This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0587
2008/587/EC,Euratom: Decision of the European Parliament of 18 June 2008 amending Decision 94/262/ECSC, EC, Euratom on the regulations and general conditions governing the performance of the Ombudsman's duties
2008/587/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta’ l-Ombudsman
2008/587/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta’ l-Ombudsman
ĠU L 189, 17.7.2008, p. 25–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 04/08/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1163
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31994D0262 | Emenda | artikolu 1.1 | 31/07/2008 | |
Modifies | 31994D0262 | Emenda | CONSIDERANT 3 | 31/07/2008 | |
Modifies | 31994D0262 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 31/07/2008 | |
Modifies | 31994D0262 | Emenda | VISA 1 | 31/07/2008 | |
Modifies | 31994D0262 | Sostituzzjoni | artikolu 3.2 | 31/07/2008 | |
Modifies | 31994D0262 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 31/07/2008 | |
Modifies | 31994D0262 | Żieda | artikolu 4BI | 31/07/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32021R1163 | 05/08/2021 |
17.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 189/25 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-18 ta’ Ġunju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta’ l-Ombudsman
(2008/587/KE, Euratom)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 195(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 107d(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni approvat mill-Parlament Ewropew fit-22 ta’ April 2008 (1) u r-riżoluzzjoni adottata u l-emendi approvati fit-18 ta’ Ġunju 2008 (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Bl-approvazzjoni tal-Kunsill (3),
Billi:
(1) |
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea tagħraf id-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni. |
(2) |
Il-fiduċja taċ-ċittadini fil-kapaċità ta’ l-Ombudsman li jmexxi investigazzjonijiet bir-reqqa u imparzjali dwar każijiet allegati ta’ amministrazzjoni ħażina hija fundamentali biex l-azzjoni ta’ l-Ombudsman ikollha suċċess. |
(3) |
Huwa mixtieq li l-Istatut ta’ l-Ombudsman jiġi adattat sabiex titneħħa kull inċertezza fil-kapaċità ta’ l-Ombudsman li jmexxi investigazzjonijiet bir-reqqa u imparzjali fil-każijiet allegati ta’ amministrazzjoni ħażina. |
(4) |
Huwa mixtieq li l-Istatut ta’ l-Ombudsman jiġi adattat sabiex tkun tista’ titqies kull evoluzzjoni tad-dispożizzjonijiet legali jew tal-ġurisprudenza għal dak li jirrigwarda l-intervent ta’ entitajiet, uffiċċji u aġenziji ta’ l-Unjoni Ewropea fil-każijiet li jidhru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
(5) |
Huwa mixtieq li l-Istatut ta’ l-Ombudsman jiġi adattat sabiex jitqiesu t-tibdiliet li saru f’dawn l-aħħar snin għal dak li jirrigwarda r-rwol ta’ l-istituzzjonijiet u ta’ l-entitajiet ta’ l-UE fil-ġlieda kontra l-frodi għad-detriment ta’ l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea, l-aktar il-ħolqien ta’ l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), sabiex l-Ombudsman ikun jista’ jinnotifika lil dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet bi kwalunkwe tagħrif li jaqa’ taħt il-kompiti tagħhom. |
(6) |
Huwa mixtieq li jittieħdu passi sabiex l-Ombudsman jitħalla jiżviluppa l-kooperazzjoni tiegħu ma’ istituzzjonijiet simili fil-livell nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll ma’ istituzzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali li jkopru firxa ta’ attivitajiet usa’ minn ta’ l-Ombudsman Ewropew, bħall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, billi kooperazzjoni bħal din tista’ tagħti kontribut pożittiv biex titjieb l-effiċjenza ta’ l-azzjoni ta’ l-Ombudsman. |
(7) |
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar skada fl-2002, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom
Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew (4) għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
Fiċ-Ċitazzjoni 1, il-kliem “, l-Artikolu 20d(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar” għandu jitħassar; |
(2) |
Il-Premessa 3 għandha tinbidel b’dan li ġej: “Billi l-Ombudsman, li jista’ wkoll jaġixxi fuq inizjattiva proprja tiegħu, għandu jkollu aċċess għall-elementi meħtieġa għat-twettiq ta’ l-obbligi tiegħu; billi għalhekk l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman, fuq talba tiegħu, kwalunkwe tagħrif li jitlob mingħandhom, u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ l-Ombudsman li ma jiżvelax din l-informazzzjoni; billi l-aċċess għal tagħrif jew dokumenti kklassifikati, l-aktar għal dokumenti sensittivi skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (*), għandu jkun suġġett għall-konformità mar-regoli dwar is-sigurtà ta’ l-istituzzjoni jew l-entità Komunitarji kkonċernati; billi l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jipprovdu tagħrif jew dokumenti kklassifikati kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman b’din il-klassifikazzjoni; billi, biex ikun hemm l-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2), irid ikun hemm qbil minn qabel bejn l-Ombudsman u l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta’ tagħrif jew dokumenti kklassifikati u tagħrif ieħor kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali; billi jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza rikjesta mhix qed tiġi sodisfatta, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet xierqa; (*) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).”;" |
