Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1051

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1051/2008 ta’ l- 24 ta' Ottubru 2008 li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar il-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa

    ĠU L 282, 25.10.2008, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/08/2012; Imħassar b' 32012R0529 Ara 22012X0821(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1051/oj

    25.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 282/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1051/2008

    ta’ l-24 ta' Ottubru 2008

    li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar il-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa ffirmaw ftehim dwar kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar fis-26 ta’ Ottubru 2007 (2) (“il-Ftehim”).

    (2)

    L-Artikolu 3(3) tal-Ftehim jistipula li kwantitajiet mhux użati f’sena speċifika jistgħu jintużaw għas-sena ta’ wara sa massimu ta’ 7 % tal-limitu rilevanti kwantitattiv imsemmi fl-Anness II tal-Ftehim.

    (3)

    Skond l-Artikolu 3(4) tal-Ftehim, jistgħu jsiru trasferimenti bejn gruppi ta’ prodotti sa 7 % tal-limitu kwantitattiv ta’ grupp ta’ prodott speċifiku u trasferimenti bejn kategoriji ta’ prodott jistgħu jsiru sa massimu ta’ 25 000 tunnellata.

    (4)

    Ir-Russja għarrfet lill-Komunità bl-intenzjoni tagħha li tuża d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(3) u (4) fil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-Ftehim. B’riżultat tat-talba Russa, huwa xieraq li jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-limiti kwantitattivi għas-sena 2008.

    (5)

    L-Artikolu 10 jistipula li ma’ kull tiġdid fis-sena, il-kwantitajiet f’kull grupp ta’ prodott għandhom jiżdiedu b’2,5 %.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2007 għandu jkun emendat kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2008 imsemmija fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1342/2007 jinbidlu ma’ dawk imsemmija fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2009 li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim tal-2007 bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar huma stipulati fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2008

    Għall-Kummissjoni

    Catherine ASHTON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 300, 17.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 300, 17.11.2007, p. 52.


    ANNESS I

    LIMITI KWANTITATTIVI GĦALL-2008

    (tunnellati)

    Prodotti

    2008

    SA. Prodotti ċatti

    SA1. Kolji

    1 113 993

    SA2. Pjanċa tqila

    308 907

    SA3. Prodotti ċatti oħrajn

    600 454

    SA4. Prodotti llegati

    104 290

    SA5. Folji quarto llegati

    27 932

    SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin

    109 650

    SB. Prodotti twal

    SB1. Travi

    58 906

    SB2. Vireg tal-wajer

    329 010

    SB3. Prodotti oħra twal

    529 434

    Nota

    :

    SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti.

    SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti.


    ANNESS II

    LIMITI KWANTITATTIVI GĦALL-2009

    (tunnellati)

    Prodotti

    2009

    SA. Prodotti ċatti

    SA1. Kolji

    1 060 875

    SA2. Pjanċa tqila

    281 875

    SA3. Prodotti ċatti oħrajn

    609 875

    SA4. Prodotti llegati

    107 625

    SA5. Folji quarto llegati

    25 625

    SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin

    112 750

    SB. Prodotti twal

    SB1. Travi

    56 375

    SB2. Vireg tal-wajer

    332 100

    SB3. Prodotti oħra twal

    519 675

    Nota

    :

    SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti.

    SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti.


    Top