIĊI
1. Definizzjoni ta’ setturi u subsetturi
Setturi u subsetturi fl-ESA 95
|
|
Pubbliċi |
Nazzjonali privati |
Ikkontrollati minn barranin |
Ekonomija totali |
S.1 |
|
|
|
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
S.11 |
S.11001 |
S.11002 |
S.11003 |
Korporazzjonijiet finanzjarji |
S.12 |
|
|
|
Bank ċentrali |
S.121 |
|
|
|
Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra |
S.122 |
S.12201 |
S.12202 |
S.12203 |
Intermedjarji finanzjarji oħra, għajr korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni |
S.123 |
S.12301 |
S.12302 |
S.12303 |
Awżiljarji finanzjarji |
S.124 |
S.12401 |
S.12402 |
S.12403 |
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni |
S.125 |
S.12501 |
S.12502 |
S.12503 |
Gvern ġenerali |
S.13 |
|
|
|
Gvern ċentrali |
S.1311 |
|
|
|
Gvern statali |
S.1312 |
|
|
|
Gvern lokali |
S.1313 |
|
|
|
Fondi tas-sigurtà soċjali |
S.1314 |
|
|
|
Djar |
S.14 |
|
|
|
Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu d-djar |
S.15 |
|
|
|
Bqija tad-dinja |
S.2 |
|
|
|
L-UE |
S.21 |
|
|
|
Stati Membri tal-UE |
S.211 |
|
|
|
L-istituzzjonijiet tal-UE |
S.212 |
|
|
|
Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali |
S.22 |
|
|
|
2. Definizzjoni tal-kategoriji (1)
Tabella 1A:
1. |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.1] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.13. |
2. |
Dħul totali [1A.2] hija ugwali għad-dħul totali kurrenti [1A.3], miżjuda bid-dħul totali kapitali [1A.4]. |
3. |
Dħul totali kurrenti [1A.3] hija ugwali għad-dħul kurrenti totali [1A.11]. |
4. |
Dħul kapitali totali [1A.4] hija ugwali għad-dħul kurrenti totali [1A.33]. |
5. |
Infiq totali [1A.5] hija ugwali għall-infiq totali kurrenti [1A.6], miżjuda bl-infiq totali kapitali [1A.7]. |
6. |
Infiq kurrenti totali [1A.6] hija ugwali għall-infiq kurrenti totali [1A.23] |
7. |
Infiq kapitali totali [1A.7] hija ugwali għall-infiq kapitali totali [1A.35]. |
8. |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) primarju [1A.8] hija ugwali għad-defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.9], miżjuda bl-imgħax li jrid jitħallas [1A.10]. |
9. |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.9] hija ugwali għad-defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.1]. |
10. |
Imgħax li jrid jitħallas [1A.10] huwa hija ugwali għall-imgħax li jrid jitħallas [1A.28]. |
11. |
Dħul kurrenti totali [1A.11] hija ugwali għat-taxxi diretti [1A.12], miżjuda bit-taxxi indiretti [1A.15], miżjuda bil-kontribuzzjonijiet soċjali [1A.17], miżjuda bi dħul kurrenti ieħor [1A.20], miżjuda bil-bejgħ [1A.22]. |
12. |
Taxxi diretti [1A.12] hija ugwali għat-taxxi kurrenti fuq id-dħul, fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13. |
13. |
Taxxi diretti li għandhom jitħallsu minn korporazzjonijiet [1A.13] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul, fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.11 u S.12. |
14. |
Taxxi diretti li għandhom jitħallsu minn djar [1A.14] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul, fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.14. |
15. |
Taxxi indiretti [1A.15] hija ugwali għal taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13. |
16. |
Taxxi indiretti li t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) [1A.16] hija ugwali għat-taxxi tat-tip tal-valur miżjud (D.211) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.13. |
17. |
Kontribuzzjonijiet soċjali [1A.17] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali (D.61) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13. |
18. |
Kontribuzzjonijiet soċjali li huma kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem [1A.18] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem (D.6111) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13. |
19. |
Kontribuzzjonijiet soċjali li huma kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati [1A.19] hija ugwali għall-kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati (D.6112) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13. |
20. |
Dħul kurrenti ieħor [1A.20] hija ugwali għal dħul tal-proprjetà (D.4), flimkien ma’ kejms fuq l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja (D.72), flimkien ma’ kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74), flimkien ma’ trasferimenti kurrenti mixxelanji (D.75) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.13, ħlief riżorsi ta’ imgħax ta’ S.13 (D.41) li huma użu ukoll ta’ S.13, flimkien ma rċevuti ta’ sussidji oħrajn fuq produzzjoni (D.39) li huwa użu ta’ S.13. |
21. |
Dħul kurrenti ieħor li huwa imgħax li jrid jiġi rċevut [1A.21] hija ugwali għal imgħax (D.41) imniżżel fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu tas-setturi kollha għajr S.13. |
22. |
Bejgħ [1A.22] hija ugwali għall-produttività tas-suq (P.11), miżjuda bil-produttività għal użu finali proprju (P.12), miżjuda b’pagamenti minn produttività oħra mhux tas-suq (P.131) imniżżel fost ir-riżorsi ta’ S.13. |
