This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0349
Council Decision of 27 April 2009 implementing Common Position 2008/369/CFSP concerning restrictive measures against the Democratic Republic of the Congo
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ April 2009 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ April 2009 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
ĠU L 106, 28.4.2009, p. 60–70
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0788
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008E0369 | Sostituzzjoni | anness | 27/04/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32009D0349R(01) | (RO) | |||
Implicitly repealed by | 32010D0788 | 20/12/2010 |
28.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/60 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ April 2009
li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(2009/349/PESK)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Waqt li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK tal-14 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien mal-Artikolu 23(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fit-31 ta’ Marzu 2008 tar-Riżoluzzjoni 1807 (2008) (UNSCR 1807 (2008)), il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK tal-14 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo. |
(2) |
Fit-3 ta’ Marzu 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR 1533 (2004)) emenda l-lista ta’ persuni u entitajiet li huma suġġetti għall-miżuri restrittivi. |
(3) |
IIl-listi ta’ persuni u entitajiet li huma suġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness mal-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK għandhom jiġu sostitwiti kif meħtieġ. Il-listi għandhom jiġu emendati wkoll biex jinkludu informazzjoni addizzjonali għal ċerti persuni u entitajiet u biex jitneħħa individwu wieħed kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-listi ta’ persuni u entitajiet stabbiliti fl-Anness mal-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK huma b’dan sostitwiti bil-listi stabbiliti fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ April 2009
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
(1) ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.
ANNESS
“a) Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5
|
Kunjom |
Isem |
Psewdonimu |
Sess |
Titolu, funzjoni |
Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż) |
Data tat-twelid |
Post tat-twelid (belt, pajjiż) |
Numru tal-passaport jew ID (inkluż il-pajjiż fejn inħarġu u d-data u l-post tal-ħruġ) |
Ċittadinanza |
Data tan-nomina |
Informazzjoni oħra |
1. |
BWAMBALE |
Frank Kakolele |
Frank Kakorere, Frank Kakorere Bwambale |
M |
|
|
|
|
|
|
1.11.2005 |
Il-Mexxej RDK-ML ta’ qabel, eżerċita influwenza fuq linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RDK-ML, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), kien responsabbli għat-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Telaq mis-CNDP f’Jannar 2008. Residenti f’Kinshasa minn Diċembru 2008. |
2. |
KAKWAVU BUKANDE |
Jérôme |
Jérôme Kakwavu |
M |
|
|
|
|
|
Kongoliża |
1.11.2005 |
Magħruf bħala: ‘Kmandant Jérôme’. Qabel kien President tal-UCD/FAPC. Kontroll tal-FAPC ta’ okkupazzjonijet illegali fuq il-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK - rotta ta’ transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa jeżerċita influwenza fuq linji politiċi u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitatjiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentament, fi ksur tal-embargo tal-armi. Mogħti l-kariga ta’ Ġeneral fl-FARDC f’Diċembru 2004. Minn Diċembru 2008, jibqa’ fl-FARDC, ibbażat f’Kinshasa. |
3. |
KATANGA |
Germain |
|
M |
|
|
|
|
|
Kongoliża |
1.11.2005 |
Kap tal-FRPI. Maħtur Ġeneral fl-FARDC f’Diċembru 2004. Involut fi trasferimenti ta’ armamenti, fi ksur tal-embargo tal-armi. Taħt arrest domiċiljari f’Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FRPI f’abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta’ Ottubru 2007. |
4. |
LUBANGA |
Thomas |
|
M |
|
|
|
Ituri |
|
Kongoliża |
