This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0158
Council Directive 2009/158/EC of 30 November 2009 on animal health conditions governing intra-Community trade in, and imports from third countries of, poultry and hatching eggs (Codified version) (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi test b’rilevanza għaż-ŻEE (Verżjoni kkodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi test b’rilevanza għaż-ŻEE (Verżjoni kkodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74–113
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31990L0539 | ||||
Implicit repeal | 32000D0505 | 01/01/2010 | |||
Implicit repeal | 32006L0104 | Revoka parzjali | anness punt I.3 | 01/01/2010 | |
Implicit repeal | 32008L0073 | Revoka parzjali | artikolu 11 | 01/01/2010 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32009L0158R(01) | (SL) | |||
Corrected by | 32009L0158R(02) | (PL) | |||
Corrected by | 32009L0158R(03) | (LV) | |||
Modified by | 32011D0214 | Emenda | anness III | ||
Modified by | 32011D0214 | Emenda | anness IV | ||
Modified by | 32011D0214 | Emenda | anness II | ||
Modified by | 32011D0879 | Emenda | anness IV | 01/02/2012 | |
Modified by | 32011D0879 | Emenda | anness II | 01/02/2012 | |
Repealed by | 32016R0429 | 21/04/2021 |
22.12.2009 |
MT EN |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/74 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/158/KE
tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi
(verżjoni kkodifikata)
(test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL- KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
It-tajr, billi huma annimali ħajjin, u bajd għat-tfaqqis, billi huwa prodott tal-annimali, huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness I għat-Trattat. |
(3) |
Sabiex ikun assigurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni ta’ tajr, u b’hekk tiġi miżjuda l-produttività f’dak is-settur, għandhom jiġu stabbiliti ċerti regoli ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis fil-livell tal-Komunità. |
(4) |
It-trobbija u t-tkabbir ta’ tajr huwa inkluż fis-settur tal-biedja. Dan jikkostitwixxi sors ta’ dħul għal parti mill-popolazzjoni tal-biedja. |
(5) |
Sabiex jinkoraġġixxu kummerċ intra-Komunitarju ta’ tajr u ta’ bajd għat-tfaqqis, m’għandux ikun hemm differenzi fir-rigward ta’ kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali fl-Istati Membri. |
(6) |
Sabiex jiġi inkorraġġit l-iżvilupp armonjuż ta’ kummerċ intra-Komunitarju, sistema Komunitarja għandha tkun stabbilita sabiex tirregola l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx, fil-prinċipju, japplikaw għal kummerċ speċifiku bħal ma huma esibizzjonijiet, wirjiet jew kompetizzjonijiet. |
(8) |
inħabba fin-natura ta’ tkabbir modern tat-tajr, l-aħjar mod kif jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp armonjuż ta’ kummerċ intra-Komunitarju tat-tajr u tal-bajd għat-tfaqqis huwa billi jiġu osservati l-istabbilimenti tal-produzzjoni. |
(9) |
Għandu jitħalla f’idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex japprovaw stabbilimenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u sabiex jassiguraw li l-kondizzjonijiet ikunu applikati. |
(10) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (4) jipprovdi l-istandards ta’ marketing għal prodotti fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur.. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd għat-tfaqqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet (5) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament rigward standards ta’ marketing għall-bajd għat-tfaqqis u flieles tat-tjur tal-irziezet, u b’mod partikolari rigward l-għoti ta’ numru distintiv lil kull stabbiliment ta’ produzzjoni u għall-immarkar ta’ bajd għat-tfaqqis. Għal raġunijiet prattiċi, għandhom jiġu adottati l-istess kriterji sabiex jiġu identifikati l-istabbilimenti tal-produzzjoni u għall-immarkar ta’ bajd għat-tfaqqis għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. |
(11) |
L-Istati Membri jridu jaħtru l-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u jipprovdu d-dettalji u l-aġġornamenti kollha meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-pubbliku. |
(12) |
Sabiex ikunu s-suġġett ta’ kummerċ intra-Komunitarju, it-tajr u l-bajd għat-tfaqqis iridu jissodisfaw ċerti rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali, sabiex jevitaw it-tixrid ta’ mard kuntaġġuż. |
(13) |
Għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tat-trasport għall-istess raġuni. |
(14) |
Għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-Kummissjoni titħalla tapprova ċerti rekwiżiti addizzjonali fid-dawl tal-progress magħmul minn Stat Membru fil-qerda ta’ ċertu mard tat-tjur, bil-kondizzjoni li dawk ir-rekwiżiti qatt ma jeċċedu dawk applikati fuq livell nazzjonali mill-Istat Membru kkonċernat. F’dan il-kuntest, jista’ jkun mixtieq li jkun iddeterminat l-istatus tal-Istati Membri jew tar-reġjuni tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard li x’aktarx jaffettwa t-tjur. |
(15) |
Minkejja li transizzjonijiet ta’ kummerċ intra-Komunitarji fi kwantitajiet żgħar ħafna, għal raġunijiet prattiċi, ma jistgħux ikunu suġġetti għar-rekwiżiti tal-Komunità kollha, ċerti regoli essenzjali għandu jkun hemm konformità magħhom. |
(16) |
Sabiex ikun assigurat li r-rekwiżiti stabbiliti jiġu ssodisfatti, għandha ssir dispożizzjoni għall-ħruġ minn veterinarju uffiċjali ta’ ċertifikat veterinarju sabiex jakkumpanja t-tjur u l-bajd għat-tfaqqis sad-destinazzjoni tagħhom. |
(17) |
ir-rigward tal-organizzazzjoni ta’, u s-segwiment lejn, il-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-miżuri ta’ salvgwardja li għandhom jiġu implimentati, għandha ssir referenza għar-regoli ġenerali stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (6). |
(18) |
Għandha ssir dispożizzjoni għal kontrolli li għandhom isiru mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. |
(19) |
Fid-definizzjoni tal-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi teħtieġ li tiġi mħejjija lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom jistgħu jiġu impurtati t-tjur u l-bajd għat-tfaqqis. |
(20) |
L-għażla ta’ dawn il-pajjiżi trid tkun ibbażata fuq kriterji ta’ natura ġenerali bħall-istat tas-saħħa tat-tjur u l-bhejjem l-oħra, l-organizzazzjoni u s-setgħat tas-servizzi veterinarji u r-regolamenti tas-saħħa fis-seħħ. |
(21) |
Barra minn hekk, l-importazzjoni tat-tjur u l-bajd għat-tfaqqis m’għandhiex tkun awtorizzata minn pajjiżi li jkunu infettati b’mard tat-tjur infettiv li jkun ta’ riskju għall-bhejjem tal-Komunità jew li kienu ħielsa minn mard bħal dan għal perijodu ta’ żmien wisq qasir. |
(22) |
Il-kondizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi jridu jkunu ssupplimentati b’kondizzjonijiet speċjali stabbiliti fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tas-saħħa f’kull wieħed minnhom. |
(23) |
Il-preżentazzjoni ta’ forma standard ta’ ċertifikat mal-importazzjoni tat-tjur u l-bajd għat-tfaqqis tikkostitwixxi mezz effettiv ta’ verifikazzjoni li r-regoli tal-Komunità jkunu qegħdin jiġu applikati. Regoli bħal dawn jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet speċjali li jistgħu jvarjaw skont il-pajjiż terz ikkonċernat. Dan għandu jitqies fit-tfassil tal-formoli standard taċ-ċertifikat. |
(24) |
Esperti veterinarji tal-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli biex jivverifikaw li r-regoli jiġu osservati f’pajjiżi terzi. |
(25) |
Il-kontrolli mwettqa mal-importazzjoni għandhom ikopru l-oriġini u l-istat tas-saħħa tat-tjur u tal-bajd għat-tfaqqis. |
(26) |
L-Istati Membri jridu jitħallew, mal-wasla tat-tjur u tal-bajd għat-tfaqqis fit-territorju tal-Komunità u matul il-ġarr lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom, sabiex jieħdu l-miżuri kollha, li jinkludu l-qtil u t-tneħħija tagħhom, meħtieġa għall-għan tal-protezzjoni pubblika u s-saħħa tal-annimali. |
(27) |
L-iżvilupp kostanti ta’ tekniki tat-tkabbir tat-tjur ifisser li jkollhom isiru bidliet perjodiċi fil-metodi ta’ kontroll ta’ mard tat-tjur. |
(28) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (7). |
(29) |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal tjur għall-esibizzjonijiet, il-wirjiet jew il-kompetizzjonijiet.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva “veterinarju uffiċjali” u “pajjiż terz” ifissru l-veterinarju uffiċjali u l-pajjiżi terzi kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin (8).
Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(1) |
“tajr” tfisser pollam, dundjani, fargħuni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani, perniċi u ratiti (Ratitae), imkabbra jew miżmuma f’kaptività għat-tkabbir, il-produzzjoni tal-laħam u l-bajd għall-konsum, jew sabiex iżidu l-provvista tal-għasafar tal-kaċċa; |
(2) |
“bajd għat-tfaqqis” tfisser bajd għall-inkubazzjoni, li jkunu biedu t-tajr; |
(3) |
“flieles ta’ ġurnata” tfisser it-tajr kollu ta’ età ta’ anqas minn 72 siegħa, li għadhom ma kinux mitmugħa; b’dana kollu, papri muscovy (Cairina moschata) jew it-taħlit magħhom jistgħu jkunu mitmugħa; |
(4) |
“tajr tat-tkabbir” tfisser tajr ta’ 72 siegħa jew aktar, maħsub għall-produzzjoni tal-bajd għat-tfaqqis; |
(5) |
“tajr produttiv” tfisser tajr ta’ 72 siegħa jew aktar, imkabbra għall-produzzjoni tal-laħam u/jew tal-bajd għall-konsum (jew sabiex iżidu l-provvisti tal-għasafar tal-kaċċa); |
(6) |
“tajr għall-qatla” tfisser tajr mibgħut direttament lejn biċċerija sabiex jinqatlu kemm jista’ jkun malajr possibbli wara li jaslu, u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa; |
(7) |
“qatgħa” tfisser it-tajr kollu tal-istess status ta’ saħħa miżmuma fl-istess bini jew fl-istess għeluq u li jikkonstitwixxu unità epidemjoloġika waħda. Fil-każ ta’ tajr miżmuma f’bini dan għandu jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-arja; |
(8) |
“qasam” tfisser faċilità — li tista’ tinkludi stabbiliment — użata għat-tkabbir jew għaż-żamma tat-tajr tat-tkabbir jew produttiv; |
(9) |
“stabbiliment” tfisser faċilità jew parti minn faċilità li tokkupa sit waħdieni u li tkun iddedikata għall-attivitajiet segwenti:
|
(10) |
“veterinarju awtorizzat” tfisser veterinarju bi struzzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti, taħt ir-responsabbiltà tagħha, sabiex iwettaq il-kontrolli li għalihom hemm provvediment f’din id-Direttiva fi stabbiliment partikolari; |
(11) |
“laboratorju approvat” tfisser laboratorju li jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, approvat mill-awtorità veterinarja kompetenti, taħt ir-responsabbiltà tagħha, għall-fini li jwettaq it-testijiet ta’ dijanjożi previsti f’din id-Direttiva; |
(12) |
“spezzjoni tas-saħħa” tfisser żjara mill-veterinarju uffiċjali jew mill-veterinarju awtorizzat sabiex ikun spezzjonat l-istat ta’ saħħa tat-tajr kollha fi stabbiliment; |
(13) |
“mard li għandu jiġi nnotifikat b’mod obbligatorju” tfisser il-mard elenkat fl-Anness V; |
(14) |
“inċidenza” tfisser inċidenza kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (9); |
(15) |
“stazzjon ta’ kwarantina” tfisser faċilitajiet fejn it-tajr jinżamm f’iżolament sħiħ u ‘l bogħod minn kuntatt dirett jew indirett ma’ tajr ieħor, sabiex ikunu jistgħu isiru osservazzjoni u ttestjar għal żmien fit-tul għall-mard elenkat fl-Anness V; |
(16) |
“qtil sanitarju” tfisser il-qerda, soġġetta għas-salvagwardji meħtieġa tas-saħħa li jinkludu d-disinfettazzjoni, tat-tajr u l-prodotti kollha li jkunu infettati jew li jkun hemm suspett li jkunu ġew infettati. |
KAPITOLU II
REGOLI GĦAL KUMMERĊ INTRA-KOMUNITARJU
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 1991 pjan li jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali li biħsiebhom jimplimentaw sabiex jassiguraw il-konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness II għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti għall-finijiet tal-kummerċ intra-Komunitarju tat-tajr u tal-bajd għat-tfaqqis.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjainijiet. F’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), dawk il-pjanijiet jistgħu jiġu approvati, jew isiru emendi jew żidiet, qabel ma tingħata l-approvazzjoni.
2. F’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), emendi jew żidiet għal pjan li jkun ġie approvat f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu:
(a) |
approvati fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati, sabiex iqisu bidla fis-sitwazzjoni f’dak l-Istat Membru, jew |
(b) |
mitluba, sabiex iqisu l-progress fil-metodi tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard. |
Artikolu 4
Kull Stat Membru għandu jaħtar laboratorju ta’ referenza nazzjonali sabiex ikun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-metodi dijanjostiċi previsti f’din id-Direttiva u l-użu tagħhom mil-laboratorji approvati li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu.
Kull Stat Membru għandu jagħmel id-dettalji tal-laboratorju ta’ referenza nazzjonali tiegħu, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.
Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 5
Sabiex ikunu kkumerċjalizzati fil-Komunità:
(a) |
bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata, tajr li jbid u tajr produttiv għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6, 15, 18 u 20. Dawn għandhom jissodisfaw ukoll kwalunkwe kondizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikoli 16 u 17. Barra minn hekk:
|
(b) |
it-tajr għall-qatla għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11, 15, 18 u 20 u dawk stabbiliti skont l-Artikoli 16 u 17; |
(ċ) |
it-tajr (inklużi flieles ta’ ġurnata) maħsub biex iżid il-provvista tal-għasafar tal-kaċċa għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12, 15, 18 u 20 u dawk stabbiliti skont l-Artikoli 16 u 17; |
(d) |
fir-rigward tas-salmonella, tajr maħsub għall-Finlandja u għall-Isvezja għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 13. |
Artikolu 6
Bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata, tajr tat-tkabbir u tajr produttiv għandhom jiġu minn:
(a) |
stabbilimenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(b) |
qatgħa li fil-ħin tal-kunsinna ma tippreżenta l-ebda sinjal kliniku jew suspett ta’ mard tat-tajr li jittieħed. |
Artikolu 7
Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista tal-istabbilimenti approvati skont il-punt (a)(i) tal-Artikolu 6 u n-numri ta’ distintivi tagħhom, u għandu jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.
Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 8
1. Fil-waqt tal-kunsinna, il-bajd għat-tfaqqis għandu:
(a) |
ikun ġej minn qatgħat li:
|
(b) |
ikun immarkat f’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 617/2008; |
(ċ) |
ikun ġie ddiżinfettat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali. |
2. Jekk mard tat-tajr li jittieħed li jista’ jkun trasmess permezz tal-bajd jiżviluppa fil-qatgħa li tkun forniet il-bajd għat-tfaqqis matul il-perijodu tal-inkubazzjoni tagħhom, l-imkien għat-faqqis tal-bajd involut u l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għall-imkien għat-faqqis tal-bajd u l-qatgħa tal-oriġini għandhom ikunu nnotifikati.