23. |
Ħruġ kurrenti totali [1A.23] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti [1A.24], miżjuda bl-imgħax li jrid jitħallas [1A.28], miżjuda bil-kumpens tal-impjegati [1A.29], miżjuda bil-konsum intermedju [1A.31]. |
24. |
Trasferimenti kurrenti [1A.24] hija ugwali għal pagamenti soċjali [1A.25], miżjuda b’sussidji pagabbli [1A.26], miżjuda bi trasferimenti kurrenti oħra li jridu jitħallsu [1A.27]. |
25. |
Pagamenti soċjali [1A.25] hija ugwali għal benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus (D.62), miżjuda bi trasferimenti soċjali mhux fi flus relatati mal-infiq fuq prodotti fornuti lid-djar permezz ta’ produtturi tas-suq (D.6311 + D.63121 + D.63131) imniżżlin fost użu ta’ S.13, miżjuda bi trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost użu ta’ S.13 u riżorsi ta’ S.15. |
26. |
Sussidji li jridu jitħallsu [1A.26] hija ugwali għal sussidji (D.3) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13. |
27. |
Trasferimenti kurrenti oħrajn [1A.27] hija ugwali għat-taxxi kurrenti fuq id-dħul, fuq il-ġid eċċ (D.5), flimkien ma’ taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni (D.29), flimkien ma’ dħul fuq il-proprjetà (D.4) ħlief għall-imgħax (D.41), flimkien ma’ premiums tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja netti (D.71) flimkien ma’ kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) imniżżla fost l-użu ta’ S.13, flimkien ma’ trasferimenti kurrenti mixxelanji (D.75) imniżżla fost użi ta’ S.13 u riżorsi tas-setturi kollha ħlief S.15. |
28. |
Imgħax li jrid jitħallas [1A.28] hija ugwali għal imgħax (D.41) imniżżel fost użu ta’ S.13 u riżorsi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
29. |
Kumpens tal-impjegati [1A.29] hija ugwali għall-kumpens tal-impjegati (D.1) imniżżel fost użu ta’ S.13. |
30. |
Kumpens tal-impjegati li minnu pagi u salarji [1A.30] hija ugwali għal pagi u salarji (D.11) imniżżel fost użu ta’ S.13. |
31. |
Konsum intermedju [1A.31] hija ugwali għal konsum intermedju (P.2) imniżżel fost użu ta’ S.13. |
32. |
Tfaddil gross [1A.32] hija ugwali għal dħul totali kurrenti [1A.11], wara li titnaqqas l-ispiża totali kurrenti [1A.23]. |
33. |
Dħul totali kapitali [1A.33] huwa ugwali għal trasferimenti ta’ kapital li jiġi rċevut (D.9) imniżżel fost tibdil fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13, u mniżżel bħala trasferiment kapitali li jitħallas mis-setturi kollha ħlief S.13. |
34. |
Dħul totali kapitali li minnu taxxi kapitali [1A.34] huma ugwali għal taxxi kapitali (D.91) imniżżlin fost il-bidliet fil-passiv u fil-valur nett ta’ S.13. |
35. |
Infiq totali kapitali [1A.35] hija ugwali għal investiment [1A.36], miżjuda b’akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji [1A.37], miżjuda bi trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu [1A.38]. |
36. |
Investiment [1A.36] hija ugwali għal formazzjoni ta’ kapital fiss gross (P.51) imniżżel fost bidliet fl-assi ta’ S.13. |
37. |
Akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji [1A.37] hija ugwali għal tibdiliet fl-inventarji (P.52), flimkien ma’ l-akkwist nett ta’ oġġetti ta’ valur (P.53), u akkwist nett ta’ assi mhux prodotti, mhux finanzjarji (K.2) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13. |
38. |
Trasferimenti kapitali li jitħallsu [1A.38] huwa ugwali għal trasferimenti ta’ kapital li jitħallsu (D.9) imniżżelin fost tibdil fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13, u mniżżlin bħala trasferiment kapitali li jiġi rċevut mis-setturi kollha ħlief S.13. |
39. |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.39] huwa daqs defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.1] u huwa daqs defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern ċentrali [1A.40], miżjud defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern statali [1A.41], flimkien ma’ defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern lokali [1A.42], flimkien ma’ defiċit (–) jew bilanċ (+) ta’ fondi ta’ sigurtà soċjali [1A.43]. |
40. |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern ċentrali [1A.40] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1311. |
41. |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern statali [1A.41] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1312. |
42. |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern lokali [1A.42] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1313. |
43. |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) ta’ fondi tas-sigurtà soċjali [1A.43] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1314. |
44. |
Kontribuzzjonijiet soċjali attwali [1A.44] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali attwali (D.611) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13. |
45. |
Benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus [1A.45] hija ugwali għal benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus (D.62) imniżżlin fost użu ta’ S.13. |
