This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0949
2008/949/EC: Commission Decision of 6 November 2008 adopting a multiannual Community programme pursuant to Council Regulation (EC) No 199/2008 establishing a Community framework for the collection, management and use of data in the fisheries sector and support for scientific advice regarding the common fisheries policy
2008/949/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' Novembru 2008 li tadotta programm Komunitarju multiannwali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd
2008/949/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' Novembru 2008 li tadotta programm Komunitarju multiannwali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd
ĠU L 346, 23.12.2008, p. 37–88
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010; Imħassar b' 32010D0093
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32010D0093 |
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 346/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' Novembru 2008
li tadotta programm Komunitarju multiannwali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd
(2008/949/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta' Frar 2008 dwar it-twaqqif ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta fis-settur tas-sajd u bħala għajnuna għal konsulenza xjentifika dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 jistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta li bil-għan li jsawwar bażi soda għal analiżi xjentifika tas-sajd u biex jipprovdi għall-formulazzjoni ta' parir xjentifiku siewi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (minn hawn 'il quddiem “PKS”). |
(2) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali multiannwali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta skont il-programm Komunitarju multiannwali. |
(3) |
Għalhekk huwa meħtieġ li jitwaqqaf programm Komunitarju multiannwali li jkun ikopri l-ġbir ta' informazzjoni neċessarja biex tkun ta' għajnuna għal analiżi xjentifika meħtieġa għall-qafas tas-PKS u għall-ġestjoni u l-użu ta' din l-informazzjoni. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
Il-programm Komunitarju multiannwali msemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008 huwa definit fl-Anness.
Magħmul fi Brussell, 6 ta' Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
PROGRAMM KOMUNITARJU MULTIANNWALI
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
(1) |
Għall-finijiet ta' dan il-Programm Komunitarju għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) Bastimenti attivi: bastimenti li jkun wettaq xi operazzjoni tas-sajd matul is-sena kalendarja (aktar minn 0 jiem). Bastiment li ma jkubx wettaq attivitajiet tas-sajd matul sena jitqies mhux attiv. (b) Kampjunar konkurrenti: it-teħid simultanju ta' kampjuni tal-ispeċijiet kollha jew ta' ġabra predeterminata ta' speċijiet fil-qabdiet ta' bastiment jew il-ħatt l-art minnu. (c) Jiem fuq il-baħar: jum preżenti f'żona għandu jkun kull perjodu kontinwu ta' 24 siegħa (jew parti minnhom) li matulhom bastiment ikun preżenti f'żona u assenti mill-port. (d) Taqsima tal-flotta: grupp ta' bastimenti tal-istess klassi ta' tul (LOA) u bi rkaptu predominanti tas-sajd matul is-sena, skont l-Appendiċi III. Bastimenti jista' jkollhom