1.11.2005 |
President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat f’Kinshasa f’Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur abbużiv tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit lill-QKI mill-awtoritajiet Kongoliżi fis-17 ta’ Marzu 2006. Minn Diċembru 2008 qed jiġi pproċessat għal delitti tal-gwerra. |
5. |
MANDRO |
Khawa Panga |
Kawa Panga, Kawa Panga Mandro, Kawa Mandro, Yves Andoul Karim, Mandro Panga Kahwa, Yves Khawa Panga Mandro |
M |
|
|
20.8.1973 |
Bunja |
|
Kongoliża |
1.11.2005 |
Magħruf bħala: ‘Kap Kahwa’, ‘Kawa’. Eks-President tal-PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fi traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Fil-ħabs f’Bunja mill-04/05 minħabba s-sabotaġġ tal-proċess ta’ paċi ta’ Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f’Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f’Kisangani, sussegwentement trasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f’Kinshasa fuq akkużi ġodda ta’ delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, omiċidju, attakk aggravat u swat |
6. |
MBARUSHIMANA |
Callixte |
|
M |
|
|
24.7.1963 |
Ndusu/Ruhengeri Provinċja tat-Tramuntana, Rwanda |
|
Rwandiża |
3.3.2009 |
Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR. Mexxejj Politiku/Militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, skont riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Pariġi jew Thaïs, Franza. |
7. |
MPAMO |
Iruta Douglas |
Mpano, Douglas Iruta Mpamo |
M |
|
Bld Kanyamuhanga 52, Goma |
28.12.1965/ 29.12.1965 |
Bashali, Masisi / Goma, DRC |
|
Kongoliża |
1.11.2005 |
Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħhom intużaw biex jipprovdu għajnuna lill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi ta’ informazzjoni taħt forma oħra fuq titjiriet u f’merkanziji apparentament biex jippermetti l-ksur tal-embargo tal-armi. Ibbażat f’Goma u Gisenyi, Rwanda. Spiss jaqsam il-fruntiera bejn ir-Rwanda u l-Kongo. |
8. |
MUDACUMURA |
Sylvestre |
|
M |
|
|
|
|
|
Rwandiża |
1.11.2005 |
Magħruf bħala: ‘Radja’, ‘Mupenzi Bernard’, ‘General Major Mupenzi’. President tal-FDLR, jeżerċeta influwenza fuq linji politiċi u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Minn Diċembru 2008, għadu jservi bħala kmandant militari tal-FDLR-FOCA Ibbażat f’Kibua, territorju Masisi, RDK. |
9. |
MUJYAMBERE |
Leopold |
Musenyeri, Achille, Frere Petrus Ibrahim |
M |
|
|
17.3.1962, Est. 1966 |
Kigali, Rwanda |
|
Rwandiża |
3.3.2009 |
Kurunell. Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA/il-Brigati ta’ Riżerva (fergħa armata tal-FDLR). Mexxejj militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżel fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien f’nofs jew tard fl-età ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta b’qawwa żgħażagħ tal-età ta’ 10 snin u iżjed. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u t-tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Mwenga, Kivu tan-Nofs-in-nhar, RDK. |
10. |
MURWANASHYAKA |
Dr. Ignace |
Ignace |
M |
|
|
14.5.1963 |
Butera (Rwanda) / Ngoma, Butare (Rwanda) |
|
Rwandiża |
1.11.2005 |
President tal-FDLR, jeżerċeta influwenza fuq linji politiċi u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Residenti fil-Ġermanja. Minn Diċembru 2008, għadu rikonoxxut bħala l-President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA. |
11. |
MUSONI |
Straton |
IO Musoni |
M |
|
|
06.04.1961 (possibbilment 04.06.1961) |
Mugambazi, Kigali, Rwanda |
|
Passaport tar-Rwanda li skada fl-10.09.2004 |
29.3.2007 |
Permezz tat-tmexxija tiegħu tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK, Musoni qiegħed ixekkel id-diżarm u r-ripatrijazzjoni jew is-sistemazzjoni mill-ġdid volontarji ta’ ġellieda li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1649 (2005). Residenti f’Neuffen, il-Ġermanja. Minn Diċembru 2008, għadu rikonoxxut bħala l-Viċi-President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA. |
12. |
MUTEBUTSI |
Jules |
Jules Mutebusi, Jules Mutebuzi Kurunell Mutebutsi |
M |
|
|
|
Kivu tan-Nofs-in-nhar |
|
Kongoliża (Kivu tan-Nofs-in-nhar) |
