This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0626
2009/626/EC: Commission Decision of 25 February 2009 on the Aid Scheme C 2/08 (ex N 572/07) on the amendment to the maritime tonnage tax system which Ireland is planning to implement (notified under document C(2009) 688) (Text with EEA relevance)
2009/626/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Frar 2009 dwar l-iskema ta’ għajnuna C 2/08 (dik li qabel kienet Nru 572/07) dwar l-emenda tas-sistema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ marittimu li l-Irlanda qed tippjana li timplimenta (notifikata bid-dokument numru C(2009) 688) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/626/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Frar 2009 dwar l-iskema ta’ għajnuna C 2/08 (dik li qabel kienet Nru 572/07) dwar l-emenda tas-sistema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ marittimu li l-Irlanda qed tippjana li timplimenta (notifikata bid-dokument numru C(2009) 688) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 228, 1.9.2009, p. 20–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Frar 2009
dwar l-iskema ta’ għajnuna C 2/08 (dik li qabel kienet Nru 572/07) dwar l-emenda tas-sistema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ marittimu li l-Irlanda qed tippjana li timplimenta
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 688)
(It-test bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/626/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni msemmija hawn fuq (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Permezz tal-ittri elettroniċi tat-3 ta’ Ottubru 2007 u tad-19 ta’ Novembru 2007, l-awtoritajiet Irlandiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar emenda tal-iskema eżistenti tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ bin-Nru 504/2002, li inizjalment kienet ġiet approvata mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Diċembru 2002 (2). |
(2) |
Permezz tal-ittra datata s-16 ta’ Jannar 2008 (3), il-Kummissjoni għarrfet lill-Irlanda li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-emenda tal-iskema. |
(3) |
Id-Deċiżjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) fl-14 ta' Mejju 2008. L-Irlanda ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha fid-29 ta’ Frar 2008. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti mill-partijiet interessati. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
2.1. Id-dispożizzjonijiet essenzjali tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ imdaħħla fl-2002
(4) |
It-taxxa Irlandiża fuq it-tunnellaġġ, introdotta fl-2002, hija “skema ta’ taxxa applikabbli għall-kumpaniji tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar li jaħdmu fit-trasport marittimu. Il-kumpaniji li jikkwalifikaw jistgħu jagħżlu li l-attivitajiet tagħhom tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar ikunu ntaxxati abbażi tat-tunnellaġġ nett tal-flotta tagħhom, minflok abbażi tal-qligħ attwali tagħhom. Il-kumpaniji li jikkwalifikaw jeħtieġ li jagħżlu l-kundizzjoni fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni. Il-kumpaniji li jkunu għażlu t-taxxa fuq it-tunnellaġġ jeħtieġ li jibqgħu soġġetti għal din il-kundizzjoni għal perjodu ta' 10 snin (il-perjodu tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ). Jekk diversi kumpaniji Irlandiżi li jikkwalifikaw ikunu membri tal-istess grupp ta' kumpaniji, kollha kemm huma jeħtieġ li jagħżlu s-sistema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Attivitajiet tan-negozju li huma differenti minn dawk soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ se jkunu ntaxxati abbażi tad-dispożizzjonijiet normali tat-tassazzjoni tal-kumpaniji. Skont l-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ […], għall-kumpaniji marittimi li jikkwalifikaw l-ammont ta’ taxxa huwa stabbilit abbażi tat-tunnellaġġ nett tal-flotta tagħhom li tikkwalifika. Għal kull bastiment soġġett għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ, il-profitti taxxabbli li huma relatati mal-attivitajiet li jikkwalifikaw għandhom ikunu fissi f’somma mħallsa f’daqqa kkalkulata b’referenza għat-tunnellaġġ nett tiegħu kif ġej, għal kull 100 tunnellata netta (NT) u għal kull perjodu ta’ 24 siegħa mibdi, irrispettivament minn jekk il-bastiment ikunx qed jaħdem jew le:
