This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0209
Commission Regulation (EC) No 209/2008 of 6 March 2008 concerning the authorisation of a new use of Saccharomyces cerevisiae (Biosaf Sc 47) as a feed additive (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008 tas- 6 ta’ Marzu 2008 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għas- Saccharomyces cerevisiae (Biosaf Sc 47) bħala addittiv fl-għalf Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008 tas- 6 ta’ Marzu 2008 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għas- Saccharomyces cerevisiae (Biosaf Sc 47) bħala addittiv fl-għalf Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 63, 7.3.2008, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 22/06/2019; Imħassar b' 32019R0899
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32009R0897 | Emenda | anness | 19/10/2009 | |
Modified by | 32012R1018 | Emenda | anness | 27/11/2012 | |
Repealed by | 32019R0899 | 23/06/2019 |
7.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 63/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 209/2008
tas-6 ta’ Marzu 2008
rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf Sc 47) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kif stipulat fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 kien awtorizzat għall-baqar tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (2), għall-ifrat għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2003 (3), għall-ħnejjes (miftuma) bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (4), għall-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (5), għall-fniek għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 (6), għaż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2007 (7) u għall-mogħoż tal-ħalib u nagħaġ tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 (8), għall-ħrief għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 (9). |
(5) |
Ġiet sottomessa data ġdida bħala appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza fl-Ikel (l-Awtorità) tikkonkludi fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Novembru 2007 li s-sikurezza ta’ Saccharomyces cerevisiae (Biosaf Sc 47) għall-konsumatur, l-utent u l-ambjent diġà kienet stabbilita bl-opinjonijiet preċedenti tagħha (10). Tikkonkludi ulterjorment li l-użu tal-preparazzjoni ma jippreżentax riskju għal din il-kategorija ta’ annimali addizzjonali u li l-użu ta’ din il-preparazzzjoni jista’ jtejjeb il-parametri ta’ rendiment fil-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
L-evalwazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(2) ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12.
(3) ĠU L 46, 20.2.2003, p. 15.
(4) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1980/2005 (ĠU L 318, 6.12.2005, p. 3).
(5) ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1812/2005 (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 18).
(6) ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 496/2007 (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 9).
(9) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28.
(10) Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-Biosaf Sc 47 (Saccharomyces cerevisiae) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin. Il-Ġurnal EFSA (2007) 585, 1-9.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni ta' l-addittiv |
Isem id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta' umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana. |
|||||||||||||||
4b1702 |
Société Industrielle Lesaffre |
Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 (Biosaf Sc 47) |
|
Ħnieżer għat-tismin |
— |
1,25 × 109 |
1,00 × 1010 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting. |
27 ta’ Marzu 2018 |
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives