Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0062

    2009/62/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta' Jannar 2009 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/583/KE

    ĠU L 23, 27.1.2009, p. 25–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/06/2009; Imħassar b' 32009R0501

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/62(1)/oj

    27.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 23/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-26 ta' Jannar 2009

    li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/583/KE

    (2009/62/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta’ Lulju 2008 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2008/583/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), li tistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament.

    (2)

    Il-Kunsill ipprovda lil kull persuna, kull grupp u kull entità li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b’dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet fejn fisser għaliex huma kienu elenkati fil-lista li tinsab fid-Deċiżjoni 2008/583/KE. Fil-każ ta’ persuna waħda, kienet ippreżentata dikjarazzjoni ta’ raġunijiet immodifikata f’Ottubru 2008.

    (3)

    B’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), il-Kunsill informa lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet elenkati fid-Deċiżjoni 2008/583/KE li hu ddeċieda li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet ikkonċernati li kienet possibbli li tintalab dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

    (4)

    Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament. Meta għamel dan, huwa qies l-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk ikkonċernati.

    (5)

    Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-4 ta’ Diċembru 2008 fil-Każ T-284/08, grupp wieħed ma ġiex inkluż fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

    (6)

    Għalhekk il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet l-oħra elenkati fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2008/586/PESK tal-15 ta’ Lulju 2008 li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu (4) kienu involuti f’atti terroristiċi fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (5), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

    (7)

    Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2008/583/KE hija hawnhekk revokata.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Jannar 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. VONDRA


    (1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

    (2)  ĠU L 188, 16.7.2008, p. 21.

    (3)  ĠU C 179, 16.7.2008, p. 1.

    (4)  ĠU L 188, 16.7.2008, p. 71.

    (5)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


    ANNESS

    Lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

    1.   PERSUNI

    1.

    ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-01.02.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”)

    2.

    ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis- 17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    3.

    AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita

    4.

    AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdita); ċittadin ta' Arabja Sawdita

    5.

    AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Arabja Sawdita; ċittadin tal-Arabja Sawdita

    6.

    ARIOUA, Azzedine imwieled fl-20.11.1960 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”)

    7.

    ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.08.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    8.

    ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.05.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    9.

    ASLI, Rabah imwieled fit-13.05.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    10.

    ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu

    11.

    BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.03.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    12.

    DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-01.02.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    13.

    DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-01.06.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    14.

    EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.08.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    15.

    EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il- 11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita

    16.

    FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.09.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”)

    17.

    IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

    18.

    LASSASSI, Saber (magħruf ukoll bħala Mimiche) imwieled fit-30.11.1970 f’Konstantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    19.

    MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

    20.

    MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    21.

    NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    22.

    RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.09.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    23.

    SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.06.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    24.

    SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.06.1974 f’Alġeri (l- Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir”u “al-Hijra”)

    25.

    SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.04.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”)

    26.

    SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-Partit Komunista tal-Filippini inkluż l-NPA) imwieled fit- 8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini

    27.

    TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil- 21.04.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    28.

    WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-06.03.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l- Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

    1.

    L-Organizzazzjoni Abu Nidal (“ANO”), (magħrufa ukoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, il-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l- Iswed”, u l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”)

    2.

    “Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”

    3.

    “Al-Aqsa e.V.”

    4.

    “Al-Takfir” u “Al-Hijra”

    5.

    “Aum Shinrikyo” (magħruf ukoll bħala “AUM”, magħruf ukoll bħala “Aum Verita Suprema,” magħruf ukoll bħala “Aleph”)

    6.

    “Babbar Khalsa”

    7.

    Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż “l-Armata l-Ġdida tal-Poplu” - “NPA”, il-Filippini, marbuta ma’ SISON Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-“Partit Komunista tal-Filippini”inkluża l-“NPA”)

    8.

    “Gama'a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya” - “IG”) “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi”“IBDA-C”(Il-Front Kbir Islamiku tal- Ġellieda tal-Lvant)

    9.

    “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” – “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front”)

    10.

    “Hamas” (inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”)

    11.

    “Hizbul Mujahideen ”(“HM”)

    12.

    “Hofstadgroep”

    13.

    Il-“Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp”

    14.

    Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” (“ISYF”)

    15.

    “Kahane Chai” (“Kach”)

    16.

    Il-“Forza Khalisan Zindabad” (“KZF”)

    17.

    Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” (“PKK”), (magħruf ukoll bħala “KADEK”; magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”)

    18.

    “Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam” (“LTTE”)

    19.

    L-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” (“Ejército de Liberación Nacional”)

    20.

    Il-“Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PLF”)

    21.

    Il-“Jihad Islamika Palestinjana” (“PIJ”)

    22.

    Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PFLP”)

    23.

    Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP – Kmand Ġenerali”)

    24.

    “Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia”“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja” (“FARC”)

    25.

    “Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi”“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu” (“DHKP/C”), (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), “Dev Sol”)

    26.

    It-“Triq li Tiddi” (SL) (“Sendero Luminoso”)

    27.

    “Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”)

    28.

    “TAK” - “Teyrbazen Azadiya Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”

    29.

    Il-“Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja” (“AUC”) (“Autodefensas Unidas de Colombia”)


    Top