Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0422

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 422/2008 ta' l- 14 ta’ Mejju 2008 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn tal- 5 ta’ Mejju u tad- 9 ta’ Mejju 2008 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

    ĠU L 127, 15.5.2008, p. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/422/oj

    15.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 127/9


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 422/2008

    ta' l-14 ta’ Mejju 2008

    li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn tal-5 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Mejju 2008 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-perjodu ta' bejn tal-5 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Mejju 2008 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numru tas-serje 09.4337 (2008-2009).

    (2)

    F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie ffissat intlaħaq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn tal-5 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Mejju 2008, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).

    (3)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 8.


    ANNESS

    Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

    Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2007/08

    In-nru tas-Serje

    Pajjiż

    Ġimgħa ta' bejn 5.5.2008-9.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4331

    Il-Barbados

    100

     

    09.4332

    Il-Beliże

    0

    Intlaħqu

    09.4333

    Il-Kosta ta' l-Ivorju

    100

     

    09.4334

    Ir-Repubblika tal-Kongo

    100

     

    09.4335

    Il-Fiġi

    100

     

    09.4336

    Gujana

    100

     

    09.4337

    L-Indja

    0

    Intlaħqu

    09.4338

    Il-Ġamajka

    100

     

    09.4339

    Il-Kenja

    100

     

    09.4340

    Il-Madagaskar

    100

     

    09.4341

    Il-Malawi

    100

     

    09.4342

    Il-Mawrizju

    100

     

    09.4343

    Il-Możambik

    0

    Intlaħqu

    09.4344

    Saint Kitts u Nevis

     

    09.4345

    Is-Suriname

     

    09.4346

    Is-Sważiland

    100

     

    09.4347

    It-Tanzanija

    100

     

    09.4348

    Trinidad u Tobago

    100

     

    09.4349

    L-Uganda

     

    09.4350

    Iż-Żambja

    100

     

    09.4351

    Iż-Żimbabwe

    100

     


    Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

    Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2008/09

    In-nru tas-Serje

    Pajjiż

    Ġimgħa ta' bejn 5.5.2008-9.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4331

    Il-Barbados

     

    09.4332

    Il-Beliże

    100

     

    09.4333

    Il-Kosta ta' l-Ivorju

     

    09.4334

    Ir-Repubblika tal-Kongo

     

    09.4335

    Il-Fiġi

     

    09.4336

    Gujana

     

    09.4337

    L-Indja

    100

    Intlaħqu

    09.4338

    Il-Ġamajka

     

    09.4339

    Il-Kenja

     

    09.4340

    Il-Madagaskar

     

    09.4341

    Il-Malawi

     

    09.4342

    Il-Mawrizju

     

    09.4343

    Il-Możambik

    100

     

    09.4344

    Saint Kitts u Nevis

     

    09.4345

    Is-Suriname

     

    09.4346

    Is-Sważiland

     

    09.4347

    It-Tanzanija

     

    09.4348

    Trinidad u Tobago

     

    09.4349

    L-Uganda

     

    09.4350

    Iż-Żambja

     

    09.4351

    Iż-Żimbabwe

     


    Zokkor kumplimentari

    Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2007/08

    In-nru tas-Serje

    Pajjiż

    Ġimgħa ta' bejn 5.5.2008-9.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4315

    L-Indja

    100

     

    09.4316

    Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP

    100

     


    Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL

    Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2007/08

    In-nru tas-Serje

    Pajjiż

    Ġimgħa ta' bejn 5.5.2008-9.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4317

    L-Awstralja

    0

    Intlaħqu

    09.4318

    Il-Brażil

    0

    Intlaħqu

    09.4319

    Kuba

    0

    Intlaħqu

    09.4320

    Pajjiżi terzi oħra

    0

    Intlaħqu


    Iz-zokkor tal-Balkani

    It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2007/08

    In-nru tas-Serje

    Pajjiż

    Ġimgħa ta' bejn 5.5.2008-9.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4324

    L-Albanija

    100

     

    09.4325

    Il-Bożnja-Ħerżegovina

    0

    Intlaħqu

    09.4326

    Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo

    100

     

    09.4327

    L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

    100

     

    09.4328

    Il-Kroazja

    100

     


    L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali

    It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2007/08

    In-nru tas-Serje

    Tip

    Ġimgħa ta' bejn 5.5.2008-9.5.2008 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4380

    F'każ eċċezzjonali

     

    09.4390

    Industrijali

     


    L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

    Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006

    Is-sena tas-suq 2007/08

    Ordni Nru

    Tip

    Ġimgħa ta' bejn 5.5.2008-9.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4365

    Il-Bulgarija

    0

    Intlaħqu

    09.4366

    Ir-Rumanija

    100

     


    Top