Tabella 1B:
1. |
Ħlasijiet minn Stat Membru lill-baġit tal-UE [1B.1] hija ugwali għal taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit tal-UE miżjuda bil-kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) li trid titħallas mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.4] miżjuda bi trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.5] miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.7]. |
2. |
Taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit tal-UE [1B.2] hija ugwali għal taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212. |
3. |
Taxxi indiretti riċevibbli mill-baġit ta’ l-UE, li tagħhom il-VAT riċevuta mill-baġit tal-UE, [1B.3] hija ugwali għal taxxi tat-tip fuq il-valur miżjud (D.211) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212. |
4. |
Kooperazzjoni internazzjonali kurrenti li trid titħallas mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.4] hija ugwali għal kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13. |
5. |
Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.5] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13. |
6. |
Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE li huma r-raba’ riżorsa proprja tal-UE [1B.6] hija ugwali għall-prodott gross nazzjonali (PGN) għar-raba’ riżorsa proprja bbażat fuq il-PGN (ESA 95 paragrafu 4.138) imniżżel bħala trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) fost riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13. |
7. |
Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.7] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu (D.9) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u rreġistrati bħala trasferiment kapitali li jrid jiġi rċevut minn S.212. |
8. |
Infiq tal-UE fi Stat Membru [1B.8] hija ugwali għal sussidji (D.3) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE [1B.9], miżjuda bi trasferimenti oħra kurrenti (D.7) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.10], miżjuda bi trasferimenti oħra kurrenti (D.7) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.11], miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.12], miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.13]. |
9. |
Sussidji li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE [1B.9] hija ugwali għal sussidji (D.3) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212. |
10. |
Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.10] hija ugwali għal kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74), flimkien ma’ trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.212. |
11. |
Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.11] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost użu ta’ S.212 u riżorsi tas-setturi kollha għajr S.13. |
12. |
Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.12] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jiġu rċevuti (D.9) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u fost bidliet fl-assi ta’ S.212. |
13. |
Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.13] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu (D.9) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.212 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13. |
14. |
Dħul nett mill-baġit tal-UE [1B.14] hija ugwali għad-dħul nett tal-gvern mill-baġit tal-UE miżjuda bid-dħul nett ta’ unitajiet mhux governattivi mill-baġit tal-UE. |
15. |
Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji [1B.15] hija dik il-parti tal-produttività tas-suq (P.11) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.13 jiġifieri l-ispejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji imħallsa mill-baġit tal-UE. |
Tabella 1C:
1. |
Infiq fuq il-konsum finali [1C.1] hija ugwali għall-infiq fuq il-konsum finali (P.3) imniżżel fost użu ta’ S.13. |
2. |
Infiq fuq il-konsum individwali [1C.2] hija ugwali għall-infiq fuq il-konsum individwali (P.31) imniżżel fost użu ta’ S.13. |
3. |
Infiq tal-konsum kollettiv [1C.3] hija ugwali għall-infiq tal-konsum kollettiv (P.32) imniżżel fost użu ta’ S.13. |
4. |
Kumpens tal-impjegati [1C.4] hija ugwali għal [1A.29]. |
5. |
Konsum intermedju [1C.5] hija ugwali għal [1A.31]. |
6. |
Trasferimenti soċjali mhux fi flus fornuti permezz ta’ produtturi tas-suq [1C.6] hija ugwali għal trasferimenti soċjali mhux fi flus relatati mal-infiq fuq prodotti fornuti lid-djar permezz ta’ produtturi tas-suq (D.6311 + D.63121 + D.63131) imniżżlin fost użu ta’ S.13. |
7. |
Konsum ta’ kapital fiss [1C.7] hija ugwali għall-konsum ta’ kapital fiss (K.1) imniżżel fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13. |
8. |
Taxxi fuq il-produzzjoni mħallsa mingħajr is-sussidji rċevuti [1C.8] hija ugwali għal ħlasijiet ta’ taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29) imniżżlin fost użu ta’ S.13, imnaqqas id-dħul minn sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39) imniżżlin fost l-użu ta’ S.13. |
9. |