attivitajiet differenti ta' sajd matul il-perjodu ta' referenza, iżda jistgħu jkunu kklassifikati f'parti waħda biss tal-flotta. (e) Jiem ta' sajd: kull jum ikun attribwit għaż-żona fejn ikun tqatta' l-aktar ħin tas-sajd matul il-jum rilevanti fuq il-baħar. Iżda għal irkaptu passiv, jekk ma tkun saret ebda operazzjoni minn fuq il-bastiment matul jum waqt li mill-anqas (passiv) wieħed kien għadu fuq il-baħar, dak il-jum ikun assoċjat maż-żona fejn l-aħħar tqegħid ta' rkaptu tas-sajd twettaq f'dak il-vjaġġ tas-sajd. (f) Vjaġġ tas-sajd: tfisser kwalunkwe vjaġġ minn bastiment tas-sajd minn lok fuq l-art lejn post tas-sajd, għajr il-vjaġġi mhux għal finijiet ta' sajd (vjaġġ ta' bastiment tas-sajd minn lok fuq l-art għal lok ieħor fuq l-art, li matulu ma jwettaqx attaivitajiet ta' sajd u li matulu kwalunkwe rkaptu abbord ikun marbut u stivat u ma jkunx disponibbli għall-użu immedjat). (g) Mestier: grupp ta' operazzjonijiet tas-sajd li jimmira għal (ġemgħa ta') speċi(jiet) simili, bl-użu ta' rkaptu simili, matul l-istess perjodu tas-sena u/jew ġewwa l-istess żona u li jkun ikkaratterizzat minn mudell simili ta' sfruttament. (h) Popolazzjoni ta' bastimenti: il-bastimenti kollha fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (1). (i) Speċijiet magħżula: speċijiet ta' rilevanza għal skop ta' ġestjoni u li għaliha tkun saret talba minn korp xjentifiku internazzjonali jew organizzazzjoni reġjonali ta' ġestjoni tas-sajd. (j) Żmien fl-ilma: żmien mgħoddi kkalkulat mill-punt fejn kull waħda mill-unitajiet ta' rkaptu tkun tqiegħdet, sa dak meta l-istess unità tibda titneħħa. |
(2) |
Għat-termini li ġejjin għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (www.fao.org/fi/glossary/default.asp) u tal-STECF: speċijiet anadromi, speċijiet katadromi, qabdiet, ċefalopodi, krustaċej, speċijiet tal-ibħra fondi, ħut demersali, speċijiet demersali, mudell ta' esplojtazzjoni, ħut tal-ġewnaħ, speċijiet tal-ilma ħelu, irkaptu, ħatt, rimi, ħut pelaġiku kbir, molluski, attività oħra barra s-sajd, ħut pelaġiku, ħut pelaġiku żgħir, speċijiet fil-mira. |
KAPITOLU II
WERREJ U METODOLOĠIJA
A. Werrej tal-programm Komunitarju
Il-programm Komunitarju jiġbor fih il-moduli li ġejjin:
(1) |
Modulu ta' evalwazzjoni tas-settrur tas-sajd: Il-programm ta' ġbir ta' dejta għas-settur tas-sajd fih is-sezzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Modulu ta' evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tas-setturi tal-akkwakultura u l-industrija tal-ipproċessar:
|
(3) |
Modulu ta' evalwazzjoni tal-effetti tas-settur tas-sajd fuq l-ekosistema marina |
(4) |
Modulu għall-ġestjoni u l-użu tad-dejta koperta mill-qafas ta' ġbir ta' dejta |
B. Livelli ta' preċiżjoni u intensitajiet ta' teħid ta' kampjuni
(1) |
Fejn ma jkunx possibbli li jkunu definiti miri kwantitattivi għal programmi ta' teħid ta' kampjun, la fir-rigward ta' livelli ta' preċiżjoni u lanqas fir-rigward ta' daqs ta' kampjun, għandu jkun stabbilit stħarriġ pilota fis-sens ta' statistika. Stħarriġ pilota bħal dan għandu jevalwa l-importanza tal-problema u għandu jindirizza wkoll l-utilità ta' stħarriġ aktar dettaljat fil-ġejjieni, u r-relazzjoni tal-effikaċja fl-infiq ta' stħarriġ dettaljat bħal dan. |
(2) |
