Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0342

    2008/342/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/868/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

    ĠU L 116, 30.4.2008, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0583

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/342/oj

    30.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 116/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-29 ta’ April 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2007/868/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

    (2008/342/KE)

    IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-20 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/868/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li tistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament.

    (2)

    Il-Kunsill iddetermina li m'hemmx aktar raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u il-lista għandha tiġi addattata kif meħtieġ.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew mil-lista annessa għad-Deċiżjoni 2007/868/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fil-Lussemburgu, 29 ta’ April 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. RUPEL


    (1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2007/868 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 100).


    ANNESS

    Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni

    1.

    AKHNIKH, Ismail (magħruf ukoll bħala SUHAIB, magħruf ukoll bħala SOHAIB)

    2.

    AOURAGHE, Zine Labidine (magħruf ukoll bħala Halifi Laarbi MOHAMED, magħruf ukoll bħala Abed, magħruf ukoll bħala Abid, magħruf ukoll bħala Abu ISMAIL)

    3.

    BOUGHABA, Mohamed Fahmi (magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BOURABA, magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BURADA, magħruf ukoll bħala Abu MOSAB)

    4.

    EL MORABIT, Mohamed

    5.

    ETTOUMI, Youssef (magħruf ukoll bħala Youssef TOUMI)

    6.

    HAMDI, Ahmed (magħruf ukoll bħala Abu IBRAHIM)


    Top