Bilanċ nett tat-tħaddim [1C.9] hija ugwali għal bilanċ tat-tħaddim nett (B.2n) ta’ S.13. |
10. |
Bejgħ [1C.10] hija ugwali għal [1A.22]. |
11. |
Infiq ta’ konsum finali bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel [1C.11] huwa ekwivalenti mal-volum marbut katina tal-infiq tal-konsum finali (P.3), imniżżel fost użu ta’ S.13, bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel. |
12. |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) [1C.12] huwa daqs defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.1]. |
13. |
Imgħax li jrid jitħallas [1C.13] huwa daqs l-imgħax li jrid jitħallas [1A.10]. |
14. |
Imgħax inkluż settlements taħt swaps u ftehim fuq ir-rata forward [1C.14] huwa daqs l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (EDP) ta’ imgħax (EDP D.41) imniżżel fost l-użu ta’ S.13 u riżorsi għas-setturi kollha ħlief għal S.13. |
15. |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) EDP [1C.15] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett EDP (–) (EDP B.9) ta’ S.13. |
16. |
Dħul mir-rikavat ta’ sistema universali tat-telekomunikazzjoni bil-mobile [1C.16] hija ugwali għad-dħul li ġej mill-bejgħ tat-tielet ġenerazzjoni ta’ liċenzji ta’ mobile phones, imniżżel bħala tneħħija ta’ assi mhux finanzjarju skont deċiżjoni tal-Eurostat dwar l-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-mobile phones. |
17. |
Dejn [1C.17] hija ugwali għal dejn kif definit fir-Regolament (KE) Nru 479/2009. |
18. |
Prodott domestiku gross (PDG) skont prezzijiet kurrenti [1C.18] hija ugwali għal PDG (B.1*g) bil-prezzijiet tas-suq. |
19. |
PDG bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel [1C.19] huwa ugwali għall-volum marbut katina tal-PDG (B.1*g) bil-prezzijiet tas-suq tas-sena ta’ qabel. |
20. |
Investiment tal-gvern bil-prezzijiet tas-sena ta’ qabel [1C.20] huwa daqs il-volum marbut katina tal-formazzjoni kapitali fissa grossa (P.51), imniżżel fost tibdil fl-assi ta’ S.13 bi prezzijiet kostanti. |
Tabella 2A:
1. |
Defiċit (–) jew bilanċ (+) [2A.1] hija ugwali għal [1A.1]. |
2. |
Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji [2A.2] hija ugwali għal defiċit (–) jew bilanċ (+) [2A.1], mingħajr tranżazzjonijiet netti f’assi u passiv finanzjarji [2A.3]. |
3. |
Tranżazzjonijiet netti f’assi u passiv finanzjarji [2A.3] hija ugwali għal tranżazzjonijiet fl-akkwist nett ta’ assi finanzjarji [2A.4], mingħajr it-tiġrib ta’ tranżazzjonijiet f’passiv [2A.15]. |
4. |
Tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji (ikkonsolidati) [2A.4] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’valuti u depożiti (F.2) [2A.5], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma (F.33) [2A.6], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (F.34) [2A.7], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’self (F.4) [2A.8], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’ishma u ishma azzjonarji oħra (F.5) [2A.9], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra [2A.13], imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13. |
5. |
Tranżazzjonijiet f’valuti u depożiti (assi) [2A.5] hija ugwali għall-akkwist nett tal-valuti u depożiti (F.2) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13. |
6. |
Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli (assi) fuq perjodu ta’ żmien qasir u fuq perjodu ta’ żmien twil [2A.6] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13. |
7. |
Tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (assi) [2A.7] hija ugwali għall-ħlasijiet netti fir-rigward tad-derivattivi finanzjarji (F.34), imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
8. |
Tranżazzjonijiet f’self (assi) [2A.8] hija ugwali għal self ġdid (F.4) mogħti mill-gvern, nett minn ħlasijiet lura lill-gvern, imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
9. |
Tranżazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (assi) [2A.9] hija ugwali għall-akkwist nett u ishma azzjonarji oħra (F.5) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13. |
10. |
Privatizzazzjonijiet (netti) [2A.10] huma ugwali għal tranżazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) imniżżla fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.11 jew S.12 li huma mwettqa fil-proċess ta’ ċessjoni jew akkwist tal-kontroll (ESA 95 paragrafu 2.26) (2) tal-unità tad-debitur minn S.13; tranżazzjonijiet bħal dawn jistgħu jsiru minn S.13 direttament mal-unità tad-debitur, jew ma’ unità oħra ta’ kreditu. |
11. |
Injezzjonijiet ta’ ishma azzjonarji (netti) [2A.11] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u valur nett ta’ S.11 jew S.12 li mhumiex imwettqa fil-proċess ta’ ċessjoni jew ta’ akkwist tal-kontroll tal-unità tad-debitur minn S.13 u huma mwettqa direttament minn S.13 flimkien mal-unità tad-debitur. |
12. |
Oħrajn [2A.12] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.11, S.12 jew S.14 li mhumiex imwettqa fil-proċess ta’ ċessjoni jew akkwist ta’ kontroll tal-unità ta’ debitur minn S.13 u mhux imwettqa direttament minn S.13 mal-unità tad-debitur, iżda ma’ unità kreditriċi oħra. |