Artikolu 9
Flieles ta’ ġurnata għandhom:
(a) |
ikunu ġew imfaqqsa minn bajd għat-tfaqqis li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 8; |
(b) |
jissodisfaw il-kondizzjonijiet tat-tilqim fl-Anness III, jekk kienu ġew mogħtija t-tilqim; |
(ċ) |
ma jippreżentaw, fiż-żmien tal-kunsinna, l-ebda suspett ta’ mard fuq il-bażi tal-Anness II, il-Kapitolu II, B2(g) u (h). |
Artikolu 10
Fiż-żmien tal-kunsinna, tajr tat-tkabbir u tajr produttiv għandhom:
(a) |
ikunu ġew miżmuma minn mindu faqqsu jew għal aktar minn sitt ġimgħat fi stabbiliment wieħed jew aktar tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 6(a)(i); |
(b) |
jissodisfaw il-kondizzjonijiet tat-tilqim fl-Anness III, jekk kienu ġew mogħtija t-tilqim; |
(ċ) |
ikunu ġew sottomessi għall-eżami tas-saħħa minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat matul it-48 siegħa li jippreċedu l-kunsinna u, fil-waqt tal-eżami, ma jkunu ppreżentaw l-ebda sinjal kliniku jew suspett ta’ mard tat-tajr li jittieħed. |
Artikolu 11
Fil-ħin tal-kunsinna, ir-tajr tal-qatla għandu jkun ġie minn qasam li:
(a) |
fih ikunu nżammu minn meta jkunu faqqsu jew għal aktar minn 21 ġurnata; |
(b) |
ma jkunx suġġett għal kwalunkwe restrizzjoni ta’ saħħa tal-annimali applikabbli għat-tajr; |
(ċ) |
meta l-eżami tas-saħħa mwettaq minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat matul il-ħamest ijiem li jippreċedu l-kunsinna fuq il-qatgħa li minnha l-kunsinna li għandha tkun maqtula tkun ittieħdet ma tkunx żvelat fi ħdan il-qatgħa xi sinjal kliniku jew suspett ta’ marda tat-tajr li tittieħed; |
(d) |
li ma jinsabx f’żona li minħabba raġunijiet tas-saħħa tal-annimali hija soġġetta għall-miżuri restrittivi b’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità bħala riżultat ta’ inċidenza ta’ marda li għaliha t-tajr huma suxxettibbli. |
Artikolu 12
1. Fil-waqt tal-kunsinna, it-tajr ta’ aktar minn 72 siegħa maħsub biex iżid il-provvista tal-għasafar tal-kaċċa ferjali għandu jkun ġej minn qasam:
(a) |
meta jkun inżamm sa minn meta kien faqqas jew għal aktar minn 21 ġurnata u fejn ma jkunx tqiegħed f’kuntatt ma tajr li jkun għadu kemm wasal matul il-ġimgħatejn li jippreċedu l-kunsinna; |
(b) |
li ma kienx soġġett għal xi restrizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali applikabbli għat-tjur; |
(ċ) |
meta l-eżami tas-saħħa mwettaq minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat matul it-48 siegħa li jippreċedu l-kunsinna tal-qatgħa li minnha l-kunsinna għandha tittieħed ma tkunx wriet f’dik il-qatgħa xi sinjal kliniku jew sospett ta’ mard tat-tjur li jittieħed; |
(d) |
li ma jinsabx f’żona li għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali hija soġġetta għall-projbizzjoni bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità bħala riżultat ta’ inċidenza ta’ mard li għalih it-tjur huma suxxettibbli. |
2. L-Artikolu 6 m’għandux ikun applikabbli għat-tajr imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 13
1. Fir-rigward tas-salmonella u fir-rigward ta’ serotipi mhux imsemmija fl-Anness II, Kapitolu III (A), il-kunsinni ta’ tajr għall-qatla lejn il-Finlandja u l-Isvezja għandhom ikunu suġġetti għal test mikrobijoloġiku permezz tat-teħid ta’ kampjuni fl-istabbiliment ta’ oriġini skont id0Deċiżjoni tal-Kunsill 95/410/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 li tippreskrivi r-regoli ghall-ittestjar mikrobijoloġiku billi jittieħdu l-kampjuni fl-istabbiliment tal-oriġini tat-tjur għall-qatla maħsuba għall-Finlandja u għall-Isvezja (10).
2. Il-medda tat-test imsemmi fil-paragrafu 1 u l-metodi li għandhom ikunu adottati għandha tkun stabbilita fid-dawl tal-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel u tal-programm operattiv li l-Finlandja u l-Isvezja għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni.
3. It-test imsemmi fil-paragrafu 1 m’għandux jitwettaq għat-tajr tal-qatla minn qasam suġġett għall-programm rikonoxxut bħala ekwivalenti għal dak imsemmi fil-paragrafu 2 skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 14
1. Ir-rekwiżiti tal-Artikoli 5 sa 11 u 18 m’għandhomx japplikaw għall-kummerċ intra-Komunitarju tat-tajr u l-bajd għat-tfaqqis fir-rigward ta’ kunsinni li jkun magħmulin minn inqas minn 20 unità bil-kondizzjoni li jissodisfaw il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. It-tajr u bajd għat-tfaqqis kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom, fiż-żmien tal-kunsinna, jkunu ġew minn qatgħat li:
(a) |
kienu miżmuma fil-Komunità minn meta faqqsu jew għal mill-inqas tliet xhur; |
(b) |
ma jippreżentaw l-ebda sinjal kliniku ta’ mard li jittieħed tat-tajr fiż-żmien tal-kunsinna; |
(ċ) |
jissodisfaw il-kondizzjonijiet tat-tilqim fl-Anness III, jekk ikunu ġew imlaqqma; |
(d) |
ma jkunux suġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni ta’ saħħa tal-annimali applikabbli fuq it-tajr; |
(e) |
ma jinsabux f’żona li għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali hija soġġetta għall-miżuri ristrettivi b’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità bħala riżultat ta’ inċidenza ta’ mard li għalih it-tajr huma suxxettibbli. L-għasafar kollha fil-kunsinna għandhom ikunu nstabu bħala negattivi fit-testijiet seroloġiċi għall-antikorpi tas-Salmonella pullorum u s-Salmonella gallinarum, b’konformità mal-Anness II, Kapitoli III, matul ix-xahar li jippreċedi l-kunsinna. Fil-każ ta’ bajd għat-tfaqqis jew flieles ta’ ġurnata, il-qatgħa tal-oriġini għandha tkun ittestjata seroloġikament għas-Salmonella pullorum u s-Salmonella gallinarum matul it-tliet xhur li jippreċedu l-kunsinna f’livell li jagħti 95 % ta’ fiduċja li tkun misjuba l-infezzjoni fi prevalenza ta’ 5 %. |
3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għall-kunsinni li jkun fihom għasafar li ma jtirux jew bajd għat-tfaqqis tal-għasafar li ma jtirux.
Artikolu 15
1. Fil-każ ta’ kunsinni tat-tajr u l-bajd għat-tfaqqis minn Stati Membri jew minn reġjuni ta’ Stati Membri li jlaqqmu t-tjur kontra l-marda Newcastle lejn Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru, li l-istatus tagħhom ikun ġie stabbilit bkonformità mal-paragrafu 2, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
il-bajd għat-tfaqqis għandu jiġi minn qatgħat li jkunu:
|
(b) |
il-flieles ta’ ġurnata (inklużi l-flieles maħsuba biex iżidu l-provvista tal-għasafar tal-kaċċa) għandhom ikunu mhux imlaqqma kontra l-marda Newcastle, u għandhom jiġu minn:
|
(ċ) |
tajr għat-trobbija u ta’ produzzjoni għandhom ikunu:
|
(d) |
tajr għall-qatla għandhom jiġu minn qatgħat li:
|
2. Jekk Stat Membru jew reġjun jew reġjuni ta’ Stat Membru jixtieq li jkun stabbilit bħala wieħed li ma jagħtix it-tilqim kontra l-marda Newcastle dawn jistgħu jippreżentaw programm kif imsemmi fl-Artikolu 16(1).
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ppresentati mill-Istati Membri. Il-programmi jistgħu jkunu approvati b’konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 16(1), b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2). Kull garanziji addizzjonali, ġeneriċi jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju jistgħu jkunu definiti b’konformità mal-istess proċedura.
