Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0307

    2009/307/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta' Marzu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali fir-rigward tal-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank

    ĠU L 90, 2.4.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/307/oj

    2.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 90/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-30 ta' Marzu 2009

    li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali fir-rigward tal-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank

    (2009/307/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1. tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2009/3 tas-16 ta' Frar 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra tal-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank (1),

    Billi:

    (1)

    Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti maħtura fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tad-Deutsche Bundesbank ser jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2008. Hu għalhekk meħtieġ li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2009.

    (3)

    Id-Deutsche Bundesbank għażel lil Ernst & Young AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji 2009 sa 2014.

    (4)

    Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE irrakkomanda li Ernst & Young AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awditur estern tad-Deutsche Bundesbank għas-snin finanzjarji 2009 sa 2014.

    (5)

    Huwa xieraq li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Ernst & Young AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft huwa hawnhekk approvat bħala l-awditur estern tad-Deutsche Bundesbank għas-snin finanzjarji 2009 sa 2014.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun notifikata lill-BĊE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Marzu 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. BENDL


    (1)  ĠU C 43, 21.2.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.


    Top