13. |
Tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra [2A.13] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ deheb monetarju u ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid (F.1) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13, flimkien ma’ l-akkwist nett ta’ riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni (F.6), flimkien ma’ kontijiet oħra riċevibbli (F.7) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
14. |
Tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra li huma taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali akkumulati imma mhux imħallsin [2A.14] hija ugwali għal dik il-parti ta’ kontijiet oħra li trid tiġi rċevuta (F.7 assi) li għandha x’taqsam mat-taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali mniżżlin f’D.2, D.5, D.6 u D.91, mingħajr l-ammonti ta’ taxxi fil-fatt miġbura, imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
15. |
Tranżazzjonijiet f’passiv (konsolidati) [2A.15] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’valuta u depożiti (F.2) [2A.16], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir minbarra ishma, esklużi derivattivi finanzjarji (F.331) [2A.17], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien twil minbarra ishma, esklużi derivattivi finanzjarji (F.332) [2A.18], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (F.34) [2A.19], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’self (F.4) [2A.20], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’passiv ieħor [2A.22], imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
16. |
Tranżazzjonijiet f’valuta u depożiti (passiv) [2A.16] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ valuti u depożiti (F.2) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
17. |
Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) [2A.17] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir minbarra ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.331), li l-maturità oriġinali tagħhom hija sena jew inqas, imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
18. |
Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) [2A.18] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ titoli fuq perjodu ta’ żmien twil minbarra ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.332), li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ aktar minn sena, imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
19. |
Tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (passiv) [2A.19] hija ugwali għal dħul nett fir-rigward ta’ derivattivi finanzjarji (F.34) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
20. |
Tranżazzjonijiet f’self (passiv) [2A.20] hija ugwali għal self ġdid (F.4) misluf, nett mill-pagamenti mill-ġdid ta’ self eżistenti, imniżżel fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
21. |
Tranżazzjonijiet f’self li huma self minn bank ċentrali [2A.21] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’self (F.4) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi ta’ S.121. |
22. |
Tranżazzjonijiet f’passiv ieħor [2A.22] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv fir-riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni (F.6), flimkien ma’ kontijiet oħra li għad iridu jitħallsu (F.7) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13. |
23. |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (ikkonsolidati) [2A.23] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv f’valuti u depożiti (F.2) [2A.16], flimkien ma’ titoli minbarra ishma, għajr derivattivi [2A.17 u 2A.18] (F.33), flimkien ma’ self (F.4) [2A.20]. Hija msejħa wkoll ħtieġa ta’ self tal-gvern ġenerali. |
24. |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien fit-tul [2A.24] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv fi strumenti ta’ dejn [2A.23] li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ aktar minn sena. |
25. |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta nazzjonali [2A.25] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv fi strumenti ta’ dejn [2A.23] denominati fil-valuta legali tal-Istat Membru. |
26. |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta barranija parteċipanti [2A.26] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv fi strumenti ta’ dejn [2A.23] denominati f’ecu, miżjuda bi strumenti ta’ dejn denominati f’euro qabel mal-Istat Membru adotta l-euro, miżjuda bi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta legali tal-Istat Membru parteċipant qabel ma sar Stat Membru parteċipant. Teskludi valuta nazzjonali [2A.25]. |
27. |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija mhux parteċipanti [2A.27] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv fi strumenti ta’ dejn [2A.23] mhux inklużi fi [2A.25] jew [2A.26]. |
28. |
Ċirkolazzjonijiet oħra [2A.28] hija ugwali għal effetti ta’ valutazzjoni fuq id-dejn [2A.29] flimkien ma’ bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32]. |