Meta Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru jikkonsidra li jkun akkwista l-istatus ta’ nuqqas ta’ tilqim għall-marda Newcastle, applikazzjoni tista’ ssir lejn il-Kummissjoni sabiex l-istatus ta’ nuqqas ta’ tilqim għall-marda Newcastle jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).
L-elementi li għandhom ikunu kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-istatus ta’ Stat Membru jew ta’ reġjun bħala ta’ nuqqas tat-tilqim kontra l-marda Newcastle għandha tkun d-data msemmija fl-Artikolu 17(1) u, partikolarment, il-kriterja segwenti:
(a) |
it-tilqim kontra l-marda Newcastle fit-tajr m’għandhiex tkun ġiet awtorizzata għat-12-il xahar preċedenti, apparti milli għat-tilqim obbligatorju tal-ħamiem tat-tlielaq imsemmija fl-Artikolu 17(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (11); |
(b) |
qatgħat tat-tnissil għandhom ikunu ġew issorveljati seroloġikament mill-anqas darba kull sena għall-preżenza tal-marda Newcastle b’konformità mar-regoli dettalji adottati skont il- proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2); |
(ċ) |
l-oqsma m’għandhomx ikun fihom l-ebda tajr li jkunu ġew imlaqqma kontra l-marda Newcastle matul it-12-il xahar preċedenti, bl-eċċezzjoni ta’ ħamiem tat-tlielaq li jkunu ġew imlaqqma permezz tal-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 92/66/KEE. |
3. Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-istatus ta’ nuqqas ta’ tilqim kontra l-marda Newcastle b’konformtià mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2) fil-każ ta’ jew:
(a) |
jekk il-marda Newcastle serjament epiżotika li ma tkunx inġiebet taħt kontroll; jew |
(b) |
it-tneħħija tar-restrizzjonijiet leġislattivi li jipprojbixxu resqien sistematiku għal tilqim ta’ rutina kontra l-marda Newcastle. |
Artikolu 16
1. Meta Stat Membru jħejji jew ikun ħejja programm ta’ kontroll volontarju jew obbligatorju għal marda li għaliha t-tjur huma suxxettibbli, jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni, waqt li jagħmel enfażi b’mod partikolari fuq:
(a) |
id-distribuzzjoni tal-marda fit-territorju tiegħu; |
(b) |
ir-raġunijiet għall-programm, filwaqt li titqies l-importanza tal-marda u l-benefiċċju li x’aktarx ikollu l-programm fir-rigward ta’ kemm jiġi jiswa; |
(ċ) |
iż-żona ġeografika li fiha jkun sejjer jiġi implimentat il-programm; |
(d) |
il-kategoriji tal-istatus li għandhom jiġu applikati għal stabbilimenti ta’ tajr, in-normi li għandhom jintlaħqu f’kull kategorija, u l-proċeduri ta’ test li għandhom jiġu użati; |
(e) |
il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-programm; |
(f) |
l-azzjoni li għandha tittieħed jekk, għal kwalunkwe raġuni, stabbiliment jitlef l-istat tiegħu; |
(g) |
il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-programm ikunu pożittivi. |
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ppreżentati mill-Istati Membri. Il-programmi jistgħu jiġu approvati, b’konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2). Kwalunkwe garanzija addizzjonali, ġenerali jew speċifika, li tista’ tkun meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju tista’ tiġi ddefinita bi qbil mal-istess proċedura. Garanziji bħal dawn m’għandhomx jaqbżu dawk meħtieġa mill-Istat Membru fit-territorju tiegħu stess.
3. Il-programmi ppreżentati minn Stati Membri jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2). L-emendi jew iż-żidiet għal programmi li jkunu ġew approvati qabel jew għal garanziji li kienu ġew imfissra b’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu approvati skont l-istess proċedura.
Artikolu 17
1. Meta Stat Membru jikkunsidra li t-territorju tiegħu jew li parti mit-territorju tiegħu jkun ħieles minn waħda mill-mardiet li għalihom huwa suxxettibbli t-tajr, għandu jippreżenta dokumentazzjoni xierqa ta’ sostenn lill-Kummissjoni, li jippreskrivi b’mod partikolari:
(a) |
in-natura tal-marda u l-istorja tal-okkorrenza tagħha f’dak l-Istat Membru; |
(b) |
ir-riżultati tal-ittestjar ta’ sorveljanza bbażati fuq investigazzjonijiet seroloġiċi, mikrobijoloġiċi jew patoloġiċi u fuq il-fatt li l-marda għandha skont il-liġi tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti; |
(ċ) |
il-perijodu li matulu għandha ssir is-sorveljanza; |
(d) |
meta jkun applikabbli, il-perijodu li matulu t-tilqim kontra l-marda tkun ġiet ipprojbita u ż-żona ġeografika kkonċernata mill-projbizzjoni; |
(e) |
l-arranġamenti sabiex jiġi vverifikat li ż-żona kkonċernata tibqa’ ħielsa mill-marda. |
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina d-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri. Il-garanziji addizzjonali, ġenerali u speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju jistgħu jkunu ddefiniti b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2). Garanziji bħal dawn m’għandhomx jaqbżu dawk meħtieġa mill-Istat Membru fit-territorju tiegħu stess.
3. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fid-dettalji speċifikati fil-paragrafu 1. Il-garanziji definiti skont il-paragrafu 2 jistgħu, fid-dawl ta’ notifikazzjoni bħal din, ikunu emendati jew irtirati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 18
1. Flieles ta’ ġurnata u bajd għat-tfaqqis għandhom ikunu trasportati fi jew:
(a) |
kontenituri mhux użati ddisinjati għal dan l-iskop u li jintremew wara l-ewwel użu li għandhom jintużaw darba biss imbagħad ikunu meqruda; jew |
(b) |
kontenituri li jistgħu jkunu użati mill-ġdid basta li dawn ikunu mnaddfa u ddisinfettati minn qabel. |
2. Fi kwalunkwe każ il-kontenituri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom:
(a) |
ikun fihom biss flieles ta’ ġurnata jew bajd għat-tfaqqis tal-istess speċi, kategorija u tip ta’ tajr, li jkunu ġejjin mill-istess stabbiliment; |
(b) |
ikunu b’tikketti li juru:
|
3. Il-kaxex li jġorru flieles ta’ ġurnata jew bajd għat-tfaqqis jistgħu jiġu miġbura flimkien sabiex jinġarru f’reċipjenti addattati. In-numru ta’ kaxex hekk miġbura flimkien u l-indikazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2(b) għandhom jiġu murija fuq dawk il-kontenituri.
4. it-tajr tat-tkabbir u t-tajr tal-produzzjoni għandhom jinġarru f’kannestri jew f’gaġeġ:
(a) |
li jkun fihom tajr tal-istess speċi, kategoriji u tip biss, li jkunu ġejjin mill-istess stabbiliment; |
(b) |
li juru n-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment tal-oriġini kif previst fl-Anness II, Kapitolu I(2). |
5. it-tajr tat-tkabbir u tal-produzzjoni u l-flieles ta’ ġurnata għandhom jinġarru bla telf ta’ żmien għall-istabbiliment tad-destinazzjoni, mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ għasafar ħajjin oħra, minbarra t-tajr tat-tkabbir u tal-produzzjoni jew il-flieles ta’ ġurnata li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.
It-tajr għall-qatla għandhom jinġarru bla telf ta’ żmien sal-biċċerija tad-destinazzjoni mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ tajr ieħor, minbarra tjur għall-qatla li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.
It-tajr maħsub biex iżid il-provvista tal-għasafar tal-kaċċa għandu jkun trasportat mingħajr dewmien lejn il-punt tad-destinazzjoni tiegħu mingħajr ma jiġi f’kuntatt ma’ xi tajr ieħor maħsub biex iżid il-provvista tal-għasafar tal-kaċċa li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.
