Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0120

    2008/120/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Frar 2008 li temenda l-Anness D għad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/639/KE li jistipula l-kundizzjonijiet dwar l-importazzjoni tas-semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 409) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 42, 16.2.2008, p. 63–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/120(1)/oj

    16.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 42/63


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-7 ta’ Frar 2008

    li temenda l-Anness D għad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/639/KE li jistipula l-kundizzjonijiet dwar l-importazzjoni tas-semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 409)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/120/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat idd-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta’ l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 11(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 17 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 88/407/KEE stabbiliet ir-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini u stabbiliet il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' dak il-prodott.

    (2)

    Id-Direttiva 2003/43/KE (2) li temenda d-Direttiva 88/407/KEE billi tintroduċi inter alia ċentri għall-ħażna ta' l-isperma u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni uffiċjali u s-superviżjoni uffiċjali ta' dawk iċ-ċentri.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/639/KE tas-6 ta’ Settembru 2004 li tistipula l-kundizzjonijiet dwar l-importazzjoni ta’ l-isperma ta’ l-annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovin (3) tistipula ċ-ċertifikati veterinarji mudell għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ l-isperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini. Dik id-Deċiżjoni għandha tiġi adattata skond id-Direttiva 88/407/KEE u għandha tiġi supplementata l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' l-isperma ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini.

    (4)

    Barra minn hekk, il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' l-isperma ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini mibgħuta minn ċentri tal-ħażna ta' l-isperma approvati għandhom jiġu introdotti sabiex ikun assigurat li dik l-isperma tista' tiġi rintraċċata għal kollox fil-kummerċ intra-Komunitarju.

    (5)

    Jixraq li ċ-ċertifikati jiġu preżentati skond il-format standardizzat taċ-ċertifikati veterinarji kif stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (4) u li jsir allinjament ta' ċerti rekwiżiti dwar saħħet l-annimali.

    (6)

    Il-mudelli ta’ ċertifikati għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' l-isperma ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini stipulati fl-Anness D tad-Direttiva 88/407/KEE għandhom jiġu emendati wkoll biex jirriflettu l-format standardizzat taċ-ċertifikati veterinarji.

    (7)

    Id-Direttiva 88/407/KEE u d-Deċiżjoni 2004/639/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness D għad-Direttiva 88/407/KEE jinbidel bit-test fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2004/639/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1, żdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   Bla ħsara għall-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-isperma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini mibgħuta minn ċentri għall-ħażna ta’ l-isperma approvati, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju mudell fl-Anness II, il-Parti 3 flimkien ma' dak iċ-ċertifikat li għandu jintela' kif xieraq.”

    (2)

    L-Annessi I u II inbidlu bit-test fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2008.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/16/KE (ĠU L 11, 17.1.2006, p. 21).

    (2)  ĠU L 143, 11.6.2003, p. 23.

    (3)  ĠU L 292, 15.9.2004, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

    (4)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/515/KE (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 29).


    ANNESS I

    “ANNESS D

    MUDELLI TA’ ĊERTIFIKATI GĦALL-KUMMERĊ INTRA-KOMUNITARJU

    ANNESS D1

    Mudell ta’ ċertifikat applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-isperma miġbura skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2003/43/KE, mibgħuta minn ċentru għall-ġbir ta’ l-isperma approvat

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS D2

    Mudell taċ-ċertifikat applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2006 għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ kunsinni ta’ sperma miġbura, proċessata u/jew maħżuna qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, li tapplika sa l-1 ta’ Lulju 2003 u nnegozjata wara dik id-data bi qbil ma' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE, mibgħuta minn ċentru approvat għall-kollezzjoni ta' l-isperma

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS D3

    Mudell taċ-ċertifikat applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-isperma mibgħuta minn ċentru għall-ħażna ta’ l-isperma approvat jew ċentru għall-kollezzjoni ta’ l-isperma approvat:

    jew miġbura skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE;

    jew miġbura, ipproċessata u/jew maħżuna qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, li tapplika sa l-1 ta’ Lulju 2003 u nnegozjata wara dik id-data skond l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE.

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS II

    ANNESS I

    Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ l-isperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini

    Kodiċi ISO

    Pajjiż

    Deskrizzjoni tat-territorju

    (jekk jixraq)

    Garanziji addizzjonali

    AU

    L-Awstralja

     

    Il-garanziji addizzjonali mogħtija fil-punti II.5.4.1.2 u II.5.4.2.2 taċ-ċertifikat fil-Parti 1 ta’ l-Anness II huma obbligatorji.

    CA

    Il-Kanada

    Territorju kif deskritt fil-Parti 1 ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE (1).

    Il-garanzija addizzjonali mogħtija fil-punt II.5.4.1.2 taċ-ċertifikat fil-Parti 1 ta’ l-Anness II hija obbligatorja.

    CH

    L-Iżvizzera

     

     

    HR

    Il-Kroazja

     

     

    NZ

    New Zealand

     

     

    US

    L-Istati Uniti

     

    Il-garanzija addizzjonali mogħtija fil-punt II.5.4.1.2 taċ-ċertifikat fil-Parti 1 ta’ l-Anness II hija obbligatorja.

    ANNESS II

    Ċertifikati veterinarji mudell għall-importazzjonijiet u l-ġarr ta' l-isperma ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini [għall-importazzjoni, miġbura skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE kif emendata mid-Direttiva 2003/43/KE]

    PARTI 1

    Ċertifikat mudell applikabbli għall-importazzjonijiet u l-ġarr ta’ l-isperma miġbura skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE mibgħuta minn ċentru approvat għall-kollezzjoni ta’ l-isperma.

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    PARTI 2

    Ċertifikat mudell applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2005 fuq l-importazzjonijiet u l-ġarr ta’ kunsinni ta’ sperma miġbura, ipproċessata u maħżuna qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE li tapplika sa l-1 ta’ Lulju 2003, u importata wara l-31 ta’ Diċembru 2004 skond l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 2003/43/KE, mibgħuta minn ċentru għall-kollezzjoni ta’ l-isperma approvat

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    PARTI 3

    Ċertifikat mudell applikabbli għall-importazzjonijiet u l-ġarr ta’ l-isperma mibgħuta minn ċentru għall-ħażna ta’ l-isperma approvat jew ċentru għall-kollezzjoni ta' l-isperma approvat:

    jew miġbura u pproċessata skond il-kondizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE kif emendata mid-Direttiva 2003/43/KE;

    jew miġbura, ipproċessata u maħżuna qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE li tapplika sa l-1 ta’ Lulju 2003, u importata wara l-31 ta’ Diċembru 2004 skond l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 2003/43/KE.

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    (1)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Anness kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


    Top