It-taxxa Irlandiża standard tal-kumpaniji ta’ 12,5 % mbagħad tiġi applikata għall-profitti ddeterminati b’dak il-mod.” (5) |
2.2. Il-limitazzjoni fuq bastimenti mikrija għal perjodu ta’ żmien speċifiku (“time charter”) skont l-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ imdaħħla fl-2002
(5) |
“Prerekwiżit għall-eliġibbiltà għall-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ [tal-2002] huwa li l-proporzjon ta' bastimenti li jikkwalifikaw li huma proprjetà tal-kumpanija nnifisha, ikkalkulat fuq it-tunnellaġġ tagħhom, ma jkunx inqas minn 25 % tat-tunnellaġġ tal-bastimenti kollha tagħha li jikkwalifikaw. Tabilħaqq jeħtieġ li, biex kumpanija tiddaħħal u tibqa’ fi ħdan it-taxxa fuq it-tunellaġġ, ma tridx tkun kriet bastimenti bl-ekwipaġġ b'kollox (‘chartered in’) [anke dawk mikrijin għal perjodu ta’ żmien speċifiku] li jkunu ta’ iktar minn 75 % tat-tunnellaġġ nett tal-bastimenti li jikkwalifikaw u li tkun tħaddem Fil-każ ta’ grupp, il-limitu huwa ta’ 75 % tat-tunnellaġġ nett f’daqqa tal-bastimenti kollha li jikkwalifikaw u li huma mħaddma mill-membri kollha tal-grupp li huma kumpaniji li jikkwalifikaw. Li tikri bastiment bl-ekwipaġġ b'kollox ifisser li tikrih b'ekwipaġġ ipprovdut minn sid il-kera, b'kuntrast mad-definizzjoni tal-kera tal-bastiment biss (‘bareboat charter’) fejn il-kerrej jeħtieġlu jekwipaġġa l-bastiment huwa stess.” (6) |
2.3. L-emendi notifikati
2.3.1. It-tneħħija tal-limitazzjoni fuq il-kera għal perjodu ta’ żmien speċifiku
(6) |
L-awtoritajiet Irlandiżi issa biħsiebhom ineħħu l-limitazzjoni fuq il-kera għal perjodu ta’ żmien speċifiku. Għalhekk, skont in-notifika, kumpanija jew grupp ta' kumpaniji tista'/jista' tibbenefika/jibbenefika mill-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ mingħajr ma tkun/jkun proprjetarja(u) ta' bastiment wieħed. Skont l-awtoritajiet Irlandiżi, it-tneħħija ta’ dak il-limitu hija meħtieġa għal diversi raġunijiet:
|
2.3.2. Tul ta’ żmien
(7) |
L-emenda notifikata għal-leġiżlazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ se tkun applikabbli biss wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, imma hija b’effett minn meta l-emenda tidher fil-leġiżlazzjoni nazzjonali f’Jannar 2006. |
(8) |
L-emenda ma tbiddilx it-tul ta’ żmien tal-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ: il-kundizzjoni attwali tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ hija limitata għal tul ta’ żmien ta’ 10 snin li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012. Inġenerali, il-“kumpaniji li jikkwalifikaw” se jkollhom biss 36 xahar li fih jagħżlu li jidħlu fil-kundizzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ minn meta jsiru kumpaniji li jikkwalifikaw, jiġifieri li jkunu kumpaniji li għandhom iħallsu t-taxxa Irlandiża tal-kumpaniji, li jħaddmu “bastimenti li jikkwalifikaw” u li jkomplu l-ġestjoni strateġika u kummerċjali tal-bastimenti li jikkwalifikaw fl-Irlanda. |
2.3.3. Il-benefiċjarji
(9) |
L-emenda se tapplika għall-kumpaniji kollha li bħalissa jinsabu fil-pożizzjoni li jibbenefikaw mill-kundizzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ u għal dawk il-kumpaniji jew il-gruppi ta’ kumpaniji li jikkwalifikaw:
|
2.3.4. Baġit
(10) |