29. |
Effetti ta’ valutazzjoni fuq id-dejn [2A.29] hija ugwali għal profitti u telf fuq ishma fil-kambju [2A.30], miżjuda b’effetti ta’ valutazzjoni oħra – valur apparenti [2A.31]. |
30. |
Profitti u telf fuq ishma fil-kambju [2A.30] hija ugwali għal profitti/telf fuq ishma nominali (K.11) ta’ dejn [3A.1] li jaqilbu l-valur meta maqlubin fil-valuta nazzjonali minħabba bidliet fir-rati ta’ kambju. |
31. |
Effetti ta’ valutazzjoni oħra – valur apparenti [2A.31] hija ugwali għal bidla fid-dejn [2A.33], imnaqqsa t-tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (ikkonsolidati) [2A.23], imnaqqsa l-profitti u t-telf minn holdings ta’ kambju fi flus barranin [2A.30], imnaqqsa bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32]. |
32. |
Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32] hija ugwali għal bidliet oħra fil-volum (K.7, K.8, K.10 u K.12) f’passiv kklassifikat jew f’valuta u depożiti (AF.2), titoli mhux ishma għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), jew self (AF.4), li mhumiex assi ta’ S.13. |
33. |
Bdil fid-dejn [2A.33] hija ugwali għal dejn [3A.1] fis-sena t, wara li jitneħħa dejn [3A.1] fis-sena t-1. |
Tabella 2B:
1. |
Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn – mhux konsolidati [2B.1] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passiv) – mhux konsolidati [2B.2], miżjuda bi tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) – mhux konsolidati [2B.3], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) – mhux konsolidati [2B.4], miżjuda bi tranżazzjonijiet f’self minn bank ċentrali [2B.5], miżjuda bi tranżazzjonijiet oħra f’self ieħor (passiv) – mhux konsolidati [2B.6]. |
2. |
Tranżazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passiv) – mhux konsolidati [2B.2] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (F.2) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13. |
3. |
Tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) – mhux konsolidati [2B.3] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità originali tagħhom hija sena jew inqas, imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13. |
4. |
Tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) – mhux konsolidati [2B.4] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità originali tagħhom hija ta’ aktar minn sena, imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13. |
5. |
Tranżazzjonijiet f’self minn bank ċentrali [2B.5] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’self (F.4) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi ta’ S.121. |
6. |
Tranżazzjonijiet f’self ieħor (passiv) – mhux konsolidati [2B.6] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’self (F.4) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr S.121. |
7. |
Tranżazzjonijiet konsolidattivi [2B.7] hija ugwali għal tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn – mhux konsolidati [2B.1], wara li jitnaqqsu tranżazzjonijiet fi strumenti ta’dejn (ikkonsolidati) [2A.23]. |
8. |
Tranżazzjonijiet konsolidattivi – valuta u depożiti [2B.8] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passiv) – mhux konsolidati [2B.2], mingħajr tranżazzjonijiet konsolidati f’valuti u f’depożiti (passiv) [2A.16]. |
9. |
Tranżazzjonijiet konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir [2B.9] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) – mhux konsolidati [2B.3], mingħajr tranżazzjonijiet konsolidati f’titoli minbarra ishma – titoli fuq perijodu ta’ żmien qasir (passiv) [2A.17]. |
10. |
Tranżazzjonijiet konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil [2B.10] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) – mhux konsolidati [2B.4], wara li jitnaqqsu tranżazzjonijiet konsolidati f’titoli minbarra ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) [2A.18]. |
11. |
Tranżazzjonijiet konsolidattivi – self [2B.11] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’self ieħor (passiv) – mhux konsolidati [2B.6], wara li jitnaqqsu (tranżazzjonijiet ikkonsolidati f’self (passiv) [2A.20], wara li jitnaqqsu tranżazzjonijiet ikkonsolidati f’self li tagħhom huma s-self minn bank ċentrali [2A.21]). |
Tabella 3A:
1. |
Dejn [3A.1] huwa ugwali għal dejn [1C.17]. |
2. |
Dejn – valuti u depożiti (passiv) [3A.2] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fil-valuti u depożiti tal-istrument (AF.2). |
3. |
Dejn – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) [3A.3] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fl-istrument titoli li mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), li l-maturità originali tagħhom hija sena jew inqas. |
4. |
Dejn – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) [3A.4] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fl-istrument titoli li mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija aktar minn sena. |
5. |
