Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0011

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 11/2008 tat- 8 ta’ Jannar 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) fuq it-trażmissjoni tas-serji kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid

    ĠU L 5, 9.1.2008, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/11/oj

    9.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 5/13


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 11/2008

    tat-8 ta’ Jannar 2008

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) fuq it-trażmissjoni tas-serji kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (1), u partikolarment l-Artikolu 5(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jikkostitwixxi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali ta’ l-UE sabiex tkun tista’ tinġabar, tiġi kkompilata u distribwita statistika reġjonali armonizzata fil-Komunità.

    (2)

    L-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jipprovdi li meta ssir emenda lill-klassifikazzjoni NUTS, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni s-serji kronoloġiċi għall-klassifikazzjoni reġjonali l-ġdida biex jibdlu d-data mibgħuta diġà. Il-lista ta’ serji kronoloġiċi u t-tul tagħhom għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni hija u tqis il-fattibilità tal-provvista tagħhom. Dawn is-serji kronoloġiċi għandhom jiġu pprovduti fi żmien sentejn mill-emenda għall-klassifikazzjoni NUTS.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 1888/2005 (2) minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea u bir-Regolament (KE) Nru 105/2007.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ Statistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (3),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni s-serji kronoloġiċi għall-klassifikazzjoni reġjonali l-ġdida skond il-lista speċifikata fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Jannar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquín ALMUNIA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2007 (ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1).

    (2)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 1.

    (3)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


    ANNESS

    Is-sena tal-bidu rikjesta skond il-qasam ta’ l-istatistika

    Qasam

    NUTS livell 2

    NUTS livell 3

    Agrikoltura

    2007

     

    Demografija

    1990

    1990

    Il-kontijiet Reġjonali

    1999

    1999

    Kontijiet domestiċi

    1999

     

    Edukazzjoni

    2007

     

    Saħħa - kawżi ta’ mewt

    1994

     

    Saħħa - Infrastruttura

    2000

     

    Stħarriġ tal-Forza tax-Xogħol

    2000

     

    Impjiegi, Qgħad

     

    2000

    Riċerka u Żvilupp

    2003

     

    Stħarriġ Strutturali tan-Negozju

    2007

     

    Turiżmu

    2000

    2005

    Trasport bit-triq

     

    2007

    Trasport - ferrovija

    2005

     

    Trasport bil-kanali interni

    2007

     

    Ambjent - statistika ta’ l-iskart

    2004

     

    Ambjent - oħrajn

    2003

     


    Top