This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0326
2008/326/EC: Commission Decision of 11 April 2008 adjusting the weightings applicable from 1 February 2007 , 1 March 2007 , 1 April 2007 , 1 May 2007 and 1 June 2007 to the remuneration of officials, temporary staff and contract staff of the European Communities serving in third countries
2008/326/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' April 2008 li taġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta’ Frar 2007 , l- 1 ta’ Marzu 2007 , l- 1 ta’ April 2007 , l- 1 ta’ Mejju 2007 u l- 1 ta’ Ġunju 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f’pajjiżi terzi
2008/326/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' April 2008 li taġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta’ Frar 2007 , l- 1 ta’ Marzu 2007 , l- 1 ta’ April 2007 , l- 1 ta’ Mejju 2007 u l- 1 ta’ Ġunju 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f’pajjiżi terzi
ĠU L 112, 24.4.2008, p. 26–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 112/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta' April 2008
li taġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Frar 2007, l-1 ta’ Marzu 2007, l-1 ta’ April 2007, l-1 ta’ Mejju 2007 u l-1 ta’ Ġunju 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f’pajjiżi terzi
(2008/326/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) u notevolment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 453/2007 (2) kienu ffissati, b’applikazzjoni ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tar-Regolamenti ta-Personal il-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw il-pagi, mill-1 ta’ Lulju 2006, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati fil-pajjiżi terzi. |
(2) |
Huwa meħtieġ li jkunu adattati, f’konformità mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-1 ta’ Frar 2007, l-1 ta’ Marzu 2007, l-1 ta’ April 2007, l-1 ta’ Mejju 2007 u l-1 ta’ Ġunju 2007, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li fl-istatistiċi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, tidher li hi, għal ċerti pajjiżi terzi, superjuri għal 5 % mill-aħħar iffissar jew adattament, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
B’effett mill-1 ta’ Frar 2007, l-1 ta’ Marzu 2007, l-1 ta’ April 2007, l-1 ta’ Mejju 2007, u l-1 ta’ Ġunju 2007, il-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għall-pagi ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati f’pajjiżi terzi imħallsa bil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, huma dawk indikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Ir-rati tal-kambju wżati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.
Magħmula fi Brussell, 11 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Benita FERRERO-WALDNER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 337/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1).
(2) ĠU L 109, 26.4.2007, p. 22.
ANNESS
Pajjiż assenjat |
Koeffiċjenti Korrettivi Frar 2007 |
L-Angola |
117,3 |
Il-Barbados |
127,5 |
Il-Bulgarija |
80,4 |
Il-Kap Verde |
82,3 |
Il-Korea ta’ Isfel |
117,3 |
Il-Kosta Rica |
70,8 |
Il-Ginea (Conakry) |
57,7 |
Il-Ħaiti |
114,8 |
Il-Libanu |
92,3 |
In-Nepal |
78,8 |
L-Uganda |
65,1 |
Il-Paragwaj |
78,8 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa) |
137,6 |
Is-Sjerra Leone |
76,6 |
Is-Sudan |
61,6 |
Is-Sirja |
70,6 |
Pajjiż assenjat |
Koeffiċjenti Korrettivi Marzu 2007 |
L-Arġentina |
53,5 |
Il-Kamerun |
103,5 |
Il-Kosta ta’ l-Avorju |
98,7 |
Il-Guyana |
61,3 |
L-Indja |
47,6 |
Il-Ġordan |
75,9 |
Il-Każakstan (Almaty) |
121,6 |
Il-Kirgiżtan |
84,3 |
Il-Madagaskar |
84,7 |
L-Uganda |
69,4 |
Is-Sri Lanka |
53,2 |
Il-Veneżwela |
64,1 |
Pajjiż assenjat |
Koeffiċjenti Korrettivi April 2007 |
L-Angola |
121,8 |
Il-Botswana |
58,1 |
Il-Ginea (Conakry) |
49,2 |
Il-Mali |
86,3 |
Is-Sudan |
55,1 |
It-Taġikistan |
66,5 |
Iż-Żambja |
56,3 |
Pajjiż assenjat |
Koeffiċjenti Korrettivi Mejju 2007 |
L-Arġentina |
54,9 |
Il-Kosta Rica |
70,8 |
L-Etjopja |
87,1 |
Il-Gana |
69,2 |
L-Indoneżja (Jakarta) |
79,5 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa) |
131,6 |
It-Trinidad u t-Tobago |
68,6 |
It-Turkija |
85,9 |
Il-Jemen |
76,0 |
Pajjiż assenjat |
Koeffiċjenti Korrettivi Ġunju 2007 |
Il-Kanada |
92,7 |
El Salvador |
76,6 |
L-Istati Uniti (New York) |
103,1 |
Il-Gwatemala |
79,0 |
Il-Malawi |
73,1 |
Il-Moldova |
58,5 |
In-Nikaragwa |
57,3 |
Ir-Rwanda |
90,9 |
It-Tanzanija |
61,7 |