6. il-kannestri, il-gaġeġ u l-vetturi għandhom jiġu mfassla sabiex:
(a) |
jipprekludu t-telf ta’ ħmieġ u jnaqqsu kemm jista’ jkun it-telf ta’ rix matul it-transitu; |
(b) |
jippermettu l-ispezzjoni viżwali tat-tjur; |
(ċ) |
jippermettu t-tindif u d-diżinfettazzjoni. |
7. Il-vetturi u, jekk dawn ma jkunux mit-tip li jintremew wara li jintużaw, ir-reċipjenti, il-kannestri u l-gaġeġ għandhom, qabel ma jiġu mgħobbija u maħtuta, jiġu mnaddfa u ddisinfettati skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 19
It-tajr imsemmi fl-Artikolu 18(5) ma jistax jiġi ttrasportat minn l-inħawi infettati bl-influwenza tat-tjur jew bil-marda Newcastle, sakemm mhux minn triq prinċipali jew bil-ferrovija.
Artikolu 20
Fil-kummerċ bejn l-Istati Membri, tajr u bajd għat-tfaqqis għandhom, matul il-ġarr lejn il-post tad-destinazzjoni, ikunu akkumpanjati b’ċertifikat veterenarju li:
(a) |
jkun konformi mal-mudell addattat fl-Anness IV, ġie kkompletat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (12); |
(b) |
jiġi ffirmat mill-veterinarju uffiċjali; |
(ċ) |
jiġi mfassal fid-data ta’ tagħbija fil-lingwa jew fil-lingwi tal-Istat Membru ta’ dispaċċ u fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni; |
(d) |
jkun validu għal ħamest ijiem; |
(e) |
jkun magħmul fuq folja waħda; |
(f) |
jkun normalment magħmul għal destinatarju wieħed; |
(g) |
ikun fih timbru u firma ta’ kulur differenti minn dak taċ-ċertifikat. |
Artikolu 21
L-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, jagħtu lill-Istat Membru ta’ dispaċċ wieħed jew aktar, awtorizzazzjonijiet ġenerali jew awtorizzazzjonijiet limitati għal każijiet speċifiċi li jippermettu d-dħul fit-territorju tagħhom ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis mingħajr iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 20.
KAPITOLU III
REGOLI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET MINN PAJJIŻI TERZI
Artikolu 22
It-tajr u bajd għat-tfaqqis importati ġewwa l-Komunità għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 23 sa 26.
Artikolu 23
1. It-tajr u bajd għat-tfaqqis għandhom ikunu oriġinaw f’pajjiż terz jew minn parti ta’ pajjiż terz inkluż f’lista imħejjija mill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2). Dik il-lista tista’ tiġi miżjuda jew emendata b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(3).
2. Fit-teħid tad-deċiżjoni ta’ jekk pajjiż terz jistax jiġi inkluż jew parti minnu tistax tiġi inkluża fil-lista msemmija fil-paragrafu 1, għandha tingħata attenzjoni partikolari:
(a) |
għall-istat tas-saħħa tat-tajr, l-annimali domestiċi l-oħra u tal-annimali selvaġġi fil-pajjiż terz, tingħata attenzjoni partikolari għall-mard tal-annimali eżotiċi, u għas-sitwazzjoni tas-saħħa fl-inħawi ta’ madwar, meta jew jistgħu jkunu ta’ periklu għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Istati Membri; |
(b) |
għar-regolarità u r-rapidità tal-forniment tal-informazzjoni mill-pajjiż terz li jkollha x’taqsam mal-eżistenza ta’ mard kontaġġuż tal-annimali fit-territorju tiegħu, b’mod partikolari l-mard fil-listi tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE); |
(ċ) |
għar-regoli tal-pajjiż dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard tal-annimali; |
(d) |
għall-istruttura tas-servizzi veterinarji fil-pajjiż u l-poteri tagħhom; |
(e) |
għall-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu u jikkontrollaw mard li jista’ jittieħed tal-annimali; |
(f) |
għall-garanziji li l-pajjiż terz jista’ jagħti fir-rigward ta’ konformità ma din id-Direttiva; |
(g) |
għall-konformità mar-regoli tal-Komunità dwar ormoni u residwi. |
3. Il-lista li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 u kwalunkwe emenda għaliha għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 24
1. It-tajr u l-bajd għat-tfaqqis għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi:
(a) |
li fihom l-influwenza tat-tjur u l-marda Newcastle, kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur (13) u d-Direttiva 92/66/KEE rispettivament, huma mard legalment notifikabbli; |
(b) |
ikunu ħielsa mill-influwenza tat-tjur u mill-marda Newcastle, jew li, għalkemm ma jkunux ħielsa minn dawn il-mard, japplikaw miżuri biex jikkontrollawhom li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttivi 2005/94/KE u 92/66/KEE rispettivament. |
2. Il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), tiddeċiedi taħt liema kondizzjonijiet il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun japplika biss għal parti mit-territorju tal-pajjiżi terzi.
Artikolu 25
1. It-tajr u l-bajd għat-tfaqqis jistgħu jiġu importati mit-territorju ta’ pajjiż terz jew parti mit-territorju ta’ pajjiż terz inkluż fil-lista mħejjija b’konformità mal-Artikolu 23(1) biss jekk jiġu mill-qatgħat li:
(a) |
qabel il-kunsinna jkunu nżammu mingħajr waqfien fit-territorju jew parti mit-territorju kkonċernat ta’ dak il-pajjiż għal perijodu li għandu jiġi stabbilit b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2); |
(b) |
jissodisfaw il-kondizzjonijiet adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2) dwar l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis mill-pajjiż inkwistjoni. Il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu differenti skont l-ispeċi jew il-kategorija tat-tajr. |
2. Il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu II u l-Annessi korrispondenti tiegħu. B’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), jistgħu jingħataw derogi fuq il-bażi ta’ każ b’każ jekk il-pajjiż terz ikkonċernat joffri garanziji ta’ saħħa tal-annimali simili li jkunu għallinqas ekwivalenti.
Artikolu 26
1. It-tajr u l-bajd għat-tfaqqis għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat imħejji u ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li jesporta.
Iċ-ċertifikat għandu:
(a) |
jinħareġ dakinhar tat-tagħbija sabiex jintbagħat lejn l-Istat Membru ta’ destinazzjoni; |
(b) |
jiġi mħejji fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni; |
(ċ) |
jakkumpanja l-kunsinna bil-kopja oriġinali; |
(d) |
jiċċertifika l-fatt li t-tajr jew il-bajd għat-tfaqqis jissodisfaw ilrrekwiżiti ta’ din id-Direttiva u dawk adottati b’konformità ma’ din id-Direttiva fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi; |
(e) |
ikun validu għal ħamest ijiem; |
(f) |
ikun magħmul minn folja waħda; |
(g) |
ikun magħmul għal destinatarju wieħed; |
(h) |
ikun fih timbru u firma ta’ kulur differenti minn dak taċ-ċertifikat. |
2. Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragarfu 1 għandu jkun konformi mal-mudell imħejji b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 27
Għandhom isiru spezzjonijiet fuq il-post minn esperti veterinarji tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha tassigura li d-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva jiġu applikati b’mod effettiv.
L-esperti tal-Istati Membri responsabbli minn dawn l-ispezzjonijiet għandhom jiġu maħtura mill-Kummissjoni fuq proposti mill-Istati Membri.
L-ispezzjonijiet għandhom isiru f’isem il-Komunità, u l-Komunità għandha tħallas l-ispejjeż tagħhom.
Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet u l-proċedura tal-ispezzjoni għandhom jiġu stabbiliti b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 28
1. Il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(3), tiddeċiedi li l-importazzjoni minn pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz għandhom ikunu limitati għal speċi partikolari, għal bajd għat-tfaqqis, għat-tajr għat-tkabbir jew produzzjoni, għat-tajr tal-qatla jew għat-tajr maħsub għal għanijiet speċjali.
2. Il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), tiddetermina li t-tajr importati, il-bajd għat-tfaqqis jew it-tajr li jfaqqas minn bajd importat għandu jinżamm fil-kwarantina jew iżolat għal perijodu li ma jistax jeċċedi xahrejn.