Dejn – self minn bank ċentrali (passiv) [3A.5] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fl-istrument self (AF.4) li huwa assi ta’ S.121. |
6. |
Dejn – self ieħor (passiv) [3A.6] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fl-istrument self (AF.4) li mhuwiex assi ta’ S.121. |
7. |
Dejn miżmum minn residenti tal-Istat Membru [3A.7] hija ugwali għal dejn miżmum minn bank ċentrali [3A.8], flimkien ma’ dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3A.9], flimkien ma’ dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3A.10], flimkien ma’ dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru [3A.11]. |
8. |
Dejn miżmum minn bank ċentrali [3A.8] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.121. |
9. |
Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3A.9] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.122. |
10. |
Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3A.10] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.123, S.124 jew S.125. |
11. |
Dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru [3A.11] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.11, S.14 jew S.15. |
12. |
Dejn miżmum minn mhux residenti tal-Istat Membru [3A.12] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.2. |
13. |
Dejn denominat f’valuta nazzjonali [3A.13] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] denominata fil-valuta legali tal-Istat Membru. |
14. |
Dejn denominat f’valuta barranija parteċipanti [3A.14] hija ugwali – qabel ma l-Istat Membru jsir Stat Membru parteċipanti – għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] denominata fil-valuta legali ta’ wieħed mill-Istati Membri parteċipanti (għajr il-valuta nazzjonali [3A.13]), miżjuda b’dejn denominat f’ecu jew f’euro. |
15. |
Dejn denominat f’valuta barranija mhux parteċipanti [3A.15] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] mhux inkluża fi [3A.13] jew [3A0.14]. |
16. |
Dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir [3A.16] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li l-maturità originali tagħha hija sena jew inqas. |
17. |
Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil [3A.17] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li l-maturità originali tagħha hija aktar minn sena. |
18. |
Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil, li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3A.18] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien twil [3A.17] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli. |
19. |
Dejn b’maturità reżidwa sa sena [3A.19] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità reżidwa ta’ sena jew inqas. |
20. |
Dejn b’maturità reżidwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin [3A.20] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità reżidwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin. |
21. |
Dejn b’maturità reżidwa ta’ aktar minn sena u sa ħames snin li r-rata ta’ imgħax varjabbli tiegħu [3A.21] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità reżidwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin [3A.20] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli. |
22. |
Dejn b’maturità reżidwa fuq ħames snin [3A.22] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità reżidwa fuq ħames snin. |
23. |
Dejn b’maturità reżidwa fuq ħames snin li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3A.23] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità reżidwa ta’ aktar minn ħames snin [3A.22] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli. |
24. |
Komponent ta’ dejn tal-gvern ċentrali [3A.24] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311, li mhumiex assi ta’ S.1311, mingħajr l-assi ta’ S.1311 li huma passiv ta’ S.13 għajr S.1311 [3B.15]. |
25. |
Komponent ta’ dejn tal-gvern statali [3A.25] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1312, li mhumiex assi ta’ S.1312, mingħajr l-assi ta’ S.1312 li huma passiv ta’ S.13 għajr S.1312 [3B.16]. |
26. |
Komponent ta’ dejn tal-gvern lokali [3A.26] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1313, li mhumiex assi ta’ S.1313, mingħajr l-assi ta’ S.1313 li huma passiv ta’ S.13 għajr S.1313 [3B.17]. |
27. |
Komponent ta’ dejn ta’ fondi tas-sigurtà soċjali [3A.27] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1314, li mhumiex assi ta’ S.1314, mingħajr l-assi ta’ S.1314 li huma passiv ta’ S.13 għajr S.1314 [3B.18]. |
28. |
Maturità reżidwa medja ta’ dejn [3A.28] hija ugwali għall-maturità reżidwa medja peżata bl-ammonti pendenti, imfissra fi snin. |
29. |
Dejn – bonds ta’ bla kupun [3A.29] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fil-għamla ta’ bonds ta’ bla kupun, jiġifieri bonds mingħajr ħlasijiet ta’ kupuni, li l-imgħax tagħhom huwa bbażat fuq id-differenza bejn il-prezzijiet tal-fidi u tal-ħruġ. |
Tabella 3B:
1. |
Dejn – mhux konsolidat [3B.1] hija ugwali għall-passiv ta’ S.13, inkluż dawk li huma assi ta’ S.13, fl-istess strumenti bħal tad-dejn [3A.1]. |
2. |