1/11/2005 |
Magħruf bħala: ‘Kurunell Mutebutsi’. Qabel kien Deputat Kmandant Reġjonali tal-Militari tal-Għaxar MR f’April 2004, kien imkeċċi minħabba nuqqas ta’ dixxiplina u ngħaqad ma’ elementi oħra tar-rinnegat ta’ dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta’ Bukavu bil-forza f’Mejju 04. Akkużat bir-riċeviment ta’ armamenti barra l-istrutturi tal-FARDC u l-proviżjon ta’ forniment lil gruppi armati u milizzji msemmija f’paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi f’Diembru 2007 meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Jingġad li attwalment jinsab ‘imrażżan’. |
13. |
NGUDJOLO |
Matthieu Cui |
Cui Ngudjolo |
M |
|
|
|
|
|
|
1.11.2005 |
‘Kurunell’ jew ‘Ġeneral’. Kap tal-personal tal-FNI u qabel kien Kap tal-persunal tal-FRPI, eżerċita influwenza fuq linji ta’ politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat minn MONUC f’Bunja f’Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta’ Frar 2008. |
14. |
NJABU |
Floribert Ngabu |
Floribert Njabu, Floribert Ndjabu, Floribert Ngabu Ndjabu |
M |
|
|
|
|
|
|
1.11.2005 |
President tal-FNI, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat u miżmum taħt arrest domiċiljari f’Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f’abbużi tad-drittijiet umani. |
15. |
NKUNDA |
Laurent |
Laurent Nkunda Bwatare, Laurent Nkundabatware, Laurent Nkunda Mahoro Batware, Laurant Nkunda Batware |
M |
|
|
6.2.1967/ 2.2.1967 |
Kivu tat-Tramuntana/Rutshuru |
|
Kongoliża |
1.11.2005 |
Magħruf bħala ‘Chairman’ u ‘Papa Six’ u ‘General Nkunda’. Qabel kien Ġeneral tal-RCD-G. Ngħaqad ngħaqad ma’ elementi oħra tar-rinnegat ta’ dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta’ Bukavu fl-04 ta’ Mejju bil-forza. Irċieva armamenti barra l-FARDC bi ksur tal-embargo tal-armi. Irċieva armamenti barra l-FARDC fi ksur tal-embargo tal-armi. Fundatur, National Congress for the People’s Defense, 2006; Uffiċjal Anzjan, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998-2006;Officer Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Residenti f’Tebero u Kitchanga, territorju Masisi. Minn Diċembru 2008, kmandant tas-CNDP f’Kivu tat-Tramuntana. |
16. |
NTAWUNGUKA |
Pacifique |
Kurunell Omega, Nzeri, Israel, Pacifique Ntawungula |
M |
|
|
1.1.1964, Est. 1964 |
Gaseke, Provinċja ta’ Gisenyi, Rwanda |
|
Rwandiża |
3.3.2009 |
Kurunell. Kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxejj militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżel fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien f’nofs jew tard fl-età ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta b’qawwa żgħażagħ mill-età ta’ 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u t-tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, skont ir-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Peti, il-fruntiera Walikale-Masisis, RDK. Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu; |
17. |
NYAKUNI |
James |
|
M |
|
|
|
|
|
Ugandaniża |
1.11.2005 |
Sħab fil-kummerċ mal-‘Kmandant Jerome’, b’mod partikolari f’kuntrabandu fil-fruntiera RDK/Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta’ armamenti u materjal militari fi trakkijiet mhux imfittxija. Ksur tal-embargo tal-armi u forniment ta’ għajnuna lil gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż.1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom li joperaw b’mod militari. |
18. |
NZEYIMANA |
Stanislas |
Deogratias Bigaruka Izabayo, Bigaruka, Bigurura, Izabayo Deo |
M |
|
|
1.1.1966; Est. 1967; Alt. 28.8.1966 |
Mugusa (Butare), Rwanda |
|
Rwandiża |
3.3.2009 |
Brigadier Ġenerali. Deputat Kmandant tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxejj militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżel fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien f’nofs jew tard fl-età ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta b’qawwa żgħażagħ tal-età ta’ 10 snin u iżjed. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u t-tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Kalonge, Masisi, Kivu tat-Tramuntana, RDK jew Kibua, RDK |
19. |
OZIA MAZIO |
Dieudonné |