Artikolu 29
Minkejja l-Artikoli 22, 24, 25 u 26, il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), tiddeċiedi li tippermetti fuq il-bażi skont il-każ, l-importazzjoni tat-tajr u l-bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi meta din l-importazzjoni ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 22, 24, 25 u 26. Regoli dettaljati għal din l-importazzjoni għandhom ikunu stabbiliti fl-istess ħin u skont l-istess proċedura. Regoli bħal dawn għandhom joffru garanziji tas-saħħa tal-annimali għall-anqas ekwivalenti għall-garanziji tas-saħħa tal-annimali offruti mill-Kapitolu II, li tinvolvi kwarantina obbligatorja u l-ittestjar għall-influenza tal-għasafar, għall-marda Newcastle u kwalunkwe marda rilevanti oħra.
Artikolu 30
Malli jasal fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, it-tajr tal-qatla għandu jittieħed direttament lejn il-biċċerija għall-qatla kemm jista’ jkun malajr.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kondizzjonijiet speċjali li jistgħu jiġu adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(3), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’, fuq il-bażi ta’ saħħa tal-annimali, tinnomina l-biċċerija lejn fejn għandu jinġarr it-tajr.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 31
Għall-għanijiet ta’ kummerċ intra-Komunitarju, il-miżuri ta’ protezzjoni previst fid-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (14) għandhom japplikaw għat-tajr u l-bajd għat-tfaqqis.
Artikolu 32
Ir-regoli ta’ kontrolli veterinarji previsti fid-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis.
Artikolu 33
1. Il-Kummisjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (15).
2. Meta jsir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
3. Meta jsir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal ħmistax-il ġurnata.
Artikolu 34
Emendi għall-Annessi I sa V, partikolarment sabiex jiġu addattati għal bidliet f’metodi ta’ dijanjożi u għal varjazzjonijiet fl-importanza ekonomika ta’ mard partikolari, għandhom jiġu deċiżi b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 35
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 36
Id-Direttiva 90/539/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness VI, Parti A, hija mħassra, mingħajr preġudizzji għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.
Artikolu 37
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 38
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
S. O. LITTORIN
(1) Opinjoni tal-20 ta’ Ottubru 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.
(3) Ara l-Anness VI, Parti A.
(4) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(5) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 5.
(6) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(7) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(8) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.
(9) ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.
(10) ĠU L 243, 11.10.1995, p. 25.
(11) ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.
(12) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44.
(13) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(14) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
ANNESS I
Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għal mard relatat mal-għasafar innominati skont l-Artikolu 4 għandhom ikunu responsabbli f’kull Stat Membru għall-koordinazzjoni tal-metodi dijanjostiċi previsti f’din id-Direttiva. Għal dan il-għan:
(a) |
huma jistgħu jfornu lil-laboratorji approvati bir-reaġenti meħtieġa għall-ittestjar dijanjostiku; |
(b) |
huma għandhom jikkontrollaw il-kwalità tar-reaġenti użati mil-laboratorji approvati għall-finijiet li jwettqu t-testijiet dijanjostiċi previsti f’din id-Direttiva; |
(ċ) |
għandhom jorganizzaw testijiet komparattivi perjodiċi. |
ANNESS II
APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENTI
KAPITOLU I
REGOLI ĠENERALI
1. Sabiex jiġu approvati mill-awtorità kompetenti għall-għanijiet tal-kummerċ intra-Komunitarju, stabbilimenti għandhom:
(a) |
jissodisfaw il-kondizzjonijiet fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tħaddim preskritt fil-Kapitolu II; |
(b) |
japplikaw u jaderixxu mal-programm ta’ sorveljanza tal-mard approvat mill-awtorità veterinarja ċentrali kompetenti, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-Kapitolu III; |
(ċ) |
jipprovdu kull faċilità għat-twettiq tal-ħidmiet imniżżla fil-punt (d); |
(d) |
jkunu soġġetti għas-sorveljanza tal-awtorità veterinarja ċentrali kompetenti fil-kuntest ta’ forma organizzata ta’ monitoraġġ tas-saħħa tal-annimali. Kontroll bħal dan għandu jinkludi b’mod partikolari:
|
(e) |
ikun fihom biss it-tajr. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tagħti lil kull stabbiliment li jkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 numru distintiv ta’ approvazzjoni, li jista’ jkun l-istess bħal dak mogħti b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
KAPITOLU II
FAĊILITAJIET U OPERAZZJONI
Stabbiliment ta’ tkabbir ta’ razza pura, stabbilimenti ta’ tkabbir u trobbija
1. Faċilitajiet
(a) |
Il-lokalità u t-taqsim tal-faċilitajiet għandhom ikunu kompatibbli mat-tip tal-produzzjoni mħaddma, li jassiguraw li tkun tista’ tiġi pprevenuta l-introduzzjoni ta’ mard jew, fil-każ ta’ inċidenza, li tista’ tiġi kkontrollata. Jekk stabbiliment jilqa’ bosta speċi ta’ tajr, għandu jkun hemm separazzjoni ċara bejniethom. |
(b) |
Il-faċilitajiet għandhom jipprovdu kondizzjonijiet ta’ iġjene tajbin u jippermettu li jsir monitoraġġ tas-saħħa. |
(ċ) |
It-tagħmir għandu jkun kompatibbli mat-tip ta’ produzzjoni mħaddma, u jippermettu li jsir tindif u diżinfettar tal-faċilitajiet u tal-vetturi li jġorru t-tajr u l-bajd fl-aktar punt xieraq. |
2. Trobbija
(a) |
Tekniki ta’ trobbija għandhom ikunu bbażati kemm jista’ jkun possibbli fuq il-prinċipju ta’ “trobbija protetta” u fuq il-prinċipju “kollha ġewwa/kollha barra”. Tindif, diżinfettar u tnaqqis fil-popolazzjoni għandhom isiru bejn qatgħat. |
(b) |
Stabbilimenti ta’ tkabbir tar-razza pura, u ta’ tkabbir u trobbija għandhom jilqgħu tjur biss:
|
(ċ) |
Għandhom jiġu mħejjija regoli ta’ iġjene mill-amministrazzjoni tal-istabbiliment; il-persunal għandu jilbes ilbies tax-xogħol adattat u l-viżitaturi jilbsu lbies protettiv. |
(d) |
Il-bini, il-gallinari u t-tagħmir għandhom jinżammu f’kondizzjoni tajba. |
(e) |
Il-bajd għandu jiġi miġbur bosta drabi kuljum, u għandu jkun nadif u jiġi ddisinfettat kemm jista’ jkun malajr. |
(f) |
Il-bidwi għandu jinnotifika lill-veterinarju awtorizzat bi kwalunkwe varjazzjoni fir-rendiment tal-produzzjoni jew bi kwalunkwe sinjal ieħor li jnebbaħ il-preżenza ta’ mard kuntaġġuż tat-tjur. Malli jkun hemm suspett ta’ marda, il-veterinarju awtorizzat għandu jibgħat il-kampjuni meħtieġa sabiex issir dijanjożi jew sabiex tiġi konfermata dijanjożi lejn laboratorju approvat. |
(g) |
Għandha tinżamm storja, reġistru jew mezz ta’ żamma ta’ data dwar il-qatgħa għal kull qatgħa għal mill-inqas sentejn wara t-tneħħija tal-qatgħa u għandha turi.