Fejn miri kwantitattivi jkunu jistgħu jiġu definiti, huma jistgħu jkunu speċifikati direttament f'daqsijiet ta' kampjun jew f'rati ta' teħid ta' kampjun, jew bid-definizzjoni tal-livelli ta' preċiżjoni jew kunfidenza li jkollhom jinkisbu. |
(3) |
Fejn issir referenza għal daqs ta' kampjun jew għal rata ta' teħid ta' kampjuni f'popolazzjoni definita f'termini ta' statistika, l-istrateġiji ta' teħid ta' kampjuni għandhom ikunu mill-anqas effiċjenti daqs it-Teħid ta' Kampjuni Każwali Sempliċi. Strateġiji ta' teħid ta' kampjuni bħal dawn għandhom ikunu deskritti fil-Programmi Nazzjonali korrispondenti. |
(4) |
Fejn issir referenza għall-livell ta' preċiżjoni/kunfidenza, għandha tapplika d-distinzjoni li ġejja: (a) livell 1: livell li jagħmilha possibbli li jkun ikkalkulat parametru jew bi preċiżjoni ta' 40 % aktar jew anqas għal livell ta' kunfidenza ta' 95 % jew koeffiċjent ta' varjazzjoni(CV) ta' 20 % utilizzat bħala approssimazzjoni; (b) livell 2: livell li jagħmilha possibbli li jkun ikkalkulat parametru jew bi preċiżjoni ta' 25 % aktar jew anqas għal livell ta' kunfidenza ta' 95 % jew koeffiċjent ta' varjazzjoni(CV) ta' 12,50 % utilizzat bħala approssimazzjoni; (c) livell 3: livell li jagħmilha possibbli li jkun ikkalkulat parametru jew bi preċiżjoni ta' 5 % aktar jew anqas għal livell ta' kunfidenza ta' 95 % jew koeffiċjent ta' varjazzjoni(CV) ta' 2,5 % utilizzat bħala approssimazzjoni. |
KAPITOLU III
MODULU TA' EVALWAZZJONI TAS-SETTUR TAS-SAJD
A. Ġbir ta' varjabbli ekonomiċi
1. Varjabbli
(1) |
Il-varjabbli li għandhom jinġabru huma elenkati fl-Appendiċi VI. Il-varjabbli ekonomiċi kollha għandhom jinġabru fuq bażi annwali bl-eċċezzjoni ta' dawk identifikati bħala varjabbli trasversali kif definiti fl-Appendiċi VIII u dawk identifikati biex jitkejlu l-effetti tas-sajd fuq l-ekosistema marina kif definiti fl-Appendiċi XIII. li għandhom jinġabru f'livelli aktar diżaggregati. Il-popolazzjoni hija l-bastimenti kollha fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità fl-1 ta' Jannar. Il-varjabbli ekonomiċi kollha għandhom jinġabru għal bastimenti attivi. Għal kull bastiment li għalih jinġabru varjabbli ekonomiċi definiti fl-Appendiċi VI, għandhom jinġabru wkoll il-varjabbli trasversali korrispondenti definiti fl-Appendiċi VII. |
(2) |
Għall-bastimenti mhux attivi, għandhom jinġabru biss il-valur kapitali (l-Appendiċi VI), il-flotta (l-Appendiċi VI) u l-kapaċità (l-Appendiċi VIII). |
(3) |
Valuti nazzjonali għandhom jinbidlu fl-euro bl-użu tar-rati tal-kambju annwali medji li jistgħu jinkisbu mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
2. Livelli ta' diżaggregazzjoni
(1) |
Il-varjabbli ekonomiċi għandhom ikunu rrappurtati għal kull taqsima tal-flotta (Appendiċi III) u suprareġjun (Appendiċi II). Huma definiti sitt klassijiet ta' tulijiet (bl-użu tal-qies tat-'tul globali' (LOA)). Iżda Stati Membri huma liberi li jiddiżaggregaw aktar klassijiet ta' tulijiet jekk dan ikun f'loku. |
(2) |
Il-kriterju ta' dominanza għandu jintuża biex kull bastiment ikun allokat lil taqsima abbażi tal-għadd ta' jiem ta' sajd użat ma' kull rkaptu. Jekk rkaptu tas-sajd jintuża għal aktar mill-għadd tal-partijiet l-oħra kollha (jiġifieri bastiment iqatta' aktar minn 50 % tal-ħin tiegħu fis-sajd juża dak l-irkaptu), il-bastiment għandu jkun allokat lil dik it-taqsima. Jekk le, il-bastiment għandu jkun allokat lit-taqsima li ġejja tal-flotta:
