This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0670
Commission Regulation (EC) No 670/2008 of 15 July 2008 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas (PGI))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 670/2008 tal- 15 ta' Lulju 2008 li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas (IĠP))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 670/2008 tal- 15 ta' Lulju 2008 li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas (IĠP))
ĠU L 188, 16.7.2008, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
16.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 670/2008
tal-15 ta' Lulju 2008
li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità ma’ l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Portugall għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas” kienet ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba lill-Kummisjsoni ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għaldaqstant għandha tiġi rreġistrata. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).
(2) ĠU C 258, 31.10.2007, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. |
Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati |
IL-PORTUGALL
Arroz Carolino das Lezírias Ribatejanas (IĠP).