|
(h) |
Meta ikun hemm marda kuntaġġuża tat-tajr, ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju għandhom jiġu kkomunikati immedjatament lill-veterinarju awtorizzat. |
Postijiet tat-tfaqqis
1. Faċilitajiet
(a) |
Mafqas għandu jkun fiżikament u operazzjonalment separat mill-faċilitajiet tat-tkabbir. It-tqassim għandu jkun tali li jippermetti li l-unitajiet funzjonali varji mniżżla hawn taħt jitħallew separati:
|
(b) |
Il-bini għandu jkun protett kontra għasafar li jiġu minn barra u minn annimali gerriema; l-art u l-ħitan għandhom ikunu ta’ materjali li jifilħu, li ma jgħaddix ilma minnhom u li jistgħu jiġu maħsula; id-dawl naturali jew artifiċjali u ċ-ċirkolazzjoni ta’ arja u s-sistemi tat-temperatura għandhom ikunu ta’ tip addattat; għandu jkun hemm provvediment għat-tneħħija iġjenika ta’ skart (bajd u flieles). |
(ċ) |
It-tagħmir għandu jkollu uċuħ lixxi u li ma jgħaddix ilma minnhom. |
2. Operazzjoni
(a) |
L-operazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ċirkwit minn naħa waħda biss għal bajd, tagħmir mobbli u persunal. |
(b) |
Bajd għat-tfaqqis għandu jkun:
|
(ċ) |
Għandhom jiġu mfassla regoli ta’ iġjene mill-amministrazzjoni tal-istabbiliment; il-persunal għandu jilbes ilbies tax-xogħol xieraq u viżitaturi għandhom jilbsu ilbies protettiv. |
(d) |
Il-bini u t-tagħmir għandhom jinżammu f’kondizzjoni tajba. |
(e) |
Is-segwenti għandhom jiġu ddisinfettati:
|
(f) |
Għandu jintuża programm ta’ kontroll tal-kwalità mikrobijoloġiku sabiex jistma l-istat tas-saħħa tal-mafqas. |
(g) |
Il-bidwi għandu jinnotifika lill-veterinarju awtorizzat bi kwalunkwe varjazzjoni fir-rendiment tal-produzzjoni jew bi kwalunkwe sinjal ieħor li jissuġġerixxi l-preżenza ta’ marda kuntaġġuża tat-tjur. Malli jkun hemm suspett ta’ marda kuntaġġuża, il-veterinarju awtorizzat għandu jibgħat il-kampjuni meħtieġa sabiex issir jew tiġi kkonfermata d-dijanjożi lejn laboratorju approvat u jinforma lill-awtorità veterinarja kompetenti, li għandha tiddeċiedi fuq il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu. |
(h) |
Storja tal-qatgħa, reġistru jew mezz ta’ żamma tad-data għandhom jinżammu għal mill-inqas sentejn li juru, jekk ikun possibbli skont il-qatgħa:
|
(i) |
Meta jkun hemm marda kuntaġġuża tat-tajr, ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju għandhom jiġu kkomunikati immedjatament lill-veterinarju awtorizzat. |
KAPITOLU III
PROGRAMM TA’ SORVELJANZA TAL-MARD
Mingħajr preġudizzju għall-miżuri tas-saħħa u għall-Artikoli 16 u 17, programmi ta’ sorveljanza tal-mard għandhom, bħala minimu, ikunu jinkludu sorveljanza tal-infezzjonijiet u l-ispeċi elenkati hawn taħt.
Infezzjonijiet ta’ Salmonella pullorum, Salmonella gallinarum u Salmonella arizonae
1. Speċi kkonċernati
(a) |
Salmonella pullorum et gallinarum: tjur, dundjani, fargħuni, summien, faġani, perniċi u papri. |
(b) |
Salmonella arizonae: dundjani. |
2. Programm ta’ sorveljanza tal-mard
(a) |
Għandhom jintużaw testijiet seroloġiċi u/jew batterjoloġiċi sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx hemm infezzjoni. |
(b) |
Għandhom jittieħdu kampjuni, kif ikun addattat, minn demm, flieles ta’ sekonda kwalità, rix jew trab meħud minn imfaqas, titjir meħud minn mal-ħitan tal-mafqas, żibel jew ilma minn ħwat. |
(ċ) |
Meta jittieħdu l-kampjuni tad-demm minn qatgħa għall-ittestjar seroloġiku għal Salmonella pullorum jew Salmonella arizonae, għandu jingħata każ tal-prevalenza tal-infezzjoni fil-pajjiż ikkonċernat u l-inċidenza tagħha fl-imgħoddi fl-istabbiliment sabiex ikun stabbilit in-numru ta’ kampjuni li jkunu jridu jittieħdu. Il-qatgħat għandhom jiġu spezzjonati matul kull perjodu ta’ meta jbidu fl-aħjar żmien meta tkun tista’ tiġi individwata l-marda. |
Infezzjonijiet Mycoplasma gallisepticum u Mycoplasma meleagridis
1. Speċi kkonċernati
(a) |
Mycoplasma gallisepticum: tjur u dundjani. |
(b) |
Mycoplasma meleagridis: dundjani. |
2. Programm ta’ sorveljanza tal-mard
(a) |
Il-preżenza ta’ infezzjoni għandha tiġi ttestjata permezz tal-ittestjar seroloġiku u/jew batterjoloġiku u/jew bil-preżenza ta’ feriti ta’ sacculitis tal-arja fi flieles ta’ jum u fi frieħ ta’ dundjani. |
(b) |
Għandhom jittieħdu kampjuni għall-ittestjar, kif ikun addattat, minn demm, flieles ta’ jum u frieħ ta’ dundjani, spermi, jew titjir meħuda mit-trakea, mill-kloaka jew mill-ibwieq tal-arja. |
(ċ) |
Testijiet sabiex tiġi individwata Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis għandhom isiru fuq kampjun rappreżentattiv sabiex titħalla li ssir sorveljanza kontinwa tal-infezzjoni matul it-trobbija u matul il-perjodu ta’ meta jbidu, i.e. eżattament qabel il-bidu ta’ meta jbidu u kull tliet xhur minn hemm ‘il quddiem. |
C. Riżultati u miżuri li għandhom jittieħdu
Jekk ma jkun hemm l-ebda reatturi, it-test jitqies negattiv. Inkella, il-qatgħa tkun issuspettata u l-miżuri speċifikati fil-Kapitolu IV jkollhom jiġu applikati għaliha.
D. Fil-każ ta’ ishma li jkunu magħmulin minn żewġ unitajiet ta’ produzzjoni separati jew aktar, l-awtorità veterinarja kompetenti tista’ tidderoga minn dawn il-miżuri fir-rigward tal-unitajiet tal-produzzjoni b’saħħithom fuq sehem li jkun infettat sakemm il-veterinarju awtorizzat ikun ikkonferma li l-istruttura u d-daqs ta’ dawn l-unitajiet tal-produzzjoni u l-ħidmiet imwettqa fihom ikunu tali li l-unitajiet tal-produzzjoni jipprovdu faċilitajiet separati għal kollox għal ilqugħ, żamma u tmigħ, sabiex il-marda inkwistjoni ma tkunx tista’ tinfirex minn unità ta’ produzzjoni għal oħra.
KAPITOLU IV
KRITERJI SABIEX APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENT TIĠI SOSPIŻA JEW IRTIRATA
1. L-approvazzjoni mogħtija lil stabbiliment għandha tiġi sospiża:
(a) |
meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ma jkunux sodisfatti aktar; |
(b) |
sakemm tkun ġiet magħmula investigazzjoni adattata għall-marda, jekk:
|
(ċ) |
sakemm isiru t-testijiet il-ġodda, jekk ir-riżulatati ta’ sorveljanza mwettqa bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli II u III għall-infezzjoni permezz ta’ Salmonella pullorum, Salmonella gallinarum, Salmonella arizonae, Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis jagħtu bidu biex wieħed jissuspetta l-infezzjoni; |
(d) |
sakemm jintemmu l-miżuri adattati meħtieġa mill-veterinarju uffiċjali, jekk jinstab li l-istabbiliment ma jkunx f’konformità mal-ħtiġiet tal-Kapitolu I, punt 1 (a), (b) u (c). |
2. Approvazzjoni għandha tiġi rtirata:
(a) |
jekk ikun hemm influwenza tat-tjur jew il-marda Newcastle fl-istabbiliment; |
(b) |
jekk it-tieni test tat-tip addattat jikkonferma l-preżenza tal-infezzjoni b’Salmonella pullorum, Salmonella gallinarum, Salmonella arizonae, Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis; |
(ċ) |
jekk, wara t-tieni avviż mogħti mill-veterinarju uffiċjali, ma tkunx ittieħdet azzjoni sabiex l-istabbiliment jinġieb f’konformità mal-ħtiġiet tal-Kapitolu I, punt 1 punt 1(a), (b) u (c). |
3. Kondizzjonijiet sabiex approvazzjoni tingħata lura jekk:
(a) |
approvazzjoni tkun ġiet irtirata minħabba l-okkorrenza tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda Newcastle, din tista’ tingħata lura fi żmien 21 ġurnata wara t-tindif u d-disinfettar jekk ikun sar qtil sanitarju; |
(b) |
tkun ġiet irtirata approvazzjoni minħabba infezzjoni kkawżata permezz ta’:
|
ANNESS III
KONDIZZJONIJIET TAT-TILQIM TAT-TAJR
1. Il-vaċċini użati għat-tilqim tat-tjur jew qatgħat li jipproduċu l-bajd għat-tfaqqis iridu jkollhom awtorizzazzjoni għall-kummerċ maħruġha mill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vaċċin ikun użat.