|
(3) |
Fil-każijiet fejn bastiment jopera f'aktar minn suprareġjun kif definit fl-Appendiċi II, l-Istati Membri għandhom jispjegaw fil-programm nazzjonali tagħhom għal liema suprareġjun l-bastiment ikun allokat. |
(4) |
Fil-każ ta' li taqsima ta' flotta jkollha anqas minn 10 bastimenti:
|
3. Strateġija ta' teħid ta' kampjun
(1) |
L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-metodoloġiji tagħhom użati għall-istima ta' kull varjabbli ekonomika fil-programmi nazzjonali tagħhom, inklużi l-aspetti ta' kwalità. |
(2) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw konsistenza u kamparabbiltà tal-varjabbli ekonomiċi kollha meta jkunu derivati minn għejun differenti (eż. stħarriġ, reġistru tal-flotta, ġurnali ta' abbord, noti ta' bejgħ). |
4. Livelli ta' preċiżjoni
(1) |
L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapport annwali tagħhom tagħrif dwar il-kwalità (l-akkuratezza u l-preċiżjoni) tal-istimi. |
B. Ġbir ta' varjabbli bijoloġiċi
B1. Varjabbli relatati mal-mestier
1. Varjabbli
(1) |
Jeħtieġ li jittieħdu kampjuni biex tkun ivvalutata d-distribuzzjoni kull kwart ta' sena tat-tul tal-ispeċijiet fil-qabdiet u l-volum ta' kull kwart ta' sena ta' rimi. Id-dejta għandha tinġabar permezz tal-mesjier riferit bħala livell 6 tal-matriċi definita fl-Appendiċi IV (1 sa 5) u għall-istokkijiet elenkati fl-Appendiċi VII. |
(2) |
Fejn ikunu rilevanti, għandhom jitwettqu programmi ta' teħid ta' kampjuni tal-ħatt l-art mhux magħżul biex tingħata stima ta':
|
2. Livell ta' diżaggregazzjoni
(1) |
Biex isir l-aħjar użu mill-programmi ta' teħid ta' kampjun, il-mestieri definiti fl-Appendiċi IV (1 sa 5) jistgħu jinġabru flimkien. Meta mestieri jingħaqdu flimkien (għaqda vertikali), prova ta' statistika għandha tinġieb fir-rigward tal-omoġeneità tal-mestieri magħqudin. L-għaqda ta' ċelluli ġirien li jikkorrispondu ma' taqsimiet tal-flotta tal-bastimenti (għaqda orizzontali) għandha tkun sostnuta minn evidenza statistika. Għaqda orizzontali bħal din għandha ssir primarjament bl-aggregazzjoni tal-bastimenti ġirien tal-klassijiet LOA, indipendentement minn xi teknika dominanti fis-sajd, meta din tkun f'lokha biex mudelli differenti ta' esplojtazzjoni jintgħażlu minn xulxin. Qbil reġjonali dwar mergers għandu jintlaħaq fil-Laqgħa ta' Koordinazzjoni Reġjonali rilevanti u jkun approvat mill-STECF. |
(2) |
F'livell nazzjonali mestier wieħed definit fil-livell 6 tal-matriċi fl-Appendiċi IV (1 sa 5) jista' jkun aktar diżaggregat f'diversi strati aktar preċiżi, jiġifieri li jiddistingwu speċijiet fil-mira differenti. Aktar stratifikazzjoni bħal din għandha ssir bir-rispett taż-żewġ prinċipji li ġejjin:
|
(3) |
L-unitajiet spazjali għat-teħid ta' kampjuni tal-mestier huma definiti mil-livell 3 tal-Appendiċi I għar-reġjuni kollha bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
(4) |
Għall-fini tal-ġbir u l-aggregazzjoni tad-dejta, unitajiet speċjali tat-teħid tal-kamjuni jistgħu jinġabru flimkien skont ir-reġjuni, kif riferit fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 (2), wara li jkun inkiseb il-qbil tal-Laqgħat ta' Koordinazzjoni Reġjonali rilevanti. |
(5) |
Għal parametri msemmijin fil-Kapitolu III sezzjoni B/B1 1. (2), id-dejta għandha tingħata kull tliet xhur u tkun konsistenti mal-matriċi tal-attività tal-flotta tas-sajd deskritta fl-Appendiċi IV (1 sa 5). |
