EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0231

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 231/2008 ta’ l- 14 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-qafas tal-kwota tariffarja Tuneżina

ĠU L 73, 15.3.2008, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/231/oj

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 231/2008

ta’ l-14 ta’ Marzu 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-qafas tal-kwota tariffarja Tuneżina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/822/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproċi u l-emenda għall-Protokolli ta' l-Agrikultura fil-Fethim ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE/Tuneżija (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni ghall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli taћt sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tieghu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1)(2), tal-Protokoll Nru 1 tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (3), jistabbilixxi kwota tariffarja ta' eżenzjoni mid-dazji, għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa' taħt il-kodiċijiet 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u trasportat direttament fil-Komunità, fil-limiti previsti għal kull sena.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 ta' l-20 ta' Diċembru 2006 (4) li jiftaћ u jipprovdi gћall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija jistipula l-limiti mensili gћall-ћruġ tal-liċenzji.

(3)

It-talbiet tressqu quddiem l-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għall-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-kwantità totali li teċċedi l-limitu ta' 4 000 tunnellata stipulat għax-xahar ta' Marzu.

(4)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tistipula ko-effiċjent ta' attribuzzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji pro rata għall-kwantità disponibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-talbiet għall-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa fl-10 u fil-11 ta' Marzu 2008, skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, huma aċċettati sal-limitu ta' 77,057570 % tal-kwantitajiet mitluba. Il-limitu ta' 4 000 tunnellata previst għax-xahar ta' Marzu ntlaħaq.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 92.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. . Ir-Regolament kif l-aћћar emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 1.

(4)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.


Top