L-awtoritajiet Irlandiżi jipproġettaw li l-ispiża tal-ewwel sena tat-tneħħija tal-limitazzjoni tal-kera għal perjodu ta’ żmien speċifiku, applikata mill-1 ta’ Jannar 2006, se tkun ta’ madwar EUR 5.88 miljun fid-dawl tat-titjib fis-suq li seħħ fl-imgħoddi. Huwa antiċipat li l-ispiża fiż-żmien medju (mill-2007 sal-2009) se tonqos hekk kif il-qligħ jonqos għal livelli tas-suq li huma iktar tipiċi, bejn wieħed u ieħor għal EUR 1.38 miljun. |
2.4. Raġunijiet biex tinbeda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni
(11) |
Fid-deċiżjoni tagħha biex tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha li l-emendi nnotifikati mill-awtoritajiet Irlandiżi jistgħu jkunu kontra l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (7) (minn issa’ l quddiem imsejħin il-Linji Gwida). B’mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà ta’ tneħħija unilaterali mill-Irlanda ta’ għadd massimu ta’ bastimenti mikrija għal perjodu ta’ żmien speċifiku permissibbli skont l-iskema tagħha tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Il-Kummissjoni nnutat li t-tneħħija kompleta ta’ dawn it-tipi ta’ limiti tal-kera għal perjodu ta’ żmien speċifiku tista' toħloq kompetizzjoni fiskali bejn skemi tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ li jkunu iktar jew inqas attraenti madwar il-Komunità. Fid-dawl tar-rikonoxximent mogħti fil-Linji Gwida għall-fatt li din il-kompetizzjoni fiskali jeħtiġilha tiġi kkunsidrata (8), l-emendi proposti mill-awtoritajiet Irlandiżi biex il-limitu tal-kera għal perjodu ta’ żmien speċifiku jitneħħa kompletament jistgħu jkunu kontra l-“interess komuni” espress fl-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat li fuqu hija bbażata l-approvazzjoni tat-taxxi fuq it-tunnellaġġ. |
(12) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet ukoll id-dubji tagħha dwar ir-retroattività potenzjali tal-miżura ppjanata. Dan jista’ jseħħ jekk l-għajnuna skont l-emenda notifikata tingħata sa mill-1 ta’ Jannar 2006. |
2.5. Kummenti mill-Irlanda
(13) |
Permezz tal-ittra tad-29 ta’ Frar 2008, l-Irlanda stabbiliet il-punti li ġejjin:
|
3. VALUTAZZJONI
3.1. Preżenza tal-għajnuna
(14) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-preżenza tal-għajnuna, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-emenda notifikata ma tbiddilx il-kwalifika tal-iskema Irlandiża tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ bħala għajnuna mill-Istat kif approvat fl-2002 bid-Deċiżjoni Nru 504/02 (9). |
(15) |
Anke wara t-tneħħija tal-limitazzjoni fuq il-kera għal perjodu ta’ żmien speċifiku, l-awtoritajiet Irlandiżi xorta waħda se jibqgħu jagħtu vantaġġ permezz tar-riżorsi tal-Istat, u għalhekk se jibqgħu jiffavorixxu ċertu impriżi minħabba li l-miżura hija speċifika għas-settur tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar. Dan il-vantaġġ jhedded li jgħawweġ il-kompetizzjoni u jista' jaffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. minħabba li t-tali attivitajiet tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar jitwettqu essenzjalment b’kundizzjonijiet ugwali fuq il-livell internazzjonali. Għal dawn ir-raġunijiet, l-emenda notifikata tal-iskema Irlandiża tat-taxxa tal-2002 fuq it-tunnellaġġ ma tbiddilx il-kwalifika tagħha bħala għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
3.2. Il-bażi legali għall-valutazzjoni
(16) |
Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura notifikata hija l-Linji Gwida. |
3.3. Kompatibbiltà tal-miżura
(17) |