Ozia Mazio |
M |
|
|
6.6.1949 |
Ariwara, DRC |
|
Kongoliża |
1.11.2005 |
Magħruf bħala: ‘Omari’, ‘Mr Omari’. President tal-FEC fit-territorju ta’ Aru. Pjanijiet finanzjarji mal-Kmandant Jerome u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera RDK/Uganda, li ppermetta d-dispożizzjoni ta’ fornimenti u flus kontanti għall-’Kmandant Jerome’ u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo tal-armi, inkluż il-forniment ta’ għajnuna lil gruppi armati u milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003). Miet f’Ariwara fit-23 Settembru 2008. |
20. |
TAGANDA |
Bosco |
Bosco Ntaganda, Bosco Ntagenda, Ġeneral Taganda |
M |
|
|
|
|
|
Kongoliża |
1.11.2005 |
Magħruf bħala: ‘Terminator’, ‘Maġġur’. Kmandant militari tal-UPC/L, li jeżerċita influwenza fuq linji politiċi u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Huwa kien maħtur Ġeneral tal-FARDC f’Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa’ barra l-FARDC. Minn Diċembru 2008, kap tal-personal tas-CNDP. Ibbażat f’Bunagana u Rutshuru. |
b) Lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4, u 5
|
Isem |
Psewdonimu |
Indirizz (Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż) |
Post tat-twelid (belt, pajjiż) |
Data tar-reġistrazzjoni |
Numru tar-reġistrazzjoni |
Post prinċipali tan-negozju |
Data tan-nomina |
Informazzjoni oħra |
21. |
BUTEMBO AIRLINES (BAL) |
|
|
Butembo, RDK |
|
|
|
29.3.2007 |
Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Kisoni Kambale (miet fil-5 ta’ Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta’ April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadhiex iżżomm liċenzja tat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru fir-RDK. |
22. |
CONGOCOM TRADING HOUSE |
|
|
Butembo, RDK (Tel: +253 (0) 99 983 784 |
|
|
|
29.3.2007 |
Kumpannija tan-negozju fid-deheb f’Butembo. CONGOCOM kienet proprjetà ta’ Kisoni Kambale (miet fil-5 ta’ Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta’ April 2008). Kisoni kiseb kważi d-deheb kollu li jiġi prodott fid-distrett ta’ Mongbwalu, li huwa kkontrollat mill-FNI. L-FNI jikseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
23. |
COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL), GREAT LAKES BUSINESS |
|
CAGL, Avenue Président Mobutu, Goma, RDK (CAGL għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, Rwanda); GLBC, PO Box 315, Goma, RDK (GLBC għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, Rwanda); |
|
|
|
|
29.3.2007 |
CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta’ Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà suġġett għal sanzjonijiet taħt ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta’ armi u munizzjon bi ksur tar-Riżoluzzjoni tal-embargo tal-armi 1493 (2003) u 1596 (2005). Minn Diċembru 2008, GLBC ma għadx kellha inġenji tal-ajru operazzjonali, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU. |
24. |
MACHANGA LTD |
|
Kampala, Uganda |
|
|
|
|
29.3.2007 |
Kumpannija tal-esportazzjoni tad-deheb (Diretturi: Is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Is-Sur Rajua) MACHANGA xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
25. |
TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPMENT (NGO) |
TPD |
Goma, Kivu tat-Tramuntana |
|
|
|
|
1.11.2005 |
Implikata fil-ksur tal-embargo tal-armi, billi pprovdiet għajnuna lill-RCD-G, b’mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport ta’ armi u truppi, u anke billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni, lil partijiet tal-popolazzjoni f’Masisi u Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, fil-bidu tal-2005. Minn Diċembru 2008, TPD kienet għadha teżisti u kellha uffiċċji f’diversi bliet fit-territorji Masisi u Rutshuru, iżda l-attivitajiet tagħha kienu kważi waqfu. |
26. |
UGANDA COMMERCIAL IMPEC (UCI) LTD |
|
Kajoka Street, Kisemente Kampala, Uganda (Tel: +256 41 533 578/9); indirizz alternattiv: PO Box 22709, Kampala, Uganda |
|
|
|
|
29.3.2007 |
Kumpannija tal-esportazzjoni tad-deheb f’Kampala. (Diretturi Is-Sur Kunal LODHIA u s-Sur J.V. LODHIA). UCI xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005).” |