This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0523
Commission Regulation (EC) No 523/2008 of 11 June 2008 amending Annexes VIII, X and XI to Regulation (EC) No 1774/2002 of the European Parliament and of the Council as regards the import of blood products for the manufacture of technical products (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 523/2008 tal- 11 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Annessi VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' prodotti ta' demm għall-manifattura ta' prodotti tekniċi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 523/2008 tal- 11 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Annessi VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' prodotti ta' demm għall-manifattura ta' prodotti tekniċi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 153, 12.6.2008, p. 23–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Impliċitament imħassar minn 32009R1069
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R1774 | Emenda | anness 10 | 15/06/2008 | |
Modifies | 32002R1774 | Emenda | anness 11 | 15/06/2008 | |
Modifies | 32002R1774 | Emenda | anness 8 | 15/06/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32009R1069 | 04/03/2011 |
12.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 153/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 523/2008
tal-11 ta’ Ġunju 2008
li jemenda l-Annessi VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' prodotti ta' demm għall-manifattura ta' prodotti tekniċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4), it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 28, l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 32(1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2004 jistabbilixxi rekwiżiti għas-saħħa ta' l-annimali u l-pubbliku għall-importazzjoni u l-ġarr fil-Komunità ta' prodotti ta' demm maħsuba għal finijiet tekniċi, inklużi mudelli ta' ċertifikati sanitarji għall-importazzjoni u lista ta' pajjiżi li minnhom l-importazzjonijiet huma awtorizzati. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprevedi li prodotti sekondarji mill-annimali li ttieħdu minn annimali ttrattati b'ċerti sustanzi projbiti skond id-Direttiva 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni ta' l-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta' beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE jistgħu jiġu biss importati fil-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (2) jew skond regoli speċifiċi li għandhom jiġi stabbiliti. |
(3) |
Il-possibbiltà li jiġu importati prodotti ta' demm ta' din ix-xorta hi vitali għall-industrija bijoteknika għall-manifattura ta' diversi prodotti tekniċi użati prinċipalment mis-settur farmaċewtiku u dak tar-riċerka. Billi dawn il-prodotti mhumiex maħsubin la għal konsum mill-bniedem langas mill-annimali u billi waqt l-ipproċessar u l-użu tekniku tagħhom huma ma jikkostitwixxu ebda riskju għas-saħħa ta' l-annimali u tal-bniedem minħabba li jittieħdu minn annimali ttrattati b'ċerti sustanzi pprojbiti skond id-Direttiva 96/22/KE, hu adatt li jitħallew l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti ta' demm ta' din ix-xorta. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprevedi li l-prodotti ta' demm użati għall-manifattura ta' prodotti tekniċi għandhom jiġu ttrattati b'mod speċifiku jew li l-pajjiż jew ir-reġjun ta' oriġini tal-prodotti għandhom ikunu ħielsa minn ċertu mard mingħajr tilqim. Madankollu, diversi pajjiżi jew ċerti reġjuni huma eliġibbli li jqassmu fil-Komunità laħam frisk ta' annimali li jixtarru minħabba li bit-tilqim huma ħielsa mill-mard ta' l-ilsien u d-dwiefer, bil-kundizzjoni li jiġi limitat it-tixrid possibbli tal-virus. Bl-istess mod, hu xieraq li jitħallew importazzjonijiet ta' prodotti ta' demm mhux ittrattat ta' annimali li jixtarru minn tali pajjiżi jew reġjuni, bil-kundizzjoni li dawn il-prodotti jintbagħtu fid-destinazzjoni tagħhom f'kundizzjonijiet sikuri biex hemm jitkomplilhom l-ipproċessar. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprevedi wkoll, f'każ ta' prodotti ta' demm minn annimali li jixtarru li r-reġjun ta' oriġini għandu jkun eliġibbli għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin ta' l-istess speċi fil-Komunità. Skond l-istandards internazzjonali, il-probabilità li prodotti ta' demm jittrasmettu l-mard preokkupanti hi anqas minn dik ta' annimali ħajjin. Għalhekk hu xieraq li titneħħa din il-kundizzjoni mir-rekwiżiti rilevanti. |
(6) |
Il-Parti VI(A) ta' l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tippreżenta lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta' prodotti ta' demm intenzjonati għall-finijiet tekniċi. Dawn il-listi attwalment huma limitati għal pajjiżi li minnhom l-importazzjoni tal-kategoriji kollha ta' laħam frisk għal konsum mill-bniedem ta' l-ispeċi rispettiva hu awtorizzat. |
(7) |
Billi r-rekwiżiti applikabbli jippermettu t-trattament tal-prodotti ta' demm, dawn il-listi għandhom jiġu estiżi wkoll għal pajjiżi li mhumiex awtorizzati li jesportaw laħam frisk ta' l-ispeċi rispettiva fil-Komunità iżda li huma kapaċi jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-trattament. Madankollu, għal skopijiet ta' kjarezza, ċertifikati sanitarji separati għandhom jingħataw għal prodotti ta' demm ittrattati u dawk mhux ittrattati. |
(8) |
Hu xieraq li jiġu aġġornati r-rekwiżiti relatati ma' l-importazzjoni ta' prodotti ta' demm minn tjur ta' l-irziezet u speċijiet oħra ta' għasafar b'mod li ssir referenza għall-istandards internazzjonali stabbiliti mill-Kodiċi Sanitarja għall-Annimali Terrestri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE). |
(9) |
L-Annessi VIII, X u XI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(10) |
Perjodu tranżizzjonali għandu jiġi pprovdut għal wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġi pprovdut iż-żmien meħtieġ lill-partijiet interessati biex jikkonformaw mar-regoli l-ġodda u biex titħalla l-importazzjoni kontinwa fil-Komunità tal-prodotti ta' demm kif attwalment koperti mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kunsinni ta' prodotti ta' demm akkumpanjati b'ċertifikati sanitarji miktubin u ffirmati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu aċċettati għal importazzjoni fil-Komunità sa mhux akter tard mit-12 ta’ Diċembru 2008.
Kunsinni ta' din ix-xorta għandhom jiġu aċċettati sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Frar 2009 jekk iċ-ċertifikati sanitarji li jakkumpanjawhom ikunu nkitbu u ġew iffirmati sa mhux akter tard mit-12 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u japplika fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2008 (ĠU L 132, 22.5.2008, p. 7).
(2) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 17).
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness VIII, il-Kapitolu IV jiġi mibdul b'dan li ġej: “KAPITOLU IV Rekwiżiti għal demm u prodotti ta' demm, minbarra dak ta' l-equidae, għall-manifattura ta' prodotti tekniċi A. Importazzjoni
|
(2) |
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Anness XI, il-Parti VI(A) qed jinbidel b'dan li ġej:
|