Elementi konsolidattivi [3B.2] hija ugwali għall-passiv ta’ S.13 li simultanjament huma assi ta’ S.13, fl-istess strumenti bħal tad-dejn [3A.1]. |
3. |
Elementi konsolidattivi – valuta u depożiti [3B.3] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument valuta u depożiti (F.2). |
4. |
Elementi konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir [3B.4] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità originali tagħhom hija sena jew inqas. |
5. |
Elementi konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil [3B.5] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija aktar minn sena. |
6. |
Elementi konsolidattivi – self [3B.6] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument self (F.4). |
7. |
Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali [3B.7] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311, li mhumiex assi ta’ S.1311, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
8. |
Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern [3B.8] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311 li huma assi ta’ S.1312, S.1313 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
9. |
Dejn maħruġ mill-gvern statali [3B.9] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1312, li mhumiex assi ta’ S.1312, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
10. |
Dejn maħruġ mill-gvern statali li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern [3B.10] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1312 li huma assi ta’ S.1311, S.1313 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
11. |
Dejn maħruġ mill-gvern lokali [3B.11] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1313, li mhumiex assi ta’ S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
12. |
Dejn maħruġ mill-gvern lokali li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern [3B.12] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1313 li huma assi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
13. |
Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali [3B.13] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1314, li mhumiex assi ta’ S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
14. |
Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern [3B.14] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1314 li huma assi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
15. |
Holdings mill-gvern ċentrali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern [3B.15] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1312, S.1313 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1311, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
16. |
Holdings mill-gvern statali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern [3B.16] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311, S.1313 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1312, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
17. |
Holdings mill-gvern lokali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern [3B.17] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311, S.1312 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
18. |
Holdings mis-sigurtà soċjali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern [3B.18] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311, S.1312 jew S.1313 li huma assi ta’ S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1]. |
(1) [x.y] tirreferi għan-numru tal-kategorija y tat-Tabella x.
(2) Li jwassal għar-riklassifikazzjoni tal-unità ta’ debitur mis-subsettur S.11001 jew S.12x01 għas-subsettur S.11002/3 jew S.12x02/3 jew viċi versa.
ANNESS III
STANDARDS FUQ IT-TRAŻMISSJONI U L-IKKODIFIKAR
Għat-trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni statistika kif deskritt fl-Artikoli 2 u 3, il-BĊNi u l-BĊE jużaw il-faċilità EXDI. Il-fajls tad-data jkunu kkodifikati fil-format tal-messaġġ SDMX-EDI (GESMES/TS). Kull serje temporali hija rrappreżentata bl-użu tal-familja tal-kodiċi ECB_GST1 li tidher hawn isfel.
Familja tal-kodiċi ECB_GST1
Numru |
Isem |
Deskrizzjoni |
Lista tal-Kodiċi |
1 |
Frekwenza |
Frekwenza tas-serje temporali rrapportata |
CL_FREQ |
2 |
Żona ta’ referenza |
Kodiċi tal-pajjiż ISO li jkun magħmul minn żewg ċifri alfanumeriċi tal-pajjiż li qed jirrapporta jew tal-aggregat. |
CL_AREA_EE |
3 |
Indikatur ta’ l-aġġustament |
Id-dimensjoni tindika jekk ikunx ġie applikat xi tip ta’ aġġustament għas-serje temporali, bħal aġġustamenti staġjonali u/jew tal-jum ta’ xogħol |
CL_ADJUSTMENT |
4 |
Użu jew settur kreditur/assi |
Settur li għalih, il-kategorija hija użu/bidla fl-assi |
CL_SECTOR_ESA |
5 |
Partita |
Kategorija tas-serje temporali |
CL_GOVNT_ITEM_ESA |
6 |
Settur tar-riżorsa jew debitur/passiv |
Settur li għalih, il-kategorija hija riżorsa/bidla fil-passiv u fil-valur nett |
CL_SECTOR_ESA |
7 |
Valutazzjoni |
Metodu ta’ valutazzjoni użat |
CL_GOVNT_VALUATION |
8 |
Unità tas-serje |
Unità tal-kategorija rrapportata u karatteristiċi oħra |
CL_GOVNT_ST_SUFFIX |