3. Strateġija tat-teħid ta' kampjuni
(1) |
Għall-ħatt l-art:
|
(2) |
Għall-qbid mormi:
|
(3) |
Għas-sajd rikreattiv:
|
4. Livelli ta' preċiżjoni
(1) |
Għall-ħatt l-art:
|
(2) |
Għall-qbid mormi:
|
(3) |
Għas-sajd rikreattiv:
|
5. Regoli ta' eżenzjoni
(1) |
Jekk l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jilħqu l-livelli ta' preċiżjoni riferuti fil-Kapitolu III sezzjoni B/B1/4 2 (a) u (b) u 3(a), jew ikunu jistgħu jagħmlu dan biss bi spejjeż eċċessivi, jistgħu jiksbu, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-STECF, deroga mill-Kummissjoni biex ibaxxu l-livell ta' preċiżjoni, il-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni, jew biex jimplimentaw stħarriġ pilota, bil-kundizzjoni li din it-talba tkun dokumentata bis-sħiħ u jkollha l-provi xjentifiċi. |
B2. Varjabbli relatati mal-istokk
1. Varjabbli
(1) |
Għall-istokkijiet elenkati fl-Appendiċi VII, għandhom jinġabru l-varjabbli li ġejjin:
bl-użu tal-iskema ta' teħid ta' kampjuni pprovduta f'dan l-Appendiċi VII. |
(2) |
Il-ġbir tat-tagħrif individwali kollu msemmi fil-paragrafu (1) għandu kun assoċjat mat-tagħrif korrispondenti dwar l-istratum tal-ispazju u ż-żmien. |
(3) |
Għal stokkijiet ta' salamun selvaġġ fix-xmajjar ta' indiċi, kif definiti mill-ICES, li jidħlu fil-Baħar Baltiku III b-d, jeħtiġilhom jinġabru l-varjabbli li ġejjin:
|
2. Livell ta' diżaggregazzjoni
(1) |
Il-livelli meħtieġa ta' diżaggregazzjoni, kif ukoll il-ġbir kull tant żmien tal-varjabbli kollha u l-intensitajiet tat-teħid ta' kampjuni għall-età huma speċifikati fl-Appendiċi VII. Għal strateġiji ta' teħid ta' kampjuni u intensitajiet ta' teħid ta' kampjuni għandhom japplikaw ir-regoli indikati fil-Kapitolu I sezzjoni B (Livelli ta' preċiżjoni u intensitajiet ta' teħid ta' kampjun). |
3. Strateġija ta' teħid ta' kampjuni
(1) |
Kulfejn ikun possibbli, il-qari tal-età għandu jsir fuq qbid kummerċjali, sabiex tiġi stmata l-kompożizzjoni skont l-ispeċiu, fejn dan ikun rilevanti, il-parametri ta' tkabbir. Fejn dan ma jkunx possibbli, l-Istati Membri għandhom jiġġustifikawir-raġunijiet fil-programmi nazzjonali tagħhom. |
(2) |
Jekk il-kooperazzjoni bejn Stati Membri tiżgura li l-istima globali tal-parametri elenkati fl-Appendiċi VII tilħaq il-livell ta' preċiżjoni meħtieġ, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontribut proprju tiegħu għall-ġabra tad-dejta tkun biżżejjed biex jintlaħaq dak il-livell ta' preċiżjoni. |
4. Livelli ta' preċiżjoni
(1) |
Għal stokkijiet ta' speċijietli jistgħu maż-żmien javanzaw fl-età, il-piżijiet u t-tulijiet medji għal kull età għandhom ikunu stmati fil-livell ta' preċiżjoni 3, sa età tali li l-ħatt akkumulat għall-etajiet korrispondenti jirrappreżenta talanqas 95 % tal-ħatt nazzjonali għall-istokk rilevanti. |
(2) |
Għal stokkijiet li għalihom il-qari tal-età ma jkunx possibbli, iżda li għalihom tista' tkun stmata kurva ta' tkabbir, piżijiet u tulijiet medji għal kull psewdoetà (jiġifieri derivata mill-kurvi tat-tkabbir) għandhom ikunu stmati bi preċiżjoni tal-livell 2, sa età tali li l-ħatt akkumulat għall-etajiet korrispondenti jirrappreżenta talanqas 90 % tal-ħatt nazzjonali għall-istokk rilevanti. |
(3) |