Il-Linji Gwida jipprovdu li: “L-għan tal-għajnuna mill-Istat fi ħdan il-politika komuni għat-trasport marittimu huwa li tippromovi l-kompetittività tal-flotot Komunitarji fis-suq globali tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar. Konsegwentement, l-iskema tal-ħelsien mit-taxxa, bħala regola jeħtiġilha rabta mal-bandiera Komunitarja. Madankollu, jistgħu wkoll, eċċezzjonalment, ikunu approvati skemi meta dawn ikunu japplikaw għall-flotta sħiħa li tkun mħaddma minn sid il-bastimenti stabbilit fi ħdan territorju ta’ Stat Membru responsabbli għat-taxxa tal-kumpaniji, dejjem jekk jintwera li l-ġestjoni strateġika u kummerċjali tal-bastimenti kollha kkonċernati ssir verament fit-territorju u li din l-attività tikkontribwixxi sostanzjalment għall-attività ekonomika u għall-impjieg fi ħdan il-Komunità”. (10) |
(18) |
Il-Linji Gwida ma jsemmu l-ebda limitazzjoni għall-inklużjoni tal-bastimenti mikrijin għal perjodu ta’ żmien speċifiku skont l-iskemi tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Fid-deċiżjonijiet għall-imgħoddi, il-Kummissjoni awtorizzat skemi li jkopru kumpaniji bi proporzjon bejn it-tunnellaġġ tal-bastimenti li jkunu tal-kumpanija stess (jew bastimenti mikrija bl-ekwipaġġ b’kollox b’kundizzjonijiet ta’ kera tal-bastimenti biss) u t-tunnellaġġ tal-bastimenti mikrija bl-ekwipaġġ b’kollox fuq bażi tal-ħin jew tal-vjaġġi sa 3:1 (11), 4:1 (12) jew 10:1 (13). |
(19) |
Dak il-proporzjon kien intenzjonat biex jevita sitwazzjonijiet fejn il-kumpaniji tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ eventwalment isiru sensara marittimi puri, mingħajr ebda responsabbiltà għall-ġestjoni tal-ekwipaġġ u għall-ġestjoni teknika tal-bastimenti li jħaddmu. Li kieku l-kumpaniji tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ kellhom jaħdmu biss b’bastimenti mikrija bl-ekwipaġġ b’kollox fuq bażi tal-ħin jew tal-vjaġġi, jitilfu l-għarfien tagħhom f’termini tal-ġestjoni tal-ekwipaġġ u tal-ġestjoni teknika tal-bastimenti, għall-kuntrarju ta’ wieħed mill-għanijiet stabbiliti fir-raba’ inċiż tal-ewwel sottoparagrafu tat-taqsima 2.2 tal-Linju ta’ Gwida, jiġifieri “ż-żamma u t-titjib tal-għarfien marittimu”. |
(20) |
Huwa ġust ukoll li jingħad li l-proporzjon fittex ukoll li jwettaq għan ieħor tal-Linji Gwida, billi għamilha iktar faċli għall-awtoritajiet nazzjonali li jikkontrollaw li l-attivitajiet li jsiru fuq l-art u li huma relatati mal-bastimenti tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ jinżammu fi ħdan il-Komunità/iż-ŻEE. Fil-fatt x’aktarx li s-sidien tal-bastimenti tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ jipprovdu l-ġestjoni tal-ekwipaġġ huma stess f’każijiet fejn huma jkunu s-sidien tal-bastimenti jew fejn huma jkunu jikruhom b’kundizzjonijiet ta’ kera tal-bastimenti biss. Meta dawn iż-żewġ attivitajiet ikunu pprovduti internament, allura jkun iktar faċli għall-awtoritajiet fiskali li jiċċekkjaw li l-attivitajiet fuq l-art relatati ma’ dawk il-bastimenti jkunu jsiru fi ħdan il-Komunità/iż-ŻEE. Hawnhekk, l-għan li qed jitfittex li jintlaħaq huwa li jingħata kontribut “għall-konsolidazzjoni tal-għaqda marittima stabbilita fl-Istati Membri” f’konformità mat-tielet inċiż tal-ewwel sottoparagrafu tat-taqsima 2.2 tal-Linji Gwida. |
(21) |
Madankollu, it-tneħħija sħiħa tal-limitazzjoni tippermetti lill-impriżi b’bastimenti mikrija bl-ekwipaġġ b'kollox fuq bażi tal-ħin jew tal-vjaġġi biss biex jibbenefikaw mill-kundizzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni taħseb li l-emenda notifikata mhijiex konformi mal-għanijiet imsemmija fil-premessi 19 u 20 t’hawn fuq. Il-Kummissjoni tikkunsidra li għandu jinżamm proporzjon minimu ta’ mill-inqas 10:1 bejn il-bastimenti mikrija bl-ekwipaġġ b’kollox u l-bastimenti li jkunu tal-kumpanija stess. |
(22) |
Jekk ma jintlaħqux l-għanijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-bastimenti mikrija bl-ekwipaġġ b’kollox għandhom jikkontribwixxu għal għan ieħor tal-Linji Gwida, jiġifieri għat-tħeġġiġ tal-kitba jew tal-kitba mill-ġdid tal-bastimenti fir-reġistri tal-Istati Membri b’konformità mat-tieni inċiż tal-ewwel sottoparagrafu tat-taqsima 2.2 tal-Linji Gwida. Konsegwentement, anke jekk il-ġestjoni tal-ekwipaġġ u l-ġestjoni teknika tal-bastimenti ma jsirux it-tnejn fit-territorju tal-Komunità/taż-ŻEE, il-Kummissjoni tista' taċċetta li l-interess komuni huwa mħares jekk il-bastiment ikkonċernat ikollu bandiera tal-Komunità/taż-ŻEE. |