2. Il-kriterja għall-użu tal-vaċċini kontra l-marda Newcastle fil-kuntest tal-programmi ta’ tilqim bħala rutina tista tkun iddeterminata mill-Kummissjoni.
ANNESS IV
ĊERTIFIKATI VETERINARJI GĦALL-KUMMERĊ INTRA-KOMUNITARJU
(Mudelli 1 sa 6)
MUDELL 1
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
MUDELL 2
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
MUDELL 3
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
MUDELL 4
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
MUDELL 5
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
MUDELL 6
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS V
MARD B’NOTIFIKA OBBLIGATORJA
— |
Influwenza ta-tjur |
— |
Il-marda ta’ Newcastle |
ANNESS VI
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 36)
Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE |
Artikolu 19(2) biss |
Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE |
Biss f’dak li għandu x’jaqsam mar-referenza għad-Direttiva 90/539/KEE fl-Artikolu 26(2) |
Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE |
Artikolu 7, punt B, it-tieni subparagrafu biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/369/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 93/120/KE |
|
Att ta’ Adeżjoni tal-1994, Anness I, Punti V.E.I.2.A.4 |
|
Direttiva tal-Kunsill 1999/90/KE |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/505/KE |
Artikolu 1 u Anness biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/867/KE |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) No 806/2003 |
Anness III, punt 13 biss |
Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness II, Punt 6.B.I.17 |
|
Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE |
Anness, punt I.3 biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/911/KE |
Anness, punt 4 biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/594/KE |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE |
Anness, punt 2 biss |
Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE |
Artikolu 11 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 36)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
90/539/KEE |
fl-1 ta’ Mejju 1992. |
91/494/KEE |
fl-1 ta’ Mejju 1992. |
91/496/KEE |
fl-1 ta’ Lulju 1992. |
92/65/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1993. |
93/120/KE |
fl-1 ta’ Jannar 1995. |
1999/90/KE |
fit-30 ta’ Ġunju 2000. |
2006/104/KE |
fl-1 ta’ Jannar 2007. |
2008/73/KE |
fl-1 ta’ Jannar 2010. |
ANNEX VII
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 90/539/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 2, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punti (1) sa (14) |
Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punti (1) sa (14) |
Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (16) |
Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (15) |
Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (17) |
Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (16) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(3), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 3(2)(a) u (b) |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5(a), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(a), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(a), it-tieni subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż |
Artikolu 5(a), it-tieni subparagrafu, punt (i), (ii) u (iii) |
Artikolu 5(b), (c) u (d) |
Artikolu 5(b), (c) u (d) |
Artikolu 6(1)(a), (b) u (c) |
Artikolu 6(a)(i), (ii) u (iii) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 6(b) |
Artikolu 6a |
Artikolu 7 |
Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 8(1)(a)(i) |
Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (1), it-tieni inċiż |
Artikolu 8(1)(a)(ii) |
Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (1), it-tieni inċiż, l-ewwel subinċiż |
Artikolu 8(1)(a)(iii), l-ewwel inċiż |
Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (1), it-tieni inċiż, it-tieni subinċiż |
Artikolu 8(1)(a)(iii), it-tieni inċiż |
Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (2) |
Artikolu 8(1)(b) |
Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (3) |
Artikolu 8(1)(c) |
Artikolu 7, it-tieni paragrafu |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 9a |
— |
Artikolu 9b |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 10a |
Artikolu 12 |
Artikolu 10b |
Artikolu 13 |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 11(2), l-ewwel sal-ħames inċiż |
Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (e) |
Artikolu 11(2), is-sitt inċiż |
Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 12(1)(a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż |
Artikolu 15(1)(a)(i), (ii) u (iii) |
Artikolu 12(1)(b), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 15(1)(b)(i) u (ii) |
Artikolu 12(1)(ċ), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż |
Artikolu 15(1)(c)(i), (ii) u (iii) |
Artikolu 12(1)(d), l-ewwel u it-tieni inċiż |
Artikolu 15(1)(d)(i) u (ii) |
Artikolu 12(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 15(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 12(2), ir-raba’ subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż |
Artikolu 15(2), ir-raba’ subparagrafu, punti (a), (b) u (c) |
Artikolu 12(2), il-ħames subparagrafu |
— |
Artikolu 12(3)(i) u (ii) |
Artikolu 15(3)(a) u (b) |
Artikolu 13(1), l-ewwel sas-seba’ inċiż |
Artikolu 16(1)(a) sa (g) |
Artikolu 13(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 13(4) |
— |
Artikolu 14(1), l-ewwel sal-ħames inċiż |
Artikolu 17(1)(a) sa (e) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 17(2) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 17(3) |
Artikolu 14(4) |
— |
Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 18(1)(a) u (b) |
Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 18(2)(a) |
Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, punt (b), l-ewwel sar-raba’ inċiż |
Artikolu 18(2)(b)(i) sa (iv) |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 18(3) |
Artikolu 15(3), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 18(4)(a) u (b) |
Artikolu 15(4)(a) |
Artikolu 18(5), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 15(4)(b) |
Artikolu 18(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 15(4)(ċ) |
Artikolu 18(5), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 15(5), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż |
Artikolu 18(6)(a), (b) u (c) |
Artikolu 15(6) |
Artikolu 18(7) |
Artikolu 16 |
Artikolu 19 |
Artikolu 17, l-ewwel sas-seba’ inċiż |
Artikolu 20(a) sa (g) |
Artikolu 18 |
Artikolu 21 |
Artikolu 20 |
Artikolu 22 |
Artikolu 21 |
Artikolu 23 |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 24(1) |
Artikolu 22(2) |
— |
Artikolu 22(3) |
Artikolu 24(2) |
Artikolu 23 |
Artikolu 25 |
Artikolu 24 |
Artikolu 26 |
Artikolu 25 |
Artikolu 27 |
Artikolu 26 |
Artikolu 28 |
Artikolu 27a |
Artikolu 29 |
Artikolu 28 |
Artikolu 30 |
Artikolu 29(1) |
Artikolu 31 |
Artikolu 30(1) |
Artikolu 32 |
Artikolu 30(2) |
— (*) |
Artikolu 31 |
— |
Artikolu 32(1) |
Artikolu 33(1) |
Artikolu 32(2) |
Artikolu 33(2) |
Artikolu 32(3) |
— |
Artikolu 33(1) |
— |
Artikolu 33(2) |
Artikolu 33(3) |
Artikolu 34 |
Artikolu 34 |
Artikolu 36 |
— |
— |
Artikolu 35 |
— |
Artikolu 36 |
— |
Artikolu 37 |
Artikolu 37 |
Artikolu 38 |
Anness I, punt 2 |
Anness I |
Anness II, Kapitolu I, II u III |
Anness II, Kapitolu I, II u III |
Anness II, Kapitolu IV, punti 1 u 2 |
Anness II, Kapitolu IV, punti 1 u 2 |
Anness II, Kapitolu IV, punt 3(a) |
Anness II, Kapitolu IV, punt 3(a) |
Anness II, Kapitolu IV, punt 3(b)(i) u (ii) |
Anness II, Kapitolu IV, punt 3(b), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Annesses III, IV u V |
Anness III, IV u V |
— |
Anness VI |
— |
Anness VII |
(*) li jemenda d-Direttiva 90/425/KEE.