Għal proporzjonijiet ta' maturità, fekondità u sess, tista' ssir għażla bejn referenza għal età jew tul, bil-kundizzjoni li Stati Membri li jkollhom iwettqu t-teħid ta' kampjun bijoloġiku korrispondenti jkunu qablu dwar li ġej:
|
5. Regoli ta' eżenzjoni
(1) |
Il-programm nazzjonali ta' Stat Membru jista' jeskludi l-istima tal-varjabbli relatati mal-istokk għal stokkijiet li għalihom TAC's u kwota jkunu ġew definiti skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Jekk il-kundizzjoni msemmija fil-punt 5.1.(a) preċedenti titħares, iżda mhux il-kundizzjoni msemmija fil-punt 5.1.(b), l-Istati Membri rilevanti jistgħu jwaqqfu programm koordinat biex jiksbu għall-ħatt konġunt tagħhom skema konġunta ta' teħid ta' kampjun, jew l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi nazzjonali oħra ta' teħid ta' kampjuni li twassal għall-istess preċiżjoni. |
(3) |
Jekk ikun f'loku, il-programmi nazzjonali jistgħu jkunu aġġustati sal-1 ta' Frar ta' kull sena biex jitqies l-iskambju ta' kwoti bejn l-Istati Membri: |
(a) |
Għal stokkijiet li għalihom TAC's u kwoti ma kinux ġew definiti u li jinsabu lil hinn mill-Baħar Mediterran, l-istess regoli stabbiliti skont il-punt 5(1) japplikaw abbażi ta' ħatt medju tat-tliet snin ta' qabel u b'referenza għall-ħatt kollu Komunitarju minn stokk; |
(b) |
Għal stokkijiet fil-Baħar Mediterran, il-ħatt skont il-piż minn Stat Membru Mediterranju għal speċi li tikkorrispondi għal anqas minn 10 % tal-ħatt kollu Komunitarju mill-Baħar Mediterran, jew għal anqas minn 200 tunnellata metrika, ħlief għat-tonn. |
C. Ġbir ta' varjabbli trasversali
1. Varjabbli
(1) |
Varjabbli li jkollhom jinġabru huma elenkati fl-Appendiċi VIII. Id-dejta għandha tingħata skont il-perjodiċità indikata f'dak l-Appendiċi. |
(2) |
Jista' jkun hemm xi dewmien bejn l-informazzjoni mogħtija dwar il-flotta u dwar l-isforz fis-sajd. |
2. Livell ta' diżaggregazzjoni
(1) |
Il-livell ta' diżaggregazzjoni huwa mogħti fl-Appendiċi VIII skont il-kriterji definiti fl-Appendiċi V. |
(2) |
Il-grad ta' aggregazzjoni għandu jikkorrispondi mal-livell l-aktar diżaggregat meħtieġ. Jista' jsir raggruppument ta' ċelluli fi ħdan din l-iskema bil-kundizzjoni li analiżi ta' statistika adatta turi s-sostenibbiltà tiegħu. Mergers bħal dawn għandhom ikunu approvati mil-Laqgħa ta' Koordinazzjoni Reġjonali rilevanti. |
3. Strateġija ta' teħid ta' kampjuni
(1) |
Kulfejn ikun possibbli, dejta trasversali għandha tinġabar b'mod eżawrjenti. Fejn dan ma jkunx jista' jsir, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-proċeduri ta' teħid ta' kampjuni fi ħdan il-programmi nazzjonali tagħhom. |
4. Livelli ta' preċiżjoni
(1) |
L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapport annwali tagħhom tagħrif dwar il-kwalità (l-akkuratezza u l-preċiżjoni) tad-dejta. |
D. Stħarriġ ta' riċerka waqt it-tbaħħir
(1) |
L-istħarriġ kollu elenkat fl-Appendiċi IX għandu jkun kopert. |
(2) |
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu fi ħdan il-programmi nazzjonali tagħhom kontinwità ma disinji ta' stħarriġ ta' qabel. |
(3) |
Minkejja l-punti 1 u 2, Stati Membri jistgħu jipproponu modifika fl-isforz ta' stħarriġ jew disinn ta' teħid ta' kampjun, bil-kundizzjoni li dan ma jkollux effett ħażin fuq il-kwalità tar-riżultati. L-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni ta' kull modifika għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-STECF. |