(3) |
Fl-Artikolu 1(1), il-kliem “, l-Artikolu 20d(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar” għandu jitħassar; |
(4) |
L-Artikolu 3(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. L-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe tagħrif mitlub minnu u jagħtuh l-aċċess għall-fajls ikkonċernati. L-aċċess għal tagħrif jew dokumenti kklassifikati, l-aktar għal dokumenti sensittivi skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/20011, għandu jkun suġġett għall-konformità mar-regoli dwar is-sigurtà ta’ l-istituzzjoni jew l-entità Komunitarji kkonċernati. L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jipprovdu tagħrif jew dokumenti kklassifikati kif imsemmi fis-subparagrafu preċedenti għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman b’din il-klassifikazzjoni. Biex ikun hemm l-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu, għandu jkun hemm qbil minn qabel bejn l-Ombudsman u l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta’ tagħrif jew dokumenti kklassifikati u tagħrif ieħor kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali. L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ikkonċernati għandhom biss jagħtu aċċess għal dokumenti li oriġinaw fi Stat Membru u ġew ikklassifikati bħala sigrieti permezz ta’ liġi jew regolament biss fejn dak l-Istat Membru ikun ta l-kunsens tiegħu minn qabel. Huma għandhom jagħtu aċċess għal dokumenti oħra li joriġinaw fl-Istati Membri wara li jkunu nfurmaw lill-Istat Membru kkonċernat. Fiż-żewġ każijiet, f’konformità ma’ l-Artikolu 4, l-Ombudsman ma jistax jiżvela l-kontenut ta’ dawn id-dokumenti. Uffiċjali u impjegati oħra ta’ l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji għandhom jixhdu fuq talba ta’ l-Ombudsman; għandhom jibqgħu jkunu marbuta bir-regoli rilevanti tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, b’mod partikolari d-dmir tagħhom ta’ segretezza professjonali.”; |
(5) |
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 4 1. L-Ombudsman u l-istaff tiegħu, li għalihom japplikaw l-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 194 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, għandhom ikunu marbuta li ma jiżvelawx tagħrif jew dokumenti li jiksbu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Huma għandhom, b’mod partikolari, jkunu obligati li ma jgħaddu l-ebda tagħrif jew dokumenti kklassifikati pprovduti lill-Ombudsman, b’mod partikulari dokumenti sensittivi skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jew dokumenti li jaqgħu fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità rigward il-ħarsien tad-data personali, kif ukoll kull tagħrif li jista’ jippreġudika lill-persuna li rreġistrat l-ilment jew kwalunkwe persuna oħra involuta, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2. 2. Jekk, waqt xi inkjesti, jiskopri fatti li jaħseb li jistgħu ikollhom x’jaqsmu mal-liġi kriminali, l-Ombudsman għandu minnufih javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz tar-Rappreżentazzjonijiet Permanenti ta’ l-Istati Membri u l-Komunitajiet Ewropej u, sa fejn il-każ ikun jaqa’ taħt is-setgħat tagħhom, lill-istituzzjoni, entità jew servizz kompetenti tal-Komunità inkarigati li jiġġieldu l-frodi; jekk ikun il-każ, l-Ombudsman għandu javża ukoll lill-istituzzjoni jew entità Komunitarja li jkollha awtorità fuq l-uffiċjal jew impjegat ikkonċernat, li tista’ tapplika it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. L-Ombudsman jista’ wkoll jgħarraf lill-istituzzjoni jew korp Komunitarju kkonċernati bil-fatti li jirrigwardaw l-imġiba ta’ membru ta’ l-istaff tagħhom minn aspett dixxiplinarju.”; |
(6) |
Għandu jiżdied l-Artikolu 4a li ġej: “Artikolu 4a L-Ombudsman u l-istaff tiegħu għandhom jieħdu ħsieb tat-talbiet għall-aċċess mill-pubbliku għad-dokumenti, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1), skond il-kundizzjonijiet u l-limiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.”; |
(7) |
L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. Sa fejn dan jista’ jgħin biex jagħmel l-inkjesti iktar effiċjenti u biex ikunu salvagwardati aħjar id-drittijiet u l-interessi ta’ persuni li rreġistraw ilmenti lilu, l-Ombudsman jista’ jikkoopera ma’ awtoritajiet ta’ l-istess xorta f’ċerti Stati Membri kemm-il darba jkun konformi mal-liġi nazzjonali applikabbli. L-Ombudsman ma jistax għalhekk jitlob li jara dokumenti li ma kienx ikollu aċċess għalihom skond l-Artikolu 3. 2. Fl-ambitu tal-funzjonijiet tiegħu kif stipulati fl-Artikolu 195 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 107d tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u filwaqt li jevita kwalunkwe duplikazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet u l-entitajiet l-oħra, l-Ombudsman jista’, taħt l-istess kundizzjonijiet, jikkoopera ma’ l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ta’ l-Istati Membri responsabbli għall-promozzjoni u għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ erbatax-il jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
(1) Għadu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Għadhom mhumiex ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2008.
(4) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.