(23) |
Bħala konsegwenza t’hekk, il-Kummissjoni taħseb li l-għanijiet ta’ hawn fuq se jiġu ssodisfati jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(24) |
Jekk dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, jintlaħqu l-għanijiet tal-Linji Gwida msemmijin hawn fuq. |
(25) |
Skont il-każistika reċenti (14), l-emenda notifikata tista’ tiġi awtorizzata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007 (id-data tan-notifika) sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni retroattiva tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-emenda notifikata għall-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ N 504/02, inizjalment approvata mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Diċembru 2002, hija kompatibbli mas-suq komuni li huwa soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.
Tista’ tiġi applikata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 2
Għandu jkun hemm proporzjon minimu ta’ 10:1 bejn il-bastimenti mikrija bl-ekwipaġġ b’kollox u l-bastimenti tal-kumpanija stess imħaddma minn kull kumpanija tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.
Kull wieħed mill-bastimenti mikri bl-ekwipaġġ b’kollox li jitħaddem minn kumpanija partikulari tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għandu jissodisfa mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-bastiment mikri bl-ekwipaġġ b’kollox irid ikun reġistrat f’reġistru marittimu Komunitarju jew taż-ŻEE; |
(b) |
il-ġestjoni tal-ekwipaġġ u l-ġestjoni teknika tal-bastiment mikri bl-ekwipaġġ b’kollox iridu jkunu jsiru fit-territorju tal-Komunità jew taż-ŻEE. |
Artikolu 3
Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, l-Irlanda għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex tikkonforma magħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.
Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU C 117, 14.5.2008, p. 32.
(2) Id-Deċiżjoni Nru C(2002) 4371 finali.
(3) SG(2008)D/200091.
(4) ĠU C 117, 14.5.2008, p. 32.
(5) Il-punti 3 sa 6 tad-Deċiżjoni C(2002) 4371 finali.
(6) Il-punt 26 tad-Deċiżjoni C(2002) 4371 finali.
(8) Il-punt 3.1 tal-Linji Gwida: It-trattament fiskali tal-kumpaniji li huma s-sidien tal-bastimenti.
(9) Ara n-nota 2 ta’ din id-Deċiżjoni.
(10) Is-seba’ sottoparagrafu tal-punt 3.1, tal-Linji Gwida.
(11) Ara perżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 20/03, disponibbli fl-indirizz tal-internet li ġej: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2003:145:0004:0047:EN:PDF u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 572/02, disponibbli bil-lingwa uffiċjali fl-indirizz tal-internet li ġej: http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/transports-2002/n572-02.pdf
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2002 (għajnuna mill-Istat Nru 563/01), disponibbli bil-lingwa uffiċjali fl-indirizz tal-internet li ġej: http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/transports-2001/n563-01.pdf
(13) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 58/08, li għadha ma ġietx ippubblikata.
(14) Ara s-sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża C-384/07 Wienstrom GmbH vs. Bundesminister für Wirtschaft und Arbeit, li għadu ma ġiex irrapurtat, u b’mod partikolari l-paragrafu 26: “Meta proġett jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni b’mod regolari u ma jkunx daħal fis-seħħ qabel din id-deċiżjoni, dan jista’ jiġi implementat mid-data ta’ din id-deċiżjoni, inkluż, jekk ikun il-każ, għal perijodu preċedenti kopert mill-miżura ddikjarata bħala kompatibbli.”