KAPITOLU IV
MODULU TA' EVALWAZZJONI TAS-SITWAZZJONI EKONOMIKA TAS-SETTURI TAL-AKKWAKULTURA U L-INDUSTRIJA TAL-IPPROĊESSAR
A. Ġbir ta' dejta ekonomika għas-settur tal-akkwakultura
1. Varjabbli
(1) |
Il-varjabbli kollha elenkati fl-Appendiċi X għandhom jinġabru fuq bażi annwali għal kull taqsima skont it-tqassim stabbilit fl-Appendiċi XI. |
(2) |
L-unità ta' statistika għandha tkun l-“intrapriża” definita bħala l-entità legali l-aktar baxxa għall-finijiet taż-żamma tal-kotba. |
(3) |
Il-popolazzjoni għandha tirreferi għal intrapriżi li l-attività ewlenija tagħhom hija definita skont id-definizzjoni tal-EUROSTAT skont il-kodiċi 05.02 ta' NACE: “Trobbija tal-Ħut”. |
(4) |
Valutii nazzjonali għandhom jinbidlu fl-euro bl-użu tar-rata tal-kambju annwali medja li tista' tinkiseb mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
2. Livell ta' diżaggregazzjoni
(1) |
Id-dejta għandha titqassam skont l-ispeċi u t-teknika għall-akkwakultura, kif imsemmi fl-Appendiċi XI. L-Istati Membri jistgħu wkoll iqassmu addizzjonalment skont id-daqs tal-intrapriża jew kriterji rilevanti oħra, jekk ikun meħtieġ. |
(2) |
Il-ġbir ta' dejta għal speċijiet tal-ilma ħelu mhuwiex obbligatorju. Madankollu, jekk din id-dejta tinġabar, l-Istati Membri għandhom isegwu t-tqassim indikat fl-Appendiċi XI. |
3. Strateġija ta' teħid ta' kampjuni
(1) |
L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-metodoloġiji tagħhom għall-istima ta' kull varjabbli ekonomiku, inklużi l-aspetti ta' kwalità, fil-programmi nazzjonali tagħhom. |
(2) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsistenza u l-komparabbiltà tal-varjabbli ekonomiċi kollha meta dawn ikunu derivati minn sorsi differenti (eż. kwestjonarji, kontijiet finanzjarji). |
4. Livelli ta' preċiżjoni
(1) |
L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapport annwali tagħhom tagħrif dwar il-kwalità (l-akkuratezza u l-preċiżjoni) tad-dejta. |
B. Ġbir ta' dejta ekonomika dwar l-industrija tal-ipproċessar
1. Varjabbli
(1) |
Il-varjabbli kollha elenkati fl-Appendiċi XII għandhom jinġabru fuq bażi annwali għall-popolazzjoni. |
(2) |
Il-popolazzjoni għandha tirreferi għal intrapriżi li l-attività ewlenija tagħhom hija definita skont id-definizzjoni tal-EUROSTAT skont il-kodiċi 15.20 tal-NACE: “L-ipproċessar u l-preservazzjoni tal-ħut u prodotti tal-ħut”. |
(3) |
Bħala linja gwida, il-kodiċijiet nazzjonali applikati minn Stati Membri skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' oġġetti tal-ikel (4), (KE) Nru 853/2004 tad-29 April 2004 dwar regoli tal-iġjene għal ikel li jiġi mill-annimali (5) u (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta' annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem (6) għandhom jintużaw b'mod addizzjonali bħala mezz ta' eżami doppju u identifikazzjoni ta' intrapriżi kklassifikati skont il-kodiċi 15.20 tal-NACE. |
(4) |
Valuti nazzjonali għandhom jinbidlu fl-euro bl-użu tar-rata tal-kambju annwali medja li tista' tinkiseb mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
2. Livell ta' diżaggregazzjoni
(1) |
L-unità ta' statistika għandha tkun l-“intrapriża” definita bħala l-entità legali l-aktar baxxa għall-finijiet taż-żamma tal-kotba. |
(2) |
Għal intrapriżi li jagħmlu l-ipproċessar tal-ħut iżda mhux bħala attività ewlenija, ikun obbligatorju l-ġbir tad-dejta li ġejja, fl-ewwel sena ta' kull perjodu ta' programmar:
|
3. Strateġija ta' teħid ta' kampjuni
(1) |
L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-metodoloġiji tagħhom għall-istima ta' kull varjabbli ekonomiku, inklużi l-aspetti ta' kwalità, fil-programmi nazzjonali tagħhom. |
(2) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsistenza u l-komparabbiltà tal-varjabbli ekonomiċi kollha meta dawn ikunu derivati minn sorsi differenti (eż. kwestjonarji, kontijiet finanzjarji). |
4. Livelli ta' preċiżjoni
(1) |
L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapport annwali tagħhom tagħrif dwar il-kwalità (l-akkuratezza u l-preċiżjoni) tad-dejta. |
KAPITOLU V
MODULU TA' EVALWAZZJONI TAL-EFFETTI TAS-SETTUR TAS-SAJD FUQ L-EKOSISTEMA MARINA
1. Varjabbli
(1) |
Biex titħalla ssir il-kalkulazzjoni tal-indikaturi elenkati fl-Appendiċi XIII, dejta speċifikata f'dan l-Appendiċi għandha tinġabar fuq bażi annwali, bl-eċċezzjoni ta' dejta li huwa speċifikat li għandha tinġabar f'livelli aktar diżaggregati. |
(2) |
Id-dejta speċifikata fl-Appendiċi XIII għandha tinġabar fil-livell nazzzjonali biex l-utenti aħħarin ikunu jistgħu jikkalkulaw l-indikaturi fl-iskala ġeografika rilevanti, kif stipulat fl-Appendiċi II. |
2. Livell ta' diżaggregazzjoni
(3) |
Il-livell ta' diżaggregazzjoni indikat fl-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi XIII. |
3. Strateġija ta' teħid ta' kampjun
(4) |
L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi XIII. |
4. Livelli ta' preċiżjoni
(1) |
L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi XIII. |
KAPITOLU VI
MODULU GĦALL-ĠESTJONI U L-UŻU TAD-DEJTA KOPERTA MILL-QAFAS TA' ĠBIR TA' DEJTA
A. Ġestjoni tad-dejta
(1) |
F'dak li jirrigwarda d-dejta koperta minn dan il-Programm Komunitarju, din is-sezzjoni tkopri l-iżvilupp ta' bażijiet ta' dejta, ir-reġistrazzjoni ta' dejta (ħżin), il-kontroll tal-kwalità u l-valutazzjoni tad-dejta, u l-ipproċessar ta' dejta minn dejta primarja għal dejta dettaljata jew aggregata kif imsemmi fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 199/2008. |
(2) |
Għandha tinkludi l-proċess ta' trasformazzjoni tad-dejta soċjoekonomika primarja għal metadejta msemmija fl-Artikolu 13(b) tar-Regolament Nru 199/2008. |
(3) |
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li, fuq talba mill-Kummissjoni, jkun jista' jingħata t-tagħrif dwar il-proċess ta' trasformazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. |
B. L-użu tad-dejta
(1) |
Is-sezzjoni tkopri l-produzzjoni ta' settijiet ta' dejta u l-użu tagħhom biex tkun sostnuta analiżi xjentifika bħala bażi għal pariri lill-ġestjoni tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)a tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. |
(2) |
Għandha tinkludi stimi ta' parametri bijoloġiċi (l-età, il-piż, is-sess, il-maturità u l-fekondità) għall-istokkijiet elenkati fl-Appendiċi VII, it-tħejjija ta' settijiet ta' dejta għal evalwazzjonijiet u l-immudellar bijoekonomiku ta' stokk u analiżi xjentifika korrispondenti. Lista ta' appendiċijiet
|
